Proverbji 3:5 Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa 5 Afda f’Ġeħova b’qalbek+ kollha u tistrieħx fuq fehmtek stess.+ Proverbji 16:20 Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa 20 Min qed juri d-dehen fi kwistjoni se jsib it-tajjeb,+ u hieni hu min qed jafda f’Ġeħova.+ Isaija 26:3 Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa 3 Dak li l-inklinazzjoni taʼ qalbu hija soda int se tħarsu f’paċi kontinwa,+ għax jafda fik.+ Ġeremija 17:7 Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa 7 Imbierek ir-raġel b’saħħtu li jafda f’Ġeħova, u li Ġeħova sar il-fiduċja tiegħu.+