Proverbji
3 Ibni, tinsiex il-liġi tiegħi,+ u jalla qalbek tħares il-kmandamenti tiegħi,+ 2 għax għomor twil u snin taʼ ħajja+ u taʼ paċi jżidulek.+ 3 Jalla l-qalb tajba bl-imħabba u l-verità ma jitilqukx.+ Orbothom m’għonqok.+ Onqoxhom fuq it-tavla taʼ qalbek,+ 4 u b’hekk tingħoġob u tidher li għandek dehen kbir f’għajnejn Alla u l-bniedem.+ 5 Afda f’Ġeħova b’qalbek+ kollha u tistrieħx fuq fehmtek stess.+ 6 Agħti kasu fil-mogħdijiet tiegħek kollha,+ u hu jiddrittalek triqatek.+
7 Issirx għaref f’għajnejk stess.+ Ibżaʼ minn Ġeħova u warrab mill-ħażen.+ 8 Ħa jkun dan fejqan+ għal żokortok u saħħa għal għadmek.+
9 Onora lil Ġeħova bl-affarijiet prezzjużi+ tiegħek u bl-ewwel frott tal-prodotti tiegħek kollha.+ 10 Imbagħad l-imħażen tiegħek jimtlew bl-abbundanza;+ u bl-inbid ġdid ifuru l-imgħasar tiegħek.+
11 O ibni, id-dixxiplina taʼ Ġeħova tirrifjutahiex;+ u tistmerrx it-twiddib tiegħu,+ 12 għax Ġeħova jwiddeb lil min iħobb,+ bħalma jagħmel missier lil ibnu li bih jitgħaxxaq.+
13 Hieni l-bniedem li sab l-għerf,+ u l-bniedem li jikseb id-dixxerniment,+ 14 għax jekk ikollok l-għerf bħala qligħ ikun aħjar mill-fidda, u li jkollok lilu bħala dħul aħjar mid-deheb.+ 15 Huwa iktar prezzjuż mill-qroll,+ u l-affarijiet l-oħrajn kollha li titgħaxxaq bihom ma jiswewx daqsu. 16 Għomor twil jinsab f’idu l-leminija;+ għana u glorja fix-xellugija.+ 17 Triqatu huma triqat pjaċevoli, u mogħdijietu kollha huma paċi.+ 18 Huwa siġra tal-ħajja+ għal dawk li jaqbdu miegħu, u dawk li jibqgħu jżommuh sod+ jissejħu henjin.+
19 Ġeħova sejjes l-art bl-għerf.+ Stabbilixxa fis-sod is-smewwiet bid-dixxerniment.+ 20 Bl-għarfien tiegħu l-ilmijiet fondi nferqu,+ u s-smewwiet bis-sħab ikomplu jqattru xita ħafifa.+ 21 Ibni, jalla ma jitilqux minn quddiem għajnejk.+ Ħares l-għaqal* u l-abbiltà li taħseb,+ 22 u jkunu ħajja għalik+ u ġmiel għal għonqok.+ 23 Imbagħad timxi fi triqtek fis-sigurtà,+ u anki sieqek ma taħbat maʼ xejn.+ 24 Kulmeta timtedd ma tħossokx imkexkex;+ u timtedd u l-irqad tiegħek ikun pjaċevoli.+ 25 Ma jkollokx għalfejn titwerwer li f’daqqa waħda se tiġri xi ħaġa tal-biżaʼ,+ lanqas mill-maltempata fuq in-nies mill-agħar, għax din ġejja.+ 26 Għax fil-fatt Ġeħova jkun il-fiduċja tiegħek,+ u żgur li ma jħallix sieqek tinqabad.+
27 Iżżommx lura milli tagħmel il-ġid lil min hu dovut,+ meta f’idejk ikollok il-qawwa li tagħmlu.+ 28 Tgħidx lill-proxxmu tiegħek: “Mur, u erġaʼ ejja u għada nagħtik,” meta jkollok x’tagħtih.+ 29 Tfassal xejn ħażin+ kontra l-proxxmu tiegħek, meta dan ikun qed jgħammar miegħek b’sens taʼ sigurtà.+ 30 Tiġġilidx maʼ xi ħadd għalxejn b’xejn,+ jekk ma jkun għamillek l-ebda deni.+
31 Tgħirx għall-bniedem vjolenti,+ u triqatu tagħżilhomx.+ 32 Għax il-qarrieq+ huwa mistkerrah minn Ġeħova,+ imma Hu għandu relazzjoni intima mar-retti.+ 33 Fuq dar il-bniedem mill-agħar hemm is-saħta taʼ Ġeħova,+ imma Hu jbierek il-post fejn jgħammru n-nies sewwa.+ 34 Dawk li jwaqqgħu kollox għaċ-ċajt,+ hu nnifsu jiddieħaq bihom;+ imma lill-ġwejdin japprovahom.+ 35 Unur ikollhom l-għorrief,+ imma l-istupidi jigglorifikaw id-diżunur.+