Ġenesi
30 Meta rat li ma kinitx wildet tfal lil Ġakobb, Rakele bdiet tgħir għal oħtha u qalet lil Ġakobb:+ “Agħtini t-tfal, għax inkella aħjar immut.”+ 2 U Ġakobb xegħel bir-rabja għal Rakele u qalilha:+ “Jaqaw jien flok Alla, li ċaħħdek minn frott il-ġuf?”+ 3 Għalhekk, qaltlu: “Hawn hi Bilħa,+ l-ilsira tiegħi. Ħa jkollok x’taqsam magħha, sabiex hi tiled fuq irkopptejja u biex jien, iva, jien, ikolli t-tfal minnha.”+ 4 U tatu lil Bilħa, il-qaddejja tagħha, b’martu, u Ġakobb kellu x’jaqsam magħha.+ 5 U Bilħa ħarġet tqila u meta għalqilha ż-żmien wildet iben lil Ġakobb.+ 6 Imbagħad Rakele qalet: “Alla hu l-imħallef tiegħi+ u semaʼ wkoll leħni, u b’hekk tani iben.” Huwa għalhekk li semmietu Dan.*+ 7 U Bilħa, il-qaddejja taʼ Rakele, ħarġet tqila għal darb’oħra u meta għalqilha ż-żmien wildet it-tieni iben lil Ġakobb. 8 Imbagħad Rakele qalet: “Issarajt kemm flaħt m’oħti. U ħriġt ukoll rebbieħa!” Għalhekk, semmietu Naftali.*+
9 Meta rat li kienet waqfet tiled, Lea ħadet lil Żilfa, il-qaddejja tagħha, u tatha lil Ġakobb b’martu.+ 10 Meta għalqilha ż-żmien, Żilfa, il-qaddejja taʼ Lea, wildet iben lil Ġakobb. 11 U Lea qalet: “Ħabatli tajjeb!” Għalhekk, semmietu Gad.*+ 12 Imbagħad Żilfa, il-qaddejja taʼ Lea, wildet it-tieni iben lil Ġakobb. 13 U Lea qalet: “Kemm jien hienja! Għax il-bniet se jgħidu li jien hienja.”+ Għalhekk, semmietu Aser.*+
14 Issa Ruben+ mar jimxi fi żmien il-ħsad tal-qamħ+ u sab il-mandragori* fl-għalqa u ħadhom lil ommu Lea. Imbagħad Rakele qalet lil Lea: “Jekk jogħġbok, agħtini ftit mill-mandragori taʼ ibnek.”+ 15 U din qaltilha: “Hi ħaġa żgħira li ħadtli lil żewġi,+ u issa trid tieħu wkoll il-mandragori taʼ ibni?” Għalhekk, Rakele qaltilha: “Għal din ir-raġuni se jimtedd miegħek dan il-lejl, bi tpartit mal-mandragori taʼ ibnek.”
16 Meta Ġakobb kien ġej mir-rabaʼ fil-għaxija,+ Lea ħarġet tilqgħu u qaltlu: “Miegħi se jkollok x’taqsam, għax krejtek, iva, krejtek, bil-mandragori taʼ ibni.” Għaldaqstant, dak il-lejl hu mtedd magħha.+ 17 U Alla semaʼ lil Lea u wiġibha u hi ħarġet tqila u meta għalqilha ż-żmien wildet il-ħames iben lil Ġakobb.+ 18 U Lea qalet: “Alla tani rigal talli ħallast għalik, għax lil żewġi tajtu l-qaddejja tiegħi.” Għalhekk, semmietu Issakar.*+ 19 U Lea ħarġet tqila għal darb’oħra u meta għalqilha ż-żmien wildet is-sitt iben lil Ġakobb.+ 20 U Lea qalet: “Alla tani, iva, lili, għotja tajba. Sa fl-aħħar, żewġi se jittollerani,+ għaliex ulidtlu sitt subien.”+ Għalhekk, semmietu Żebulun.*+ 21 U wara dan wildet tifla u semmietha Dina.*+
22 Sa fl-aħħar, Alla ftakar f’Rakele, u Alla semagħha u wiġibha billi fetħilha ġufha.+ 23 U hi ħarġet tqila u wildet iben. Imbagħad qalet: “Alla neħħa l-għajb tiegħi!”+ 24 Għalhekk, semmietu Ġużeppi,*+ u qalet: “Ġeħova qed iżidli iben ieħor.”
25 U ġara li, meta Rakele kienet wildet lil Ġużeppi, Ġakobb minnufih qal lil Laban: “Ibgħatni biex immur lejn posti u lejn pajjiżi.+ 26 Agħtini n-nisa tiegħi u lil uliedi, li qdejtek għalihom, biex immur; għax int żgur taf x’servizz tajtek.”+ 27 U Laban qallu: “Jekk, issa, sibt il-ħniena f’għajnejk,—mis-sinjali jien bsart li Ġeħova qed iberikni minħabba fik.”+ 28 U żied: “Għidli x’inhu ħlasek u nagħtihulek.”+ 29 Għalhekk, Ġakobb qallu: “Int taf kif qdejtek u kif marret il-merħla tiegħek miegħi;+ 30 li ftit kellek fil-fatt qabel ma ġejt jien, u mbagħad żdiedlek bil-kotra, billi Ġeħova bierkek mindu ġejt jien.+ U issa meta se nagħmel xi ħaġa wkoll għal dari stess?”+
31 Imbagħad Laban qallu: “X’se nagħtik?” U Ġakobb issokta jgħid: “Tagħtini assolutament xejn!+ Jekk tagħmilli din il-ħaġa, jien nerġaʼ nibda nirgħa l-merħla tiegħek.+ Inkompli nħarisha.+ 32 Illum se ngħaddi qalb il-merħla kollha tiegħek. Warrab minnha kull nagħġa mnaqqxa u mtebbgħa, u kull muntun żgħir kannella skur u kull waħda mill-mogħoż imtebbgħa u mnaqqxa. U minn issa ’l quddiem dan ikun ħlasi.+ 33 U t-tajjeb li nagħmel jixhed għalija kulmeta fil-futur tiġi biex tifli ħlasi;+ kull waħda mill-mogħoż li mhix imnaqqxa u mtebbgħa u kull wieħed mill-imtaten żgħar li mhux kannella skur, jekk issibhom għandi jkunu misruqin.”+
34 Qallu Laban: “Iva, tajjeb! Ħa jkun kif għedt int.”+ 35 U dakinhar warrab il-bdabad bl-istrixxi u mtebbgħin u l-mogħoż kollha mnaqqxin u mtebbgħin, kulma kien fih l-abjad u kull wieħed kannella skur minn fost l-imtaten żgħar, u tahom f’idejn uliedu. 36 Wara dan, tbiegħed minn Ġakobb distanza taʼ tlett ijiem mixi, u Ġakobb kien qed jirgħa l-imrieħel taʼ Laban li kien fadal.
37 Imbagħad Ġakobb ħa xi friegħi li kienu għadhom kif inqatgħu mis-siġra taʼ l-istoraċi+ u mis-siġra tal-lewż+ u mis-siġra tad-dolf+ u qaxxar fihom irqajjaʼ bojod billi kixef l-abjad taʼ ġol-friegħi.+ 38 Fl-aħħar, il-friegħi li kien qaxxar poġġiehom quddiem il-merħla, fil-ħwat taʼ l-ilma tax-xorb,+ fejn l-imrieħel kienu jiġu jixorbu, sabiex jisħnu quddiemhom meta kienu jiġu jixorbu.
39 Għaldaqstant, l-imrieħel kienu jisħnu quddiem il-friegħi, u l-imrieħel kien ikollhom frieħ bl-istrixxi, imnaqqxin, u mtebbgħin.+ 40 U Ġakobb fired l-imtaten iż-żgħar u mbagħad dawwar l-uċuħ taʼ l-imrieħel lejn dawk bl-istrixxi u dawk kollha li kienu kannella skuri fost l-imrieħel taʼ Laban. Imbagħad l-imrieħel tiegħu warrabhom għalihom u ma qegħedhomx ħdejn l-imrieħel taʼ Laban. 41 U dejjem kien jiġri li kulmeta kienu jisħnu l-imrieħel b’saħħithom,+ Ġakobb kien ipoġġi l-friegħi fil-ħwat taʼ l-ilma+ fejn jarawhom l-imrieħel, biex jisħnu ħdejn il-friegħi. 42 Imma meta l-imrieħel kienu juru li huma dgħajfin ma kienx ipoġġihom quddiemhom. Għalhekk, id-dgħajfin kienu dejjem ikunu taʼ Laban, imma dawk b’saħħithom taʼ Ġakobb.+
43 U r-raġel baqaʼ jistagħna iktar u iktar, u kellu mrieħel kbar ħafna, qaddejja nisa u rġiel, iġmla, u ħmir.+