4 U mbagħad hu mar fix-xagħri u vvjaġġa għal jum, u fl-aħħar ġie ħdejn siġra tal-ġummar+ u qagħad bil-qiegħda taħtha. U beda jitlob li ruħu tmut u jgħid: “Biżżejjed! Issa, O Ġeħova, ħudli ruħi,+ għax m’iniex aħjar minn missirijieti.”
3 U Ġona qam u ħarab minn quddiem Ġeħova+ lejn Tarsis;+ u niżel lejn Ġaffa+ u sab bastiment sejjer Tarsis. Għalhekk, ħallas il-passaġġ u telaʼ fuqu, sabiex imur man-nies taʼ fuq il-bastiment lejn Tarsis u jaħrab minn quddiem Ġeħova.