14 Imbagħad Ġeħova qalli: “Gideb qed jipprofetizzaw f’ismi l-profeti.+ Mhux jien bgħatthom, u la kkmandajthom u lanqas kellimthom.+ Viżjoni falza, teħbir, kliem bla siwi,+ u l-ingann taʼ qalbhom qed jipprofetizzawlkom.+
15 U l-profeta Ġeremija qal lill-profeta Ħananija:+ “Ismaʼ, jekk jogħġbok, O Ħananija! Ġeħova ma bagħtekx, imma int ġegħelt lil dan il-poplu jafda f’gidba.+
8 “‘Għaldaqstant, hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “‘Talli ma tkellimtux il-verità u rajtu gidba bħala viżjoni, ara, jien kontrikom,’+ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.”
2Madankollu, kien hemm ukoll profeti foloz fost il-poplu, bħalma għad ikun hemm ukoll għalliema foloz fostkom.+ Dawn idaħħlu baxx baxx setet qerridin u jiċħdu saħansitra lis-sid li xtrahom,+ u b’hekk iġibu qerda mgħaġġla fuqhom infushom.