11 Jien, ngħid għalija, ngħammidkom bl-ilma+ minħabba l-indiema tagħkom;+ imma dak li ġej+ warajja hu b’saħħtu iktar minni, u jien ma jistħoqqlix inneżżagħlu s-sandli minn saqajh.+ Dan jgħammidkom bl-ispirtu qaddis+ u bin-nar.+
33 Lanqas jien ma kont nafu, imma Dak li bagħatni+ ngħammed fl-ilma qalli, ‘Fuq min tara l-ispirtu nieżel u jibqaʼ, dan hu li jgħammed bl-ispirtu qaddis.’+
45 U stagħġbu l-irġiel leali li kienu ġew maʼ Pietru u li kienu miċ-ċirkonċiżi, għax l-ispirtu qaddis, l-għotja b’xejn, kien qed jitferraʼ wkoll fuq in-nies tal-ġnus.+
13 Għax, tassew, ilkoll ġejna mgħammdin+ bi spirtu wieħed f’ġisem wieħed, sew Lhud u sew Griegi, sew ilsiera u sew ħelsin, u lkoll ngħatajna biex nixorbu+ spirtu wieħed.