14 U l-Kelma sar bniedem+ u għammar fostna, u aħna rajna l-glorja tiegħu, glorja bħal dik taʼ iben uniġenitu+ mingħand missieru; u kien mimli qalb tajba mhix mistħoqqa u verità.+
3 Għalhekk, irridkom tkunu tafu li, meta jkun qed jitkellem bl-ispirtu t’Alla, ħadd ma jgħid: “Ġesù hu misħut!”+ u ħadd ma jistaʼ jgħid: “Ġesù hu Mulej!” jekk mhux bl-ispirtu qaddis.+
10 Għal dan inxtħett f’riġlejh biex inqimu.+ Iżda qalli: “Oqgħod attent! Tagħmilx hekk!+ Jien sempliċement ilsir bħalek u bħal ħutek li għandhom ix-xogħol li jagħtu xiehda dwar Ġesù.+ Qim lil Alla;+ għax l-għoti taʼ xiehda dwar Ġesù hu li jnebbaħ l-ipprofetizzar.”+