LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • 1 Slaten 12:33
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 33 U beda jagħmel offerti fuq l-artal li bena f’Betel fil-15 tat-tmien xahar, ix-xahar li għażel hu stess. Hu għamel festa għall-poplu t’Iżrael u mar ħdejn l-artal biex jagħmel l-offerti u joffri d-duħħan tas-sagrifiċċji.

  • 2 Slaten 23:15
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 15 Hu kisser ukoll l-artal li kien f’Betel u l-post għall-qima li Ġerobogħam bin Nebat kien għamel u li ġiegħel lil Iżrael jidneb bih. Wara li kissirhom, ħaraq il-post għall-qima, farrku, u ħaraq l-arblu sagru.*

  • 2 Kronaki 31:1
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 31 Malli lestew dan kollu, l-Iżraelin kollha li kienu hemm ħarġu lejn il-bliet taʼ Ġuda. Huma kissru l-pilastri sagri, qaċċtu l-arbli sagri,* u waqqgħu l-postijiet għall-qima u l-artali mill-art kollha taʼ Ġuda u Benjamin, kif ukoll t’Efrajm u Manasse, sakemm qerduhom għalkollox. Wara, l-Iżraelin kollha marru lura fil-bliet fejn kienu jgħixu.

  • Ħosea 13:2
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    •  2 Issa huma dinbu iktar

      U għamlu statwi tal-metall* mill-fidda tagħhom;

      Huma għamlu dan bis-sengħa, kollu xogħol taʼ nies professjonali.

      Lilhom qalulhom, ‘Ħalli dawk li qed joffru s-sagrifiċċji jbusu l-barrin żgħar.’*

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja