Għamos
5 “Isimgħu din il-kelma li qed nesprimi dwarkom bħala għanja taʼ niket,+ O dar taʼ Israel:
2 “Il-verġni,+ Israel, waqgħet;+
Ma tistax terġaʼ tqum.+
Ġiet abbandunata fuq artha stess;
M’hemm ħadd li jqajjimha.+
3 “Għax hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Dik il-belt li ħarġet b’elf jibqgħalha mija; u dik li ħarġet b’mija jibqgħalha għaxra. Hekk jiġrilha d-dar taʼ Israel.’+
4 “Għax hekk qal Ġeħova lid-dar taʼ Israel, ‘Fittxuni+ u tibqgħu tgħixu.+ 5 Tfittxux lil Betel,+ u tiġux lejn Gilgal,+ u lejn Bir-xeba la tgħaddux;+ għax bla dubju Gilgal tmur fl-eżilju;+ u inkwantu għal Betel, din se ssir post taʼ qawwiet mill-agħar.+ 6 Fittxu lil Ġeħova, u ibqgħu għixu,+ li ma jmurx isir bħal nar+ li jiblaʼ, O dar Ġużeppi,+ u Betel ma jkollha ’l ħadd li jitfih,+ 7 O intom li qed iddawru l-ġustizzja fi pjanta morra*+ u li xħettu s-sewwa maʼ l-art.+ 8 Dak li għamel il-kostellazzjoni Kima*+ u l-kostellazzjoni Kesil,*+ u li qed ibiddel id-dlam ċappa+ fl-għodwa, u li dallam il-jum daqs il-lejl,+ li qed isejjaħ l-ilmijiet tal-baħar, biex iferragħhom fuq wiċċ l-art+—Ġeħova jismu;+ 9 hu li qed iġib rovina f’daqqa fuq xi ħadd b’saħħtu, biex ir-rovina tiġi saħansitra f’post fortifikat.
10 “‘F’bieb il-belt huma bagħdu lil min iwiddeb,+ u stkerrhu lil min jgħid affarijiet perfetti.+ 11 Għalhekk, talli qed tisolħu l-kera tar-rabaʼ mingħand il-batut, u tibqgħu tieħdu l-ħaraġ tal-qmuħ mingħandu;+ bnejtu djar taʼ ġebel minġur,+ imma mhux se tibqgħu tgħammru fihom; ħawwiltu għelieqi mill-isbaħ bid-dwieli, imma mhux se tibqgħu tixorbu l-inbid tagħhom.+ 12 Għax jien naf kemm huma kotrana l-irvellijiet tagħkom+ u kemm huma kbar dnubietkom,+ O intom li tobogħdu lill-ġust,+ intom li qed taċċettaw flus tas-skiet+ u li warrabtu lill-foqra+ saħansitra fil-bieb.+ 13 Għalhekk, il-bniedem taʼ dehen se jibqaʼ sieket f’dak iż-żmien, għax se jkun żmien taʼ gwaj.+
14 “‘Fittxu dak li hu tajjeb, mhux dak li hu ħażin,+ sabiex tibqgħu tgħixu;+ u biex b’hekk Ġeħova l-Alla taʼ l-armati jkun magħkom, bħalma għedtu.+ 15 Obogħdu dak li hu ħażin, u ħobbu dak li hu tajjeb,+ u agħmlu l-wisaʼ għall-ġustizzja f’bieb il-belt.+ Għandu mnejn Ġeħova l-Alla taʼ l-armati juri ħniena+ mal-fdal taʼ Ġużeppi.’+
16 “Għaldaqstant, hekk qal Ġeħova l-Alla taʼ l-armati, Ġeħova, ‘Fil-pjazez kollha se jkun hemm tinwiħ,+ u fit-toroq kollha n-nies se jgħidu: “Jaħasra, jaħasra!” U se jkollhom isejħu lil bidwi għan-niket,+ u lil dawk esperti fil-biki għat-tinwiħ.’+ 17 ‘U fl-għelieqi tad-dwieli kollha se jkun hemm tinwiħ;+ għax se ngħaddi minn ġo nofsok,’+ qal Ġeħova.
18 “‘Gwaj għal dawk li jixxennqu għall-jum taʼ Ġeħova!+ Allura, x’se jkun ifisser għalikom il-jum taʼ Ġeħova?+ Se jkun dlam, u mhux dawl,+ 19 bħal meta raġel jaħrab minħabba l-iljun, u jiltaqaʼ miegħu l-ors; u bħal meta hu daħal fid-dar u serraħ idu mal-ħajt, u gidmu s-serp.+ 20 Mhux dlam minflok dawl se jkun il-jum taʼ Ġeħova? U mhux swidija minflok dija se jkollu?+ 21 Jien bgħadt il-festi tagħkom,+ ma lqajthomx, u mhux se nieħu pjaċir bir-riħa taʼ l-assembleat solenni tagħkom.+ 22 U jekk intom toffruli offerti sħaħ tal-ħruq,+ lanqas b’dawn l-offerti bħala għotja ma nieħu gost,+ u lejn is-sagrifiċċji taʼ sħubija* tagħkom t’annimali msemmnin ma nħarisx.+ 23 Neħħili l-konfużjoni taʼ l-għanjiet tiegħek; u ma rridx nismaʼ l-ħoss melodjuż taʼ l-istrumenti tal-korda tiegħek.+ 24 U ħalli l-ġustizzja tgelgel bħall-ilmijiet,+ u s-sewwa bħal kurrent li dejjem għaddej.+ 25 Ġibtuli intom sagrifiċċji u offerti bħala għotja fix-xagħri għal erbgħin sena, O dar taʼ Israel?+ 26 Intom se ġġorru lis-sultan tagħkom+ Sikkut* u lil Kewan,* ix-xbihat tagħkom, il-kewkba t’alla tagħkom, li għamiltu għalikom.+ 27 U jien inġegħelkom tmorru fl-eżilju lil hinn minn Damasku,’+ qal dak li ismu hu Ġeħova l-Alla taʼ l-armati.”+