LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Lamentazzjonijiet 3
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

Punti mil-Lamentazzjonijiet

      • Ġeremija jesprimi kif iħossu u t-tama tiegħu

        • Jien se “nistenniek bil-paċenzja” (21)

        • Alla jurina ħniena kuljum (22, 23)

        • Alla hu tajjeb maʼ dawk li jittamaw fih (25)

        • Tajjeb li xi ħadd jesperjenza diffikultà fiż-żgħożija (27)

        • Alla għamel sħaba biex ma jkunux jistgħu jersqu lejh (43, 44)

Lamentazzjonijiet 3:1

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa,

    6/1/2007, pp. 9-10

Lamentazzjonijiet 3:8

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jew “ifixkel; ma jilqax.”

Lamentazzjonijiet 3:11

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jew forsi “ġabni ma niswa xejn.”

Lamentazzjonijiet 3:16

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa,

    6/1/2007, p. 10

Lamentazzjonijiet 3:17

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jew “iċċaħħad lil ruħi.”

  • *

    Letteralment “tajjeb.”

Lamentazzjonijiet 3:20

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jew “Ruħek.”

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    Qrib Lejn Ġeħova, pp. 199-200

    It-Torri tal-Għassa,

    10/1/2012, p. 14

    6/1/2007, p. 11

Lamentazzjonijiet 3:21

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jew “b’attitudni xierqa.”

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa,

    10/1/2012, p. 14

Lamentazzjonijiet 3:22

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jew “l-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    Ġeremija, pp. 122-123

Lamentazzjonijiet 3:24

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jew “Ruħi qalet.”

  • *

    Jew “b’attitudni xierqa.”

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa,

    9/15/2011, pp. 8-10

Lamentazzjonijiet 3:25

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jew “mar-ruħ.”

Lamentazzjonijiet 3:26

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jew “jistenna bil-paċenzja.”

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa,

    3/1/2007, pp. 18-19

Lamentazzjonijiet 3:27

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa,

    6/1/2007, p. 11

Lamentazzjonijiet 3:29

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa,

    6/1/2007, p. 11

Lamentazzjonijiet 3:39

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa,

    6/1/2007, p. 11

Lamentazzjonijiet 3:48

Noti taʼ Taħt

  • *

    Letteralment “it-tifla tal-poplu tiegħi.”

Lamentazzjonijiet 3:51

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jew “Ruħi qed tbati.”

Lamentazzjonijiet 3:58

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jew “iddefendejt il-kawża taʼ ruħi.”

Traduzzjonijiet tal-Istess Silta

Ikklikkja fuq numru taʼ vers biex tara l-istess vers f'Bibbji oħra.
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
  • Aqra f'din l-edizzjoni Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida (bi12)
  • 1
  • 2
  • 3
  • 4
  • 5
  • 6
  • 7
  • 8
  • 9
  • 10
  • 11
  • 12
  • 13
  • 14
  • 15
  • 16
  • 17
  • 18
  • 19
  • 20
  • 21
  • 22
  • 23
  • 24
  • 25
  • 26
  • 27
  • 28
  • 29
  • 30
  • 31
  • 32
  • 33
  • 34
  • 35
  • 36
  • 37
  • 38
  • 39
  • 40
  • 41
  • 42
  • 43
  • 44
  • 45
  • 46
  • 47
  • 48
  • 49
  • 50
  • 51
  • 52
  • 53
  • 54
  • 55
  • 56
  • 57
  • 58
  • 59
  • 60
  • 61
  • 62
  • 63
  • 64
  • 65
  • 66
Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Lamentazzjonijiet 3:1-66

Lamentazzjonijiet

א [Alef]

3 Jien rajt it-tbatija minħabba li Alla kkastigana meta kien irrabjat ħafna.

 2 Hu keċċieni u ġegħelni nimxi fid-dlam, u mhux fid-dawl.

 3 Fil-fatt, hu l-ħin kollu kontrija.

ב [Bet]

 4 Hu herrieli l-laħam u l-ġilda tiegħi;

Kissirli għadmi.

 5 Hu assedjani; dawwarni bil-velenu u t-tbatija.

 6 Hu ġegħelni ngħix f’postijiet mudlama, bħal dawk li ilhom mejtin.

ג [Gimel]

 7 Hu tellaʼ ħajt madwari biex ma naħrabx;

Hu rabatni bi ktajjen tqal tar-ram.

 8 U meta ngħajjat b’mod iddisprat biex jgħinni, hu jirrifjuta* t-talb tiegħi.

 9 Hu għalaqli minn fejn ngħaddi b’ġebel maqtugħ bl-għodda;

Hu għamilhieli diffiċli biex nimxi fit-toroq tiegħi.

ד [Dalet]

10 Hu jistenna biex jattakkani bħal ors, bħal iljun li qed jistaħba.

11 Hu ġegħelni noħroġ minn triqti u qattagħni biċċiet.*

Għamilni bħal wieħed abbandunat.

12 Hu għawweġ il-qaws tiegħu u mmira l-vleġġa lejja.

ה [Ħe]

13 Bil-vleġeġ tal-barżakka tiegħu hu niffidli l-kliewi.

14 Għan-nies kollha sirt xi ħaġa tad-daħq, il-ħin kollu jwaqqgħuni għaċ-ċajt fil-kant tagħhom.

15 Hu faqagħni b’ikel morr u ġegħelni nibqaʼ nixrob taħlita bi pjanta morra.

ו [Waw]

16 Hu jkissirli snieni biż-żrar;

Iġegħelni nitmiegħek fl-irmied.

17 Int iċċaħħadni* mill-paċi; insejt x’inhu ferħ.*

18 Allura ngħid: “Il-glorja tiegħi spiċċat fix-xejn, u anki t-tama tiegħi f’Ġeħova.”

ז [Żajin]

19 Ftakar fit-tbatija tiegħi, li m’għandix fejn noqgħod, u li niekol pjanta morra u l-velenu.

20 Int* żgur li se tiftakar fija u titbaxxa biex tgħinni.

21 Jien niftakar f’dan; hu għalhekk li nistenniek bil-paċenzja.*

ח [Ħet]

22 Huwa minħabba l-imħabba u l-lealtà* taʼ Ġeħova li ma nqridniex għalkollox,

Għax il-ħniena tiegħu ma tispiċċa qatt.

23 Kuljum turina l-ħniena; int dejjem taʼ min jafdak.

24 Jien għedt:* “Ġeħova hu s-sehem tiegħi, għalhekk se nistennieh bil-paċenzja.”*

ט [Tet]

25 Ġeħova hu tajjeb maʼ dak li jittama fih, maʼ dak* li jibqaʼ jfittxu.

26 Ikun tajjeb li wieħed jistenna bil-kwiet* biex jiġi salvat minn Ġeħova.

27 Ikun tajjeb meta xi ħadd jesperjenza diffikultà fiż-żgħożija tiegħu.

י [Jod]

28 Ħa joqgħod bilqiegħda waħdu u bil-kwiet meta Alla jippermetti dan.

29 Ħa jinxteħet wiċċu mal-art, forsi għad hemm tama li jiġi salvat.

30 Ħa jersaq lejn min qed jagħtih bil-ħarta; ħa jaċċetta t-tmaqdir kollu.

כ [Kaf]

31 Għax Ġeħova mhux se jwarrabna għal dejjem.

32 Għalkemm ġegħelna nbatu, hu se jurina ħniena wkoll għax għandu ħafna mħabba u lealtà.

33 Għax hu ma jiħux pjaċir iġiegħel lin-nies ibatu u jweġġgħu.

ל [Lamed]

34 Alla ma jiħux pjaċir li wieħed jgħaffeġ taħt saqajh il-priġunieri kollha tal-art,

35 Li wieħed ma jagħmilx il-ġustizzja maʼ xi ħadd quddiem l-Iktar Għoli,

36 U li wieħed iqarraq b’xi ħadd fil-kawża legali tiegħu.

Ġeħova ma jittollerahomx dawn l-affarijiet.

מ [Mem]

37 Ħadd ma jistaʼ jgħid xi ħaġa u jġegħelha tiġri, jekk ma jikkmandahiex Ġeħova li ssir.

38 L-Iktar Għoli jgħid affarijiet tajbin biss,

Mhux affarijiet ħżiena.

39 Għala xi ħadd għandu jgerger minħabba l-konsegwenzi tad-dnub tiegħu?

נ [Nun]

40 Ejjew neżaminaw u naħsbu sew dwar kif qed ngħixu, u ejja nerġgħu lura għand Ġeħova.

41 Ejja nitolbu lil Alla li hu fis-sema b’qalb sinċiera u b’idejna ’l fuq:

42 “Aħna dnibna u rribellajna, u int ma ħfirtilniex.

ס [Samek]

43 Int irrabjajt u ma ħallejtniex nersqu lejk;

Int ġrejt warajna u qtiltna mingħajr ħniena.

44 Int għamilt sħaba biex ma nkunux nistgħu nersqu lejk, u b’hekk it-talb tagħna ma jasalx għandek.

45 Fost il-popli, int tagħmilna bħal ħmieġ u skart.”

פ [Pe]

46 L-għedewwa kollha tagħna jitkellmu kontrina.

47 Aħna dejjem nibżgħu u maqbudin f’nassa, aħna abbandunati u qegħdin f’rovina.

48 Id-dmugħ nieżel minn għajnejja bħal xmara minħabba li l-poplu tiegħi* qiegħed f’rovina.

ע [Għajn]

49 Il-ħin kollu nibki, mhux se nieqaf

50 Sakemm Ġeħova jħares u jara x’inhu jiġrilna.

51 Jien qed inbati* meta nara x’inhu jiġri lill-bniet kollha tal-belt tiegħi.

צ [Sade]

52 L-għedewwa tiegħi kkaċċjawni bħal għasfur għalxejn b’xejn.

53 Huma pprovaw joqtluni billi tefgħuni fil-ħofra; huma baqgħu jitfgħuli l-ġebel.

54 L-ilmijiet għattewli rasi, u jien għedt: “Żgur se mmut!”

ק [Kof]

55 Ġeħova, jien għajjattlek għall-għajnuna minn qiegħ il-ħofra billi użajt ismek.

56 Ismagħni; tagħlaqx widnejk meta nitolbok biex tgħinni u teħlisni.

57 Int ġejt qrib tiegħi meta għajjattlek, u għedtli: “Tibżax.”

ר [Rex]

58 Ġeħova, int qbiżt għalija* u salvajtli ħajti.

59 Ġeħova, int rajt il-ħsara li għamluli. Jekk jogħġbok, iġġudikani b’ġustizzja.

60 Int rajt il-vendetta kollha tagħhom, dak kollu li ppjanaw kontrija.

ש [Sin] jew [Xin]

61 Ġeħova, int smajt kemm għajruni, dak kollu li ppjanaw kontrija.

62 L-għedewwa tiegħi l-ħin kollu jippjanaw bil-moħbi kontrija.

63 Arahom; jekk bilqiegħda jew bilwieqfa, huma jkantaw biex jgħaddu ż-żmien bija.

ת [Taw]

64 Ġeħova, int se tpattihielhom skont dak li għamlu.

65 Int se tisħithom billi twebbsilhom rashom.

66 Ġeħova, meta tkun irrabjat, int se tiġri warajhom u teqridhom għalkollox minn fuq l-art.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja