Ġob
27 Ġob kompla jgħid:
2 “Naħlef bl-Alla l-ħaj, li ttrattani b’inġustizzja,
U b’Dak li Jistaʼ Kollox, li għamilli ħajti* miżerja,
3 Li sakemm nibqaʼ nieħu n-nifs,
U jkolli fija n-nifs mingħand Alla,
4 M’iniex se nigdeb
U lanqas inqarraq bi kliemi!
5 Lanqas jgħaddili minn moħħi li ngħid li intom nies sewwa!
Jien se nibqaʼ leali lejn Alla* sakemm immut!
7 Jalla l-għedewwa tiegħi jispiċċaw bħall-ħżiena,
U dawk li jattakkawni jsiru bħan-nies mhux ġusti.
9 Se jisimgħu Alla meta jgħajjat għall-għajnuna
Għax ikun qed ibati?
10 Bniedem bħal dan se jieħu pjaċir b’Dak li Jistaʼ Kollox?
Se jitlob l-għajnuna t’Alla kull darba?
11 Jien se ngħallimkom dwar is-saħħa li għandu* Alla;
Mhu se naħbi xejn minnkom dwar Dak li Jistaʼ Kollox.
12 Jekk ilkoll kemm intom rajtu viżjonijiet,
Għala dak li qed tgħidu ma jagħmilx sens?
13 Il-konsegwenzi tal-ħżiena,
Il-wirt li se jagħtihom Dak li Jistaʼ Kollox hu dan:
14 Jekk ikollu ħafna tfal, dawn se jmutu bix-xabla,
U dawk li se jiġu minnu mhux se jkollhom ikel biżżejjed.
15 Min jibqaʼ ħaj minnhom se jmut b’marda kiefra,
U n-nisa tagħhom mhux se jibkuhom.
16 Hu għandu mnejn jiġbor il-fidda bħallikieku trab,
U jkollu ħwejjeġ taʼ kwalità daqs munzell tafal.
17 Għalkemm ikun ġabarhom hu,
Ir-raġel ġust se jilbes dawn il-ħwejjeġ,
U l-innoċenti se jaqsmu l-fidda bejniethom.
18 Id-dar li jibni hi fraġli bħal dik taʼ insett,
Bħal tinda li għassies jagħmel biex jistkenn.
19 Hu se jorqod sinjur, imma ma jiġbor xejn fil-ħsad;
Meta jqum ma jsib xejn.
20 Il-biżaʼ tiġi fuqu bħal dulluvju;
Maltempata taħtfu billejl.
21 Riħ mil-Lvant ikaxkru, u ma jeżistix iktar;
Dan jikinsu minn fejn joqgħod.
22 Ir-riħ jiġi għal fuqu bis-saħħa u bla ħniena
Hekk kif hu jagħmel minn kollox biex jaħrab minnu.