Eżekjel
14 U xi rġiel minn fost ix-xjuħ taʼ Israel ġew għandi u qagħdu bil-qiegħda quddiemi.+ 2 Imbagħad il-kelma taʼ Ġeħova ġiet għandi, tgħid: 3 “Bin il-bniedem, dawn l-irġiel daħħlu f’qalbhom l-idoli tagħhom moqżieża daqs id-demel, u quddiem wiċċhom qiegħdu t-tfixkil li qed iġegħelhom jiżbaljaw.+ U jien se nħallihom b’xi mod jistaqsuni?+ 4 Għaldaqstant kellimhom u għidilhom, ‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Kull wieħed minn dar Israel li jdaħħal f’qalbu l-idoli tiegħu moqżieża daqs id-demel+ u li jqiegħed quddiem wiċċu t-tfixkil li jġiegħlu jiżbalja u jiġi għand il-profeta, jien, Ġeħova, se nwieġbu dwar il-kwistjoni skond il-kotra taʼ l-idoli tiegħu moqżieża daqs id-demel,+ 5 sabiex naqbad lil dar Israel minn qalbhom,+ għax telquni minħabba l-idoli tagħhom moqżieża daqs id-demel—ilkoll kemm huma.”’+
6 “Għaldaqstant għid lil dar Israel, ‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Erġgħu lura u duru mill-idoli tagħkom moqżieża daqs id-demel+ u dawru wiċċkom mill-affarijiet mistkerrhin kollha tagħkom;+ 7 għax kull raġel minn dar Israel jew mir-residenti barranin li jgħixu bħala barranin f’Israel, li ma jibqax jimxi warajja+ u li jdaħħal f’qalbu l-idoli tiegħu moqżieża daqs id-demel u li jqiegħed quddiem wiċċu t-tfixkil li jġiegħlu jiżbalja u jiġi għand il-profeta biex jistaqsi għalih innifsu x’ngħid,+ jien, Ġeħova, jien stess inwieġbu. 8 U ndawwar wiċċi kontra dak ir-raġel+ u nqiegħdu bħala sinjal+ u bħala qawl,+ u naqtgħu minn fost il-poplu tiegħi;+ u intom se jkollkom tkunu tafu li jien Ġeħova.”’+
9 “‘U min-naħa tal-profeta, f’każ li jiġi mqarraq u jgħid xi ħaġa, jien stess, Ġeħova, inkun qarraqt b’dak il-profeta;+ u mmidd idi kontrih u neqirdu għalkollox minn fost il-poplu tiegħi Israel.+ 10 U jkollhom iġorru l-iżball tagħhom.+ L-iżball taʼ min jistaqsi jkun l-istess bħall-iżball tal-profeta,+ 11 sabiex dawk taʼ dar Israel ma jwarrbux iżjed minn warajja+ u ma jitniġġsux iktar bil-ksur tal-liġi kollu tagħhom. U huma jsiru l-poplu tiegħi u jien insir Alla tagħhom,’ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.”+
12 U l-kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid: 13 “Bin il-bniedem, jekk pajjiż jidneb kontrija billi jaġixxi bla fedeltà,+ jien immidd idi kontrih u nkissirlu l-bsaten li jdendlu l-ftajjar magħhom,+ u nibgħat fuqu l-ġuħ+ u naqtaʼ minnu l-bniedem u l-annimal domestiku.”+ 14 “‘U kieku kellu jkun hemm fih dawn it-tlett irġiel, Noè,+ Danjel,+ u Ġob,+ kienu jeħilsu biss lilhom infushom minħabba s-sewwa tagħhom,’+ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.”+
15 “‘Jew kieku kelli nġiegħel lill-bhejjem salvaġġi li jagħmlu l-ħsara biex jgħaddu mill-pajjiż+ u jħalluh bla tfal+ u jsir art abbandunata li ħadd ma jgħaddi minnha minħabba l-bhejjem salvaġġi,+ 16 u jkun hemm dawn it-tlett irġiel fih, daqskemm jien ħaj,’ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova, ‘dawn la jeħilsu wlied subien u lanqas bniet; ikunu huma biss li jinħelsu u l-pajjiż isir art abbandunata.’”+
17 “‘Jew kieku kelli nġib sejf fuq il-pajjiż,+ u ngħid: “Ħa jgħaddi sejf mill-pajjiż,” u naqtaʼ minnu l-bniedem u l-annimal domestiku,+ 18 anki kieku dawn it-tlett irġiel kellhom ikunu hemmhekk,+ daqskemm jien ħaj,’ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova, ‘dawn la jeħilsu wlied subien u lanqas bniet, imma jkunu huma biss li jinħelsu.’”+
19 “‘Jew kieku kelli nibgħat il-pesta fuq il-pajjiż+ u nferraʼ l-korla tiegħi fuqu bid-dmija,+ sabiex naqtaʼ minnu l-bniedem u l-annimal domestiku, 20 u li kieku Noè,+ Danjel,+ u Ġob+ kellhom ikunu hemmhekk,+ daqskemm jien ħaj,’ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova, ‘la jeħilsu wlied subien u lanqas bniet; kienu jeħilsu biss lilhom infushom minħabba s-sewwa tagħhom.’”+
21 “Għax hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Mela, hekk ukoll iseħħ meta jkun hemm l-erbaʼ atti tiegħi taʼ ġudizzju+ li jagħmlu l-ħsara—sejf u ġuħ u bhejjem salvaġġi li jagħmlu l-ħsara u pesta+—li se nibgħat fuq Ġerusalemm sabiex naqtaʼ minnha l-bniedem u l-annimal domestiku.+ 22 Imma, ara, se jibqaʼ fiha grupp li jeħilsuha, dawk li joħorġu.+ Ulied subien u bniet, hawn huma! Ġejjin għandkom, u intom taraw triqithom u l-għemejjel tagħhom.+ U se titfarrġu għall-gwaj li nkun ġibt fuq Ġerusalemm, iva, dak kollu li se nkun ġibt fuqha.’”
23 “‘U se jfarrġukom meta taraw triqithom u l-għemejjel tagħhom; u se jkollkom tkunu tafu li mhux għalxejn inkun għamilt dak kollu li se jkolli nagħmel kontriha,’ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.”+