Salm
Lid-direttur; fuq l-għanja taʼ “Teqridnix.” Miktam* taʼ David.
58 Kif tistgħu ma tgħidu xejn meta suppost qed titkellmu dwar is-sewwa?
Tistgħu tiġġudikaw b’mod ġust?
2 Le, minflok intom tippjanaw dak li hu ħażin f’qalbkom,
U taġixxu b’mod vjolenti fuq din l-art.
4 Kliemhom hu bħall-velenu tas-sriep;
Huma bħall-kobra li ma tridx tismaʼ,
5 Li ma tismax mil-leħen tas-sħaħar,
Avolja huma tas-sengħa.
6 Alla tiegħi, tajrilhom snienhom minn ħalqhom!
Ġeħova, kisser ix-xedaq taʼ dawn l-iljuni!
7 Jalla jiġu fix-xejn bħalma jiġrilu l-ilma meta jinxef il-wied;
Jalla tilwi l-qaws u twaqqagħhom bil-vleġeġ tiegħek.
8 Jalla jkunu bħal bebbuxu li qed jinxef;*
Jalla jkunu bħal tarbija li titwieled mejta u qatt ma tara x-xemx.
9 Int tqabbad in-nar bl-għollieqa,
Imma qabel ma l-borma tiġi taħraq,
Alla se jibgħat riħ taʼ maltempata
Li se jkaxkar kemm l-għollieqa mxarrba u anki n-niexfa.
10 Il-ġust se jifraħ għax ikun ra l-vendetta fuq in-nies ħżiena.
Hu se jimxi fuq id-demm tagħhom.
11 In-nies se jgħidu: “Żgur li l-ġust se jiġi ppremjat.
Żgur li hemm Alla li jiġġudika d-dinja.”