Salm
Lid-direttur; fuq l-għanja taʼ “Il-Ġilji.” Għanja taʼ David.
69 Alla tiegħi, salvani, għax l-ilmijiet daqt jgħerrquni.*
2 Jien għeriqt f’ħama fond, fejn m’hemmx art soda.
Jien spiċċajt f’ilmijiet fondi,
U l-kurrent ġarrni miegħu.
3 Jien għejejt u nħnaqt ngħajjat għall-għajnuna;
Il-vista tiegħi marret lura tant kemm ilni nistenna lil Alla biex jaġixxi.
4 Dawk li jobogħduni għalxejn huma iktar mix-xagħar taʼ rasi.
Dawk li jixtiequ joqtluni, l-għedewwa qarrieqa tiegħi,* żdiedu ħafna.
Kelli nagħti dak li ma sraqtx.
5 Alla tiegħi, int taf kemm jien iblah
U taʼ xiex jien ħati.
6 Is-Sid taʼ Kollox,* Ġeħova tal-armati,
Jalla dawk li jittamaw fik ma jkollhomx għalfejn jistħu minħabba fija.
Alla t’Iżrael,
Jalla dawk li jfittxuk ma jiġux umiljati minħabba fija.
7 In-nies jgħajruni għax naqdik;
Jien vera ġejt umiljat.
8 Jien sirt stranġier għal ħuti;
Sirt barrani għat-tfal t’ommi.
9 Iż-żelu għad-dar tiegħek hu bħal nar jaqbad ġo fija,
U t-tmaqdir taʼ dawk li jmaqdru lilek ġie fuqi.
12 Jien qiegħed fi lsien dawk bilqiegħda f’bieb il-belt.
Dawk fis-sakra jkantaw dwari.
13 Imma jalla t-talba tiegħi tasal għandek f’ħin li turini ħniena, Ġeħova.
Alla tiegħi, uri li int il-wieħed leali li ssalvani,
Għax int turi mħabba u lealtà.*
14 Eħlisni mill-ħama;
Tħallinix negħreq.
Eħlisni minn dawk li jobogħduni
U mill-ilmijiet fondi.
15 Tħallix il-kurrent qawwi tal-ilma jġorrni miegħu,
Tħallinix negħreq f’ilma fond,
U tħallix il-bir* jiblagħni.
16 Wiġibni Ġeħova, għax int tħobbni.*
Agħti kasi għax int ħanin ħafna,
17 U taħbix wiċċek minni.
Wiġibni malajr għax qiegħed f’sitwazzjoni diffiċli.
19 Int taf kemm qed niġi mgħajjar, iddiżonorat, u umiljat.
Int tara l-għedewwa kollha tiegħi.
20 It-tgħajjir qasamli qalbi, u l-ferita ma tistax tfiq.*
Kont qed nittama li xi ħadd jifhimni, imma ma kien hemm ħadd,
U li nsib lil xi ħadd li jinkuraġġini, imma ma sibt lil ħadd.
22 Jalla l-mejda tagħhom issir nassa għalihom,
U l-ħafna ġid li għandhom isir nasba.
24 Uri r-rabja tiegħek lejhom,
U jalla r-rabja kbira tiegħek tilħaqhom.
26 Għax huma jiġru wara dak li int weġġajt,
U jibqgħu jitkellmu dwar it-tbatija li int ġibt fuq xi nies.
27 Ħa jkunu iktar ħatja milli huma,
U jalla ma jibbenefikawx mill-ġustizzja tiegħek.
29 Alla tiegħi, jien muġugħ u qed inbati.
Jalla ssalvani u tipproteġini.
30 Jien se nfaħħar bil-kant isem Alla,
U se nagħtih glorja u nirringrazzjah.
32 L-umli se jifirħu meta jaraw il-qawwa li Alla għandu biex isalva.
Agħmlu l-kuraġġ, intom li qed tfittxu lil Alla.
33 Għax Ġeħova qed jismaʼ lill-foqra,
U mhux se jobgħod lin-nies tiegħu li huma lsiera.
34 Ħa jfaħħruh is-sema u l-art,
U l-baħar u kulma hemm fih.
35 Għax Alla se jsalva lil Sijon
U se jerġaʼ jibni l-bliet taʼ Ġuda.
L-art se jagħtiha lin-nies tiegħu u se jgħixu fiha.
36 Dawk li jiġu mill-qaddejja tiegħu se jirtuha,
U dawk li jħobbu lil ismu se jgħixu fiha.