Salm
Għanja tat-Tlajjaʼ. Għanja taʼ David.
131 Ġeħova, jien m’iniex supperv
U lanqas kburi.
Jien ma nixtieqx nagħmel affarijiet
Li m’iniex kapaċi nagħmilhom.
2 Jien ikkalmajt lili nnifsi* u qgħadt kwiet
Bħal tifel żgħir* m’ommu;
Jien* kuntent bħal tifel żgħir.
3 Jalla Iżrael jistenna lil Ġeħova biex jgħinu,
Issa u għal dejjem.