Salm
97 Ġeħova sar Re!
Ħa tifraħ l-art.
Ħa jifirħu l-gżejjer kollha.
2 Madwaru hemm sħab u dlam;
Hu dejjem imexxi bis-sewwa u l-ġustizzja.
3 Minn quddiemu joħroġ nar
Li jeqred lill-għedewwa li hemm madwaru.
4 Is-sajjetti tiegħu jdawlu l-art;
Id-dinja titriegħed meta tara dan.
5 Il-muntanji jdubu bħax-xemaʼ quddiem Ġeħova,
Quddiem is-Sid tal-art kollha.
6 Is-sema xxandar il-ġustizzja tiegħu,
U l-popli kollha jaraw il-glorja tiegħu.
7 Dawk kollha li jqimu xi statwa skolpita
U li jiftaħru bl-allat tagħhom li ma jiswew għal xejn
Se jiġu mġiegħla jistħu.
Milu quddiemu,* allat kollha.
8 Sijon tismaʼ u tifraħ.
Il-bliet* taʼ Ġuda huma ferħanin
Minħabba l-ġudizzji tiegħek, Ġeħova.
9 Għax int Ġeħova, l-Iktar Għoli fuq l-art kollha;
Int qiegħed fl-għoli ħafna iktar mill-allat l-oħrajn kollha.
10 Intom li tħobbu lil Ġeħova, obogħdu dak li hu ħażin.
Hu qed jipproteġi lil-leali tiegħu;
Hu jeħlishom minn id* il-ħżiena.
11 Id-dawl idda għall-ġusti,
U wasal iż-żmien biex dawk taʼ qalb onesta jifirħu.