Eżekjel
9 U għajjat b’leħen qawwi li smajtu b’widnejja, u qal: “Ħa jersqu dawk li se jikkastigaw il-belt, kull wieħed bl-arma tiegħu f’idu biex iġib ħerba!”
2 U, ara! Kien hemm sitt irġiel ġejjin min-naħa tal-bieb taʼ fuq+ li jħares lejn it-tramuntana, u kull wieħed minnhom kellu l-arma tiegħu f’idu biex ifarrak biha. Magħhom kien hemm raġel liebes l-għażel,+ u kellu l-kaxxa tal-kitba taʼ segretarju fuq ġenbu, u dawn daħlu u waqfu ħdejn l-artal tar-ram aħmar.+
3 U l-glorja taʼ l-Alla taʼ Israel+ intrefgħet minn fuq il-kerubini+ li kienet fuqhom u marret lejn l-għatba tad-dar,+ u hu beda jsejjaħ lir-raġel liebes l-għażel+ u li fuq ġenbu kellu l-kaxxa tal-kitba taʼ segretarju. 4 U Ġeħova kompla jgħidlu: “Għaddi minn nofs il-belt, minn nofs Ġerusalemm, u agħmel marka fuq ġbin dawk li qed jitniehdu u jokorbu+ minħabba l-affarijiet mistkerrhin kollha li qed isiru f’nofsha.”+
5 U lill-oħrajn qalilhom, u dan smajtu b’widnejja: “Għaddu mill-belt warajh u idorbu. Tħallux lil għajnejkom tiġihom ħasra, u tagħdrux.+ 6 Ix-xiħ, iż-żagħżugħ u l-verġni u t-tifel żgħir u n-nisa,+ oqtluhom—sakemm teqirduhom. Imma kulmin ikollu fuqu l-marka tersqux lejh,+ u tridu tibdew mis-santwarju tiegħi.”+ Għalhekk, bdew mill-irġiel xjuħ li kienu quddiem id-dar.+ 7 U qalilhom ukoll: “Niġġsu d-dar u imlew il-btieħi bil-maqtulin.+ Oħorġu!” U ħarġu u bdew jidorbu fil-belt.
8 U ġara li waqt li kienu qed jidorbu u bqajt jien waħdi, inxtħett wiċċi fl-art+ u bdejt ngħajjat u ngħid: “Jaħasra,+ O Mulej Sovran Ġeħova! Kollha se teqridhom lil dawk li fadal minn Israel int u tferraʼ l-korla tiegħek fuq Ġerusalemm?”+
9 Għalhekk, qalli: “L-iżball taʼ dar Israel u Ġuda+ hu kbir ħafna u ħafna,+ u l-pajjiż mimli bit-tixrid taʼ demm+ u l-belt mimlija tagħwiġ;+ għax qalu, ‘Ġeħova ħalla l-pajjiż,+ u Ġeħova mhux qed jara.’+ 10 Mela jien ukoll, mhux se nħalli lil għajnejja tiġihom ħasra,+ u lanqas ma se nuri mogħdrija.+ Triqithom inġibha fuq rashom stess.”+
11 U, ara, ir-raġel liebes l-għażel, u li fuq ġenbu kellu l-kaxxa tal-kitba, ġie lura jirrapporta u jgħid: “Għamilt eżatt kif ikkmandajtni.”+