Ħosea
Għax huma jqarrqu;
Il-ħallelin jidħlu jisirqu fid-djar u l-gruppi tal-ħallelin jisirqu n-nies fit-toroq.
2 Imma huma lanqas jgħaddilhom minn moħħhom li jien se niftakar il-ħażen kollu tagħhom.
Issa huma mdawrin bil-ħażen tagħhom;
Xejn minn dak li jagħmlu mhu moħbi minni.
4 Huma kollha adulteri,
Bħal forn li qabbad furnar
U li m’għandux għalfejn iqalleb in-nar biex iżommu sħun sakemm qed jagħġen l-għaġina u togħla.
5 Fil-ġurnata tal-festa tar-re, il-kapijiet ma ħassewhomx sew
U rrabjaw minħabba l-effett tal-inbid.
Ir-re għamel ħbieb maʼ dawk li jwaqqgħu għaċ-ċajt.
6 Għax huma jersqu lejh b’qalbhom taħraq bħal forn.*
Il-furnar jorqod il-lejl kollu;
Filgħodu, il-forn jaqbad sew.
Ir-rejiet tagħhom spiċċaw ħażin;
Ħadd minnhom ma jgħajjatli għall-għajnuna.
8 Efrajm jitħallat mal-popli.
Efrajm hu bħal ftira msajra minn naħa waħda.
9 L-istranġieri ħadulu saħħtu, imma ma jafx.
U xagħru bjad, imma ma ndunax.
10 Il-kburija t’Iżrael tat xhieda kontrih stess,
Imma hu ma darx lura lejja, Ġeħova l-Alla tiegħu,
U lanqas ma fittixni minkejja dan kollu.
11 In-nies t’Efrajm huma bħal ħamiema belha li m’għandhiex sens f’moħħha.
Huma talbu lill-Eġittu għall-għajnuna; marru għand l-Assirja biex tgħinhom.
12 Kull fejn imorru, jien se nitfaʼ x-xibka tiegħi fuqhom
U nniżżilhom bħall-għasafar.
Jien se niddixxiplinahom bħalma wissejthom.*
13 Ħażin għalihom, għax ħarbu minni!
Ħa jinqerdu, għax dinbu kontrija!
Jien kont lest li nifdihom,* imma huma gidbu fuqi.
14 Għalkemm baqgħu jibku fuq is-sodod tagħhom,
Ma talbunix mill-qalb biex ngħinhom.
Huma jqattgħu lilhom infushom biex ikollhom iċ-ċereali* u nbid ġdid;
Huma jduru kontrija.
15 Għalkemm iddixxiplinajthom u saħħaħthom,
Huma jiħduha kontrija billi jippjanaw dak li hu ħażin.
Il-kapijiet* tagħhom se jinqatlu bix-xabla minħabba l-kliem ribelluż tagħhom.
Minħabba dan, huma se jiġu mwaqqgħin għaċ-ċajt fl-art tal-Eġittu.”