Salm
ל [Lamed]
10 Ġeħova, għala qiegħed tant ’il bogħod?
Għala qed tinħeba fi żminijiet diffiċli?
2 Il-ħażin bi kburija se jiġri wara l-batut,
Imma hu stess se jinqabad f’wieħed mill-pjanijiet mill-agħar tiegħu.
Dan ma jirrispettahx lil Ġeħova.
4 Minħabba l-kburija, il-ħażin ma jfittixx lil Alla;
Hu ċert li m’hemmx Alla.
5 Hu jirnexxi f’dak li jagħmel
U qatt ma jistaʼ jifhem il-liġijiet tiegħek;
Hu jwaqqaʼ għaċ-ċajt l-għedewwa kollha tiegħu.
פ [Pe]
7 Minn ħalqu joħorġu biss saħtiet, gideb, u theddid;
Hu juża lsienu biex jaqlaʼ l-problemi u l-inkwiet.
8 Hu jistaħba biex jattakka ħdejn l-irħula;
Minn hemm joqtol lil xi ħadd innoċenti.
ע [Għajn]
Hu qiegħed għassa għal xi vittma.
9 Hu jistaħba u jistenna bħal iljun fil-moħba tiegħu.
Joqgħod jistenna lill-batut
U mbagħad jaqbdu fix-xibka.
11 Bejnu u bejn ruħu, il-ħażin jgħid: “Alla nesa l-ħażen tiegħi.
Hu jdawwar wiċċu u qatt ma jagħti kas.”
ק [Kof]
12 Agħmel xi ħaġa, Ġeħova. Alla tiegħi, uri kemm int b’saħħtek.
Tinsiex lill-batuti.
13 Il-ħażin għala ma jirrispettax lil Alla?
Bejnu u bejn ruħu jgħid: “Alla mhux se jitlob kont minni.”
ר [Rex]
14 Int tinnota l-inkwiet u t-tbatija.
Int tara kollox u tagħmel xi ħaġa.
Il-vittma lilek tfittex;
Int tgħin lill-orfni.*
ש [Xin]
15 Ikser id ir-raġel ħażin u mill-agħar.
Ħalli meta tfittex il-ħażen tiegħu,
Ma ssibux iktar.
16 Ġeħova hu Re għal dejjem taʼ dejjem.
Il-popli ħżiena nqerdu u tneħħew mid-dinja.
ת [Taw]
17 Imma int, Ġeħova, tismaʼ t-talba tal-umli.
Int issaħħaħhom u tagħti kashom.