LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • nwt Malakija 1:1-4:6
  • Malakija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Malakija
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Malakija

Malakija*

1 Dikjarazzjoni:

Il-kelma taʼ Ġeħova+ dwar Israel permezz taʼ Malakija:

2 “Ħabbejtkom,”+ qal Ġeħova.

U intom għedtu: “B’liema mod ħabbejtna?”+

“Ma kienx Għesaw ħu Ġakobb?”+ hija l-kelma taʼ Ġeħova. “Imma jien ħabbejt lil Ġakobb,+ 3 u bgħadt lil Għesaw;+ u fl-aħħar għamilt il-muntanji tiegħu art abbandunata+ u l-wirt tiegħu għax-xakalli tax-xagħri.”+

4 “Minħabba li Edom* jibqaʼ jgħid, ‘Aħna ġejna mfarrkin, imma se niġu lura u nibnu l-postijiet imħarbtin,’ hekk qal Ġeħova taʼ l-armati,* ‘Huma, min-naħa tagħhom, se jibnu; imma jien, min-naħa tiegħi, se nġarraf.+ U n-nies se jsejħulhom “it-territorju tal-ħażen” u “l-poplu li Ġeħova kkundannah+ għal żmien indefinit.”* 5 Għajnejkom stess se jarawh dan, u intom infuskom se tgħidu: “Jalla Ġeħova jkun imfaħħar bil-kbir fit-territorju taʼ Israel.”’”+

6 “‘Iben jonora lil missieru;+ u qaddej, lil sidu.+ Mela jekk jien missier,+ fejn hu l-unur li jistħoqqli?+ U jekk jien Sid, fejn hu l-biżaʼ+ minni?’ qalilkom Ġeħova taʼ l-armati, O qassisin li qed tistmerru ismi.+

“‘U intom għedtu: “B’liema mod stmerrejna ismek?”’

7 “‘Billi tippreżentaw fuq l-artal tiegħi ħobż imniġġes.’+

“‘U intom għedtu: “B’liema mod niġġisniek?”’

“‘Billi tgħidu: “Il-mejda+ taʼ Ġeħova hi oġġett taʼ stmerrija.”+ 8 U meta tippreżentaw annimal agħma bħala sagrifiċċju: “M’hemm xejn ħażin.” U meta tippreżentaw annimal zopp jew wieħed marid: “M’hemm xejn ħażin.”’”+

“Jekk jogħġbok, ħudu lill-gvernatur tiegħek. Se jieħu pjaċir bik, jew se jilqgħek b’qalb tajba?” qal Ġeħova taʼ l-armati.

9 “U issa, jekk jogħġobkom, taffu l-korla+ t’Alla, biex iħenn għalina.+ Huma idejkom li għamlu dan. Se jilqaʼ lil xi ħadd minnkom b’qalb tajba?” qal Ġeħova taʼ l-armati.

10 “Barra minn hekk, min hemm fostkom li jagħlaq il-bibien+ jew jixgħel l-artal tiegħi bla ma jieħu xejn?+ Ma nsib l-ebda għaxqa fikom,” qal Ġeħova taʼ l-armati, “u ma niħux pjaċir bl-offerta bħala għotja minn idkom.”+

11 “Għax minn tlugħ ix-xemx sa nżulha ismi se jkun kbir fost il-ġnus,+ u f’kull post se jiġi offrut id-duħħan tas-sagrifiċċji+ u ssir preżentazzjoni għal ismi, iva, għotja nadifa;+ għax ismi se jkun kbir fost il-ġnus,”+ qal Ġeħova taʼ l-armati.

12 “Imma intom qed tkasbruni+ billi tgħidu, ‘Il-mejda taʼ Ġeħova hi xi ħaġa mniġġsa, u l-frott tagħha, l-ikel tagħha, huwa oġġett taʼ stmerrija.’+ 13 U intom għedtu, ‘Ara, xi dwejjaq!’+ u bdejtu tonfħu minħabba dan,” qal Ġeħova taʼ l-armati. “U ġibtu annimal maħtuf, u dak li hu zopp, u dak li hu marid;+ iva, ġibtuh bħala għotja. Nistaʼ nieħu pjaċir nilqagħha minn idkom?”+ qal Ġeħova.

14 “Ikun misħut dak li jaġixxi b’makakkerija meta fil-merħla tiegħu għandu annimal bla difett, imma lil Ġeħova jwiegħdu u jissagrifikalu wieħed difettuż.+ Għax jien Sultan kbir,”+ qal Ġeħova taʼ l-armati, “u ismi se jqanqal il-biżaʼ fost il-ġnus.”+

2 “U issa dan il-kmandament hu għalikom, O qassisin.+ 2 Jekk m’intomx se tisimgħu,+ u jekk m’intomx se ddaħħluha f’qalbkom+ li tagħtu glorja lil ismi,”+ qal Ġeħova taʼ l-armati, “jien se nibgħat fuqkom is-saħta,+ u se nisħet il-barkiet tagħkom.+ Iva, jien diġà sħitthom, għax m’intomx iddaħħlu dan f’qalbkom.”

3 “Ara! Minħabba fikom qed inċanfar liż-żerriegħa miżrugħa,+ u se ntajjar il-ħmieġ taʼ l-annimali għal wiċċkom, il-ħmieġ tal-festi tagħkom; u tinġarru miegħu. 4 U se jkollkom tkunu tafu li bgħattilkom dan il-kmandament,+ sabiex il-patt+ tiegħi maʼ Levi jkun jistaʼ jitkompla,”+ qal Ġeħova taʼ l-armati.

5 “Miegħu kien il-patt tiegħi, patt taʼ ħajja u paċi,+ u jien bqajt nagħtihomlu biex hekk ikollu l-biżaʼ. U hu kompla jibżaʼ minni;+ iva, minħabba ismi twerwer.+ 6 Il-liġi tal-verità kienet f’fommu,+ u ebda inġustizzja ma nstabet fuq xofftejh. Mexa miegħi bil-paċi u b’mod rett,+ u ħafna kienu dawk li reġġagħhom lura mill-iżball.+ 7 Għax xofftejn il-qassis għandhom jaħżnu l-għarfien, u minn fommu n-nies għandhom ifittxu l-liġi;+ għax hu l-messaġġier taʼ Ġeħova taʼ l-armati.+

8 “Imma intom—intom warrabtu mit-triq.+ Intom ġegħeltu lil ħafna jitfixklu fil-liġi.+ Intom irrovinajtu l-patt taʼ Levi,”+ qal Ġeħova taʼ l-armati. 9 “U jien ukoll, min-naħa tiegħi, se nagħmilkom mistmerrin u bla ġieħ għan-nies kollha+ daqskemm ma żammejtux maʼ triqati, imma wrejtu parzjalità fil-liġi.”+

10 “Mhux missier wieħed għandna lkoll kemm aħna?+ Mhux Alla wieħed ħalaqna?+ Għala naġixxu bi tradiment bejnietna,+ billi nkasbru l-patt taʼ missirijietna?+ 11 Ġuda aġixxa bi tradiment, u twettqet ħaġa mistkerrha f’Israel u f’Ġerusalemm;+ għax Ġuda kasbar il-qdusija taʼ Ġeħova,+ li Hu ħabb, u ħa lil bint alla barrani biex jiżżewwiġha.+ 12 Ġeħova se jqaċċat mit-tined taʼ Ġakobb lil kull wieħed li jagħmel dan,+ lil dak li hu mqajjem u lil dak li jwieġeb, u lil dak li jippreżenta offerta bħala għotja+ lil Ġeħova taʼ l-armati.”

13 “U din hi t-tieni ħaġa li intom tagħmlu, ħaġa li biha ġġiegħlu l-artal taʼ Ġeħova jinkesa bid-dmugħ, bil-biki u bit-tnehid, tant li l-offerti tagħkom bħala għotja m’għadhomx jiġu aċċettati iżjed u xejn ma jintlaqaʼ minn idkom bi pjaċir.+ 14 U intom għedtu, ‘Minħabba liema ħaġa?’+ Minħabba dan, li Ġeħova nnifsu xehed bejnek u bejn il-mara taʼ żgħożitek,+ li magħha int aġixxejt bi tradiment, għalkemm hi s-sieħba tiegħek u l-mara tal-patt tiegħek.+ 15 U kien hemm wieħed li m’għamilx hekk, billi kellu dak li kien baqaʼ mill-ispirtu. U x’kien qed ifittex dan? In-nisel t’Alla.+ U intom oqogħdu attenti għall-ispirtu tagħkom,+ u ħalli ħadd ma jaġixxi bi tradiment mal-mara taʼ żgħożitu.+ 16 Għax hu bagħad id-divorzju,”+ qal Ġeħova l-Alla taʼ Israel; “u lil dak li kesa ħwejġu bil-vjolenza,”+ qal Ġeħova taʼ l-armati. “U oqogħdu attenti għall-ispirtu tagħkom, u m’għandkomx taġixxu bi tradiment.+

17 “Għejjejtuh lil Ġeħova bi kliemkom,+ u għedtu, ‘B’liema mod għejjejnieh?’ Billi għedtu, ‘Kulmin qed jagħmel il-ħażen hu tajjeb f’għajnejn Ġeħova, u b’uħud bħal dawn tgħaxxaq’;+ jew, ‘Fejn hu l-Alla tal-ġustizzja?’”+

3 “Ara! Qed nibgħat lill-messaġġier tiegħi,+ u jrid iħejji triq quddiemi.+ U f’daqqa waħda jiġi fit-tempju Tiegħu+ l-Mulej il-veru,*+ li lilu qegħdin tfittxu, u jiġi l-messaġġier+ tal-patt+ li bih titgħaxxqu.+ Ara! Jiġi żgur,” qal Ġeħova taʼ l-armati.+

2 “Imma min se jissaporti jum il-miġja tiegħu,+ u min se jiflaħ jieqaf meta jidher hu?+ Għax se jkun bħan-nar tar-raffinatur+ u bħas-sapun*+ tal-ħasselin.+ 3 U jrid joqgħod bil-qiegħda bħala raffinatur u wieħed li jnaddaf il-fidda+ u jnaddaf lil ulied Levi;+ u jrid isaffihom bħad-deheb+ u bħall-fidda, u jsiru għal Ġeħova nies li qed jippreżentaw offerta bħala għotja+ bis-sewwa. 4 U l-offerta bħala għotja mingħand Ġuda u Ġerusalemm se tkun togħġob lil Ġeħova,+ bħal fil-jiem taʼ żmien twil ilu u bħal fis-snin tal-qedem.+

5 “U nersaq lejkom għall-ġudizzju,+ u nsir xhud ħafif+ kontra s-sħaħar,+ kontra l-adulteri,+ kontra dawk li jaħilfu falz,+ u kontra dawk li jagħmlu frodi fil-pagi tal-ħaddiem+ u li jimbroljaw lill-armla+ u lit-tifel bla missier,+ u kontra dawk li jkeċċu lir-resident barrani,+ filwaqt li huma ma jibżgħux minni,”+ qal Ġeħova taʼ l-armati.

6 “Għax jien Ġeħova; jien ma nbdiltx.+ U intom ulied Ġakobb; intom ma ntemmejtux.+ 7 Minn jiem missirijietkom warrabtu r-regolamenti tiegħi u ma ħaristuhomx.+ Erġgħu lura lejja, u jien nerġaʼ lura lejkom,”+ qal Ġeħova taʼ l-armati.

U intom għedtu: “B’liema mod nerġgħu lura?”

8 “Jistaʼ l-bniedem jisraq lil Alla? Imma intom tisirquni.”

U intom għedtu: “B’liema mod sraqniek?”

“Fl-għexur u fil-kontribuzzjonijiet. 9 Lili qed tisħtu+ b’saħta, u lili qed tisirqu—il-ġens kollu kemm hu. 10 Ġibu l-għexur kollha+ fil-maħżen, biex ikun hemm l-ikel f’dari;+ u għadduni minn prova, jekk jogħġobkom, f’dan ir-rigward,”+ qal Ġeħova taʼ l-armati, “u taraw jekk iniex se niftħilkom bwieb l-għargħar tas-smewwiet+ u nitfaʼ fuqkom xita taʼ barkiet sakemm ma jkun jonqoskom xejn iktar.”+

11 “U se nċanfrilkom lill-wikkiel,+ u ma jirrovinalkomx il-frott taʼ l-art, lanqas id-dielja fl-għalqa ma tkunilkom bla frott,”+ qal Ġeħova taʼ l-armati.

12 “U l-ġnus kollha se jiddikjarawkom henjin,+ għax intom se ssiru pajjiż t’għaxqa,”+ qal Ġeħova taʼ l-armati.

13 “Qawwi kien kliemkom kontrija,”+ qal Ġeħova.

U intom għedtu bejnietkom: “X’għedna kontrik?”+

14 “Intom għedtu, ‘Għalxejn taqdi ’l Alla.+ U x’jiswa li ħarisna l-obbligu lejh, u li mxejna b’qalbna sewda minħabba Ġeħova taʼ l-armati?+ 15 Issa qed niddikjaraw henjin lin-nies prużuntużi.+ U wkoll, dawk li jagħmlu l-ħażen inbnew.+ Barra minn hekk, jibqgħu jgħaddu lil Alla minn prova u jgħadduha lixxa.’”+

16 Dak iż-żmien dawk li kellhom il-biżaʼ taʼ Ġeħova+ tkellmu bejniethom, kull wieħed maʼ sieħbu, u Ġeħova ta kas u qagħad jismaʼ.+ U ktieb it-tifkira beda jinkiteb quddiemu+ dwar dawk li għandhom il-biżaʼ taʼ Ġeħova u dwar dawk li jaħsbu fuq ismu.+

17 “U jsiru tiegħi,”+ qal Ġeħova taʼ l-armati, “dakinhar li nagħmilhom il-proprjetà speċjali tiegħi.+ U nagħdirhom, sewwasew bħalma raġel jagħder lil ibnu li jaqdih.+ 18 U intom terġgħu taraw id-distinzjoni bejn bniedem sewwa u wieħed mill-agħar,+ bejn wieħed li jaqdi lil Alla u wieħed li ma qdiehx.”+

4 “Għax, ara, ġej il-jum jaqbad bħall-forn,+ u l-prużuntużi kollha u dawk kollha li qed jagħmlu l-ħażen iridu jsiru bħat-tiben.*+ U l-jum li ġej se jiblagħhom żgur,” qal Ġeħova taʼ l-armati, “sabiex ma jħallilhom la għerq u lanqas fergħa.+ 2 U għalikom li għandkom il-biżaʼ taʼ ismi se tiddi x-xemx tas-sewwa,+ bil-fejqan fir-raġġi* tagħha;+ u intom toħorġu u taqbżu bħal għoġiela msemmnin.”+

3 “U se tisħqu lil dawk mill-agħar, għax se jsiru bħat-trab taħt qiegħ saqajkom fil-jum li naġixxi,”+ qal Ġeħova taʼ l-armati.

4 “Ftakru fil-liġi taʼ Mosè, il-qaddej tiegħi, iva, ir-regolamenti u d-deċiżjonijiet ġudizzjarji, li jien ikkmandajtu għal Israel kollu fil-Ħoreb.+

5 “Ara! Qed nibagħtilkom lil Elija l-profeta+ qabel jiġi l-jum il-kbir taʼ Ġeħova, jum li jqanqal il-biżaʼ.+ 6 U hu jdawwar lura qalb il-missirijiet lejn uliedhom, u qalb l-ulied lejn il-missirijiet; li ma niġix u nolqot l-art u nħarbatha.”*+

Ifisser “Il-Messaġġier (Anġlu) Tiegħi.”

Isem ieħor mogħti lil Għesaw, skond Ġen 25:30; 36:1.

L-espressjoni “Ġeħova taʼ l-armati” tidher 24 darba f’Malakija.

Ara Ġen 3:22, in-nota taʼ taħt.

Dan jirreferi għal “Ġeħova taʼ l-armati.”

Letteralment, “lissija.”

Letteralment, “qasbija.” Ara Eżo 5:12, in-nota taʼ taħt.

Letteralment, “fil-ġwienaħ.”

Jew, “niddedikaha għall-qerda.” Ara Eżo 22:20, in-nota taʼ taħt.

(Tmiem it-traduzzjoni taʼ l-Iskrittura Ebrajka-Aramajka,

segwita b’dik taʼ l-Iskrittura Griega Kristjana)

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja