LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • nwt Żakkarija 1:1-14:21
  • Żakkarija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Żakkarija
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Żakkarija

Żakkarija*

1 Fit-tmien xahar fit-tieni sena taʼ Darju+ l-kelma taʼ Ġeħova ġiet għand Żakkarija,+ bin Berekija, bin Iddo,+ il-profeta, tgħid: 2 “Ġeħova tgħaddab ferm għal missirijietkom.+

3 “Għidilhom, ‘Hekk qal Ġeħova taʼ l-armati: “‘Erġgħu lura lejja,’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova taʼ l-armati,* ‘u jien nerġaʼ lura lejkom,’+ qal Ġeħova taʼ l-armati.”’

4 “‘Issirux bħal missirijietkom+ li l-profeti taʼ qabel sejħulhom+ u qalulhom: “Hekk qal Ġeħova taʼ l-armati, ‘Erġgħu lura, jekk jogħġobkom, minn triqatkom il-ħżiena u mill-għemejjel ħżiena tagħkom.’”’+

“‘Imma huma ma semgħux, u ma tawx kasi,’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova.

5 “‘Fejn huma missirijietkom?+ U l-profeti+ baqgħu jgħixu għal dejjem? 6 Madankollu, kliemi u r-regolamenti tiegħi li jien ikkmandajt lill-qaddejja tiegħi, il-profeti,+ ma laħqux huma lil missirijietkom?’+ Għalhekk, darilhom u qalu: ‘Skond dak li Ġeħova taʼ l-armati kellu f’moħħu li jagħmlilna,+ skond triqatna u skond l-għemejjel tagħna, hekk għamlilna.’”+

7 Fl-erbgħa u għoxrin jum tal-ħdax-il xahar, jiġifieri, ix-xahar taʼ Xebat, fit-tieni sena taʼ Darju,+ il-kelma taʼ Ġeħova ġiet għand Żakkarija,+ bin Berekija, bin Iddo,+ il-profeta, tgħid: 8 “Bil-lejl jien ħarist, u rajt raġel+ riekeb fuq żiemel aħmar,+ u kien wieqaf qalb is-siġar tar-riħan+ fil-post fond; u warajh kien hemm żwiemel ħomor, ħomor nar, u bojod.”+

9 Għalhekk, jien għedt: “Min huma dawn, sidi?”+

Għal dan, l-anġlu li kien qed ikellimni qalli:+ “Jien se nurik dawn min huma.”

10 Imbagħad ir-raġel li kien wieqaf qalb is-siġar tar-riħan wieġeb u qal: “Dawn huma dawk li Ġeħova bagħathom iduru l-art.”+ 11 U huma wieġbu lill-anġlu taʼ Ġeħova li kien wieqaf qalb is-siġar tar-riħan u qalu: “Aħna dorna l-art,+ u, ara, l-art kollha tinsab fil-kwiet u m’għandha ebda tfixkil.”+

12 Għalhekk, l-anġlu taʼ Ġeħova wieġeb u qal: “O Ġeħova taʼ l-armati, kemm se ddum ma turi ħniena maʼ Ġerusalemm u mal-bliet taʼ Ġuda,+ li lilhom int ikkundannajt għal dawn is-sebgħin sena?”+

13 U Ġeħova wieġeb lill-anġlu li kien qed ikellimni, bi kliem tajjeb, kliem taʼ faraġ;+ 14 u l-anġlu li kien qed ikellimni qalli: “Għajjat u għid, ‘Hekk qal Ġeħova taʼ l-armati: “Jien kont għajjur għal Ġerusalemm u għal Sijon b’għira kbira.+ 15 B’għadab kbir inħossni mgħaddab kontra l-ġnus li huma fil-kwiet;+ għax jien, min-naħa tiegħi, ftit biss kont mgħaddab,+ imma huma, min-naħa tagħhom, żiedu l-gwaj.”’+

16 “Għaldaqstant, hekk qal Ġeħova, ‘“Jien se nerġaʼ lura lejn Ġerusalemm bil-ħniniet.+ Dari stess se tinbena fiha,”+ hija l-kelma taʼ Ġeħova taʼ l-armati, “u l-ħabel tal-kejl se jinfirex fuq Ġerusalemm.”’+

17 “Għajjat iktar u għid, ‘Hekk qal Ġeħova taʼ l-armati: “Il-bliet tiegħi jerġgħu jfuru bi tjubiti;+ u Ġeħova jerġaʼ jiddispjaċih minħabba Sijon+ u jerġaʼ jagħżel lil Ġerusalemm.”’”+

18 U jien erfajt għajnejja u ħarist; u, ara, kien hemm erbat iqrun.*+ 19 Għalhekk, jien għedt lill-anġlu li kien qed ikellimni: “X’inhuma dawn?” Imbagħad hu qalli: “Dawn huma l-qrun li xerrdu lil Ġuda,+ lil Israel+ u lil Ġerusalemm.”+

20 Iktar minn hekk, Ġeħova wrieni erbat irġiel tas-sengħa. 21 Għal dan, jien għedt: “Dawn x’ġejjin jagħmlu?”

U hu qal: “Dawn huma l-qrun+ li xerrdu lil Ġuda sal-punt li ħadd m’għolla rasu; u l-oħrajn ġejjin biex iġegħluhom jitriegħdu, biex iwaqqgħu l-qrun tal-ġnus li qed jerfgħu qarn kontra l-art taʼ Ġuda, sabiex ixerrduha.”+

2 U jien erfajt għajnejja u ħarist; u, ara, kien hemm raġel b’ħabel tal-kejl f’idu.+ 2 Għalhekk, jien għedt: “Fejn sejjer?”

U qalli: “Sejjer inkejjel lil Ġerusalemm, sabiex nara x’inhi l-wisaʼ tagħha u x’inhu t-tul tagħha.”+

3 U l-anġlu li kien qed ikellimni telaq minn ħdejja, u kien hemm anġlu ieħor li ġie biex jiltaqaʼ miegħu. 4 Imbagħad qallu: “Iġri, kellem liż-żagħżugħ hemmhekk, u għidlu: ‘“Ġerusalemm se tkun abitata+ bħal pajjiż fil-kampanja miftuħa, minħabba l-kotra taʼ bnedmin u annimali domestiċi f’nofsha.+ 5 U nsir għaliha,” hija l-kelma taʼ Ġeħova, “ħajt tan-nar dawramejt,+ u nimlieha bil-glorja tiegħi.”’”+

6 “Isa! Isa! Aħarbu mill-pajjiż tat-tramuntana,”+ hija l-kelma taʼ Ġeħova.

“Għax xerridtkom maʼ kullimkien fid-direzzjoni taʼ l-erbat irjieħ tas-smewwiet,”+ hija l-kelma taʼ Ġeħova.

7 “Isa, Sijon!+ Aħrab, int li qed tgħammar maʼ bint Babilonja.+ 8 Għax hekk qal Ġeħova taʼ l-armati, ‘Wara ż-żmien tal-glorja+ tiegħu bagħatni għand il-ġnus li kienu qed iħarbtukom.’+ ‘Għax dak li qed imisskom+ qed imiss il-mimmi t’għajnejja.*+ 9 Ara, qed inxejjer idi kontrihom,+ u se jkollhom isiru priża għall-ilsiera tagħhom.’+ U intom se tkunu tafu li Ġeħova taʼ l-armati bagħatni.+

10 “Għajjat kemm tiflaħ u ifraħ, O bint Sijon;+ għax ġej,+ u se ngħammar f’nofsok,”+ hija l-kelma taʼ Ġeħova. 11 “U ħafna ġnus se jintrabtu maʼ Ġeħova f’dak il-jum,+ u huma jsiru l-poplu tiegħi;+ u jien se ngħammar f’nofsok.” U se jkollok tkun taf li Ġeħova taʼ l-armati bagħatni għandek.+ 12 U Ġeħova se jieħu lil Ġuda f’idejh bħala sehmu fuq l-art qaddisa,+ u jerġaʼ jagħżel lil Ġerusalemm.+ 13 Isktu, bnedmin kollha, quddiem Ġeħova,+ għax hu qam+ mill-post qaddis fejn jgħammar.+

3 U wrieni lil Ġożwè+ l-qassis il-kbir bil-wieqfa quddiem l-anġlu taʼ Ġeħova, u Satana*+ bil-wieqfa fuq lemintu biex jopponih.+ 2 Imbagħad l-anġlu+ taʼ Ġeħova qal lil Satana: “Ġeħova jċanfrek,+ Satana, iva, Ġeħova jċanfrek, dak li qed jagħżel lil Ġerusalemm!+ Jaqaw dan m’huwiex zokk maħtuf minn ġon-nar?”+

3 Issa Ġożwè kien liebes ilbies maħmuġ+ u kien bil-wieqfa quddiem l-anġlu. 4 Imbagħad wieġeb u qal lil dawk li kienu bil-wieqfa quddiemu: “Neħħu l-ilbies maħmuġ minn fuqu.” U kompla jgħidlu: “Ara, jien neħħejt l-iżball tiegħek minn fuqek,+ u hemm ilbies ċerimonjali għalik.”+

5 Għal dan, jien għedt: “Ħa jpoġġu turbant nadif fuq rasu.”+ U huma poġġew it-turbant nadif fuq rasu u libbsuh il-ħwejjeġ; u l-anġlu taʼ Ġeħova kien bil-wieqfa fil-qrib. 6 U l-anġlu taʼ Ġeħova beda jħeġġeġ lil Ġożwè, billi jgħid: 7 “Hekk qal Ġeħova taʼ l-armati, ‘Jekk timxi fi triqati, u jekk tħares l-obbligu tiegħek lejja,+ imbagħad ukoll se tkun int li tiġġudika lid-dar tiegħi+ u tħares ukoll il-btieħi tiegħi; u jien inħallik tidħol fost dawn li qegħdin bil-wieqfa fil-qrib.’

8 “‘Ismaʼ, jekk jogħġbok, O Ġożwè l-qassis il-kbir, int u sħabek bil-qiegħda quddiemek, għax huma rġiel li jservu bħala sinjal;+ għax se nġib lill-qaddej tiegħi+ Rimja!+ 9 Għax, ara, il-ġebla+ li jien poġġejt quddiem Ġożwè! Fuq din il-ġebla waħda hemm sebaʼ għajnejn.+ Ara, qed innaqqax it-tinqix tagħha,’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova taʼ l-armati, ‘u se nneħħi l-iżball taʼ dik l-art f’jum wieħed.’+

10 “‘F’dak il-jum,’ hija l-kelma taʼ Ġeħova taʼ l-armati, ‘kull wieħed minnkom se jsejjaħ lill-ieħor, waqt li tkunu taħt id-dielja u waqt li tkunu taħt is-siġra tat-tin.’”+

4 U l-anġlu li kien qed ikellimni ġie lura u qajjimni, bħal raġel imqajjem mill-irqad tiegħu.+ 2 Imbagħad qalli: “X’qed tara?”+

Għalhekk, għedt: “Jien ħarist, u, ara, hemm gandlier, kollu kemm hu tad-deheb,+ u għandu skutella fuqu. U s-sebaʼ msiebaħ tiegħu qegħdin fuqu, iva, sebgħa;+ u l-imsiebaħ taʼ fuqu għandhom sebaʼ kanen irqaq. 3 U hemm żewġ siġriet taż-żebbuġ maġenbu,+ waħda fuq il-lemin u l-oħra fuq ix-xellug taʼ l-iskutella.”

4 Imbagħad wiġibt u għedt lill-anġlu li kien qed ikellimni: “Dawn l-affarijiet xi jfissru, sidi?”+ 5 Għalhekk, l-anġlu li kien qed ikellimni wieġeb u qalli: “Tassew li ma tafx xi jfissru dawn l-affarijiet?”

Għal dan, għedt: “Le, sidi.”+

6 Għaldaqstant, hu wieġeb u qalli: “Din hija l-kelma taʼ Ġeħova lil Żerubbabel, li tgħid, ‘“Mhux b’qawwa militari,+ lanqas b’xi setgħa,+ imma bl-ispirtu tiegħi,”+ qal Ġeħova taʼ l-armati. 7 Min int, O muntanja kbira?+ Quddiem Żerubbabel+ int se ssir wita. U hu jġib il-ġebla taʼ fuqnett,+ u se jinstemaʼ għajat+ taʼ: “Xi ġmiel! Xi ġmiel!”’”+

8 U l-kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid: 9 “Idejn Żerubbabel qiegħdu l-pedament taʼ din id-dar,+ u idejh ilestuha.”+ U se jkollkom tkunu tafu li Ġeħova taʼ l-armati bagħatni għandkom.+ 10 “Għax min stmerr il-jum t’affarijiet żgħar?+ Huma se jifirħu+ u jaraw iċ-ċomb tal-bennejja f’id Żerubbabel. Dawn is-sebgħa huma għajnejn Ġeħova.+ Qed jiġru maʼ l-art kollha.”+

11 U jien wiġibt u għedtlu: “Dawn iż-żewġ siġriet taż-żebbuġ fuq il-lemin u fuq ix-xellug tal-gandlier xi jfissru?”+ 12 Imbagħad jien wiġibt it-tieni darba u għedtlu: “X’inhuma l-friegħi taż-żewġ siġriet taż-żebbuġ li, permezz taż-żewġ żennuniet tad-deheb, qed iferrgħu minn ġo fihom il-likwidu tad-deheb?”

13 Għalhekk, qalli: “Tassew li ma tafx xi jfissru dawn l-affarijiet?”

Għal dan, għedt: “Le, sidi.”+

14 Għaldaqstant qalli: “Dawn huma ż-żewġ midlukin+ li qegħdin bil-wieqfa maġenb il-Mulej taʼ l-art kollha.”+

5 Imbagħad erġajt erfajt għajnejja u ħarist; u rajt romblu+ jtir. 2 Għalhekk, qalli: “X’qed tara?”+

Għal dan, għedt: “Qed nara romblu jtir, b’tul t’għoxrin kubitu, u b’wisaʼ t’għaxar kubiti.”

3 Imbagħad qalli: “Din hi s-saħta li ħierġa fuq wiċċ l-art kollha,+ għax kulmin qed jisraq,+ skond kif imsemmi fis-saħta fuq din in-naħa tar-romblu, s’issa nħeles mill-kastig; u kulmin qed jaħlef,+ skond kif imsemmi fis-saħta fuq in-naħa l-oħra,+ s’issa nħeles mill-kastig. 4 ‘Jien ħriġtha,’ hija l-kelma taʼ Ġeħova taʼ l-armati, ‘u din trid tidħol f’dar il-ħalliel u f’dar min qed jaħlef falz f’ismi;+ u trid tgħammar f’nofs daru u teqridha għalkollox bl-injam u l-ġebel tagħha wkoll.’”+

5 Imbagħad l-anġlu li kien qed ikellimni resaq lejja u qalli: “Erfaʼ għajnejk, jekk jogħġbok, u ara x’inhu dan li ħiereġ.”

6 Għalhekk, jien għedt: “X’inhu?”

Qalli: “Dan li ħiereġ hu l-kejl t’efa.” U kompla jgħid: “Dan hu kif jidhru fl-art kollha.” 7 U, ara, l-għatu tond taċ-ċomb tgħolla; u kien hemm ċerta mara bil-qiegħda f’nofs l-efa. 8 Għalhekk, qal: “Din hi l-Ħażen.” U hu tefagħha lura f’nofs l-efa,+ u wara dan tefaʼ l-biċċa ċomb tqila fuq fomm l-efa.

9 Imbagħad erfajt għajnejja u ħarist, u kien hemm żewġ nisa resqin, u fi ġwinħajhom kien hemm ir-riħ. U kellhom ġwienaħ bħall-ġwienaħ taċ-ċikonja. U huma refgħu l-efa ’l fuq bejn l-art u s-smewwiet. 10 Għalhekk, jien għedt lill-anġlu li kien qed ikellimni: “Fejn qed jiħduha l-efa?”

11 Għal dan, qalli: “Sabiex jibnulha+ dar fl-art tas-Sinar;+ u tkun stabbilita fis-sod, u titqiegħed fil-post xieraq tagħha.”

6 Imbagħad erġajt erfajt għajnejja u ħarist; u, ara, kien hemm erbaʼ karrijiet ġejjin minn bejn żewġ muntanji, u l-muntanji kienu muntanji tar-ram aħmar. 2 Fl-ewwel karru kien hemm żwiemel ħomor;+ u fit-tieni karru, żwiemel suwed.+ 3 Fit-tielet karru kien hemm żwiemel bojod;+ u fir-rabaʼ karru, żwiemel imnaqqxin, imżewqin.+

4 U wiġibt u għedt lill-anġlu li kien qed ikellimni: “X’inhuma dawn, sidi?”+

5 Għalhekk, l-anġlu wieġeb u qalli: “Dawn huma l-erbaʼ spirti+ tas-smewwiet li ħerġin+ wara li dehru quddiem il-Mulej+ taʼ l-art kollha.+ 6 Inkwantu għall-karru biż-żwiemel suwed, dawn sejrin lejn il-pajjiż tat-tramuntana;+ u l-bojod imorru wara l-baħar; u l-imnaqqxin imorru lejn il-pajjiż tan-nofsinhar.+ 7 U l-imżewqin+ imorru u jibqgħu jfittxu fejn imorru, sabiex iduru l-art.”+ Imbagħad qalilhom: “Morru, duru l-art.” U huma bdew iduru l-art.

8 U hu għajjatli u kellimni, u qalli: “Ara, dawk li sejrin lejn il-pajjiż tat-tramuntana huma dawk li jserrħu l-ispirtu+ taʼ Ġeħova fil-pajjiż tat-tramuntana.”+

9 U l-kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid: 10 “Ħa tittieħed xi ħaġa mingħand il-poplu eżiljat,+ saħansitra mingħand Ħeldaj u mingħand Tobijah u mingħand Ġedaja; u int stess tiġi f’dak il-jum, u tidħol fid-dar taʼ Ġosija bin Sofonija+ maʼ dawn li ġew minn Babilonja. 11 U tieħu fidda u deheb u tagħmel kuruna grandjuża+ u tpoġġiha fuq ras Ġożwè+ bin Ġeħosadak il-qassis il-kbir. 12 U trid tgħidlu,

“‘Hekk qal Ġeħova taʼ l-armati: “Hawn hu r-raġel+ li jismu Rimja.+ U minn postu stess se jarmi, u hu żgur se jibni t-tempju taʼ Ġeħova.+ 13 Hu stess se jibni t-tempju taʼ Ġeħova, u se jġorr id-dinjità;+ u joqgħod bil-qiegħda u jaħkem fuq it-tron tiegħu, u jsir qassis fuq it-tron tiegħu,+ u se jkun hemm armonija+ bejn iż-żewġ karigi. 14 U l-kuruna grandjuża se tibqaʼ fit-tempju taʼ Ġeħova bħala tifkira+ taʼ Ħelem, Tobijah, Ġedaja,+ u Ħen bin Sofonija. 15 U dawk fil-bogħod se jiġu u jieħdu sehem fil-bini tat-tempju taʼ Ġeħova.”+ U intom se jkollkom tkunu tafu li Ġeħova taʼ l-armati bagħatni għandkom.+ U dan irid iseħħ—jekk ma tonqsux li tisimgħu minn leħen Ġeħova Alla tagħkom.’”+

7 Iktar minn hekk, ġara li fir-rabaʼ sena tas-Sultan Darju+ l-kelma taʼ Ġeħova ġiet għand Żakkarija, fir-rabaʼ jum tad-disaʼ xahar, jiġifieri, f’Kislew.+ 2 U Betel bagħtet lil Sareser u lil Regem-melek u lill-irġiel tiegħu biex ifittxu l-approvazzjoni* taʼ Ġeħova,+ 3 billi jgħidu lill-qassisin+ tad-dar taʼ Ġeħova taʼ l-armati u lill-profeti, iva, jgħidulhom: “Għandi nibki jien fil-ħames+ xahar u ma nikolx, bħalma dejjem għamilt għal ħafna snin?”+

4 U l-kelma taʼ Ġeħova taʼ l-armati kompliet tiġi għandi, tgħid: 5 “Għid lin-nies kollha tal-pajjiż u lill-qassisin, ‘Meta somtu+ u kien hemm il-biki fil-ħames xahar u fis-sebaʼ xahar,+ u dan għal sebgħin sena,+ verament somtu għalija, iva, għalija?+ 6 U meta kiltu u meta xrobtu, mhux intom kontu qed tieklu, u mhux intom kontu qed tixorbu? 7 M’għandkomx tobdu l-kliem+ li Ġeħova qal permezz tal-profeti taʼ qabel,+ waqt li Ġerusalemm kienet abitata u fil-kwiet, bi blietha madwarha, u waqt li n-Negeb+ u s-Sefela+ kienu abitati?’”

8 U l-kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għand Żakkarija, tgħid: 9 “Hekk qal Ġeħova taʼ l-armati, ‘Iġġudikaw bil-ġustizzja vera;+ u pprattikaw il-ħniniet+ u l-qalb tajba bl-imħabba+ maʼ xulxin; 10 u timbroljaw lil ebda armla+ jew tifel bla missier,+ ebda resident barrani+ jew bniedem magħkus,+ u tfasslu xejn ħażin kontra xulxin fi qlubkom.’+ 11 Imma huma baqgħu jirrifjutaw li jagħtu kas,+ u b’mod stinat baqgħu jagħtu daharhom,*+ u saddew widnejhom biex ma jisimgħux.+ 12 U webbsu qalbhom+ daqs l-iktar ħaġra iebsa* biex ma jobdux il-liġi+ u l-kliem li Ġeħova taʼ l-armati bagħat bl-ispirtu tiegħu,+ permezz tal-profeti taʼ qabel;+ tant li kien hemm għadab kbir min-naħa taʼ Ġeħova taʼ l-armati.”+

13 “‘U ġara li, bħalma hu sejjaħ u huma ma semgħux,+ hekk huma sejħu u jien ma smajtx,’+ qal Ġeħova taʼ l-armati. 14 ‘U jien xerridthom b’qilla taʼ tempesta mal-ġnus kollha+ li ma kinux jafuhom;+ u l-art tħalliet abbandunata warajhom, mingħajr ma ħadd jgħaddi minnha u ħadd ma jiġi lura;+ u l-art mixtieqa+ huma għamluha oġġett taʼ stagħġib.’”

8 U l-kelma taʼ Ġeħova taʼ l-armati kompliet tiġi għandi, tgħid: 2 “Hekk qal Ġeħova taʼ l-armati,+ ‘Se nkun għajjur għal Sijon b’għira kbira,+ u b’korla kbira+ se nkun għajjur għaliha.’”

3 “Hekk qal Ġeħova, ‘Se niġi lura għand Sijon+ u ngħammar f’nofs Ġerusalemm;+ u Ġerusalemm se tissejjaħ il-belt tal-verità,+ u l-muntanja taʼ Ġeħova+ taʼ l-armati, il-muntanja qaddisa.’”+

4 “Hekk qal Ġeħova taʼ l-armati, ‘Irġiel u nisa xjuħ għad iridu joqogħdu bil-qiegħda fil-pjazez taʼ Ġerusalemm,+ kull wieħed bil-bastun tiegħu+ f’idu minħabba l-abbundanza taʼ jiemu. 5 U l-pjazez tal-belt se jkunu mimlijin subien u bniet jilagħbu fil-pjazez tagħha.’”+

6 “Hekk qal Ġeħova taʼ l-armati, ‘Għalkemm ikun jidher diffiċli wisq f’għajnejn dawk li jifdal minn dan il-poplu f’dawk il-jiem, għandu jidher diffiċli wisq ukoll f’għajnejja?’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova taʼ l-armati.”

7 “Hekk qal Ġeħova taʼ l-armati, ‘Ara, se nsalva lill-poplu tiegħi mill-art taʼ tlugħ ix-xemx u mill-art taʼ nżul ix-xemx.+ 8 Inġibhom, u jgħammru f’nofs Ġerusalemm;+ u jsiru l-poplu tiegħi,+ u jien insir Alla tagħhom li jaġixxi fi qbil mal-verità u s-sewwa.’”+

9 “Hekk qal Ġeħova taʼ l-armati, ‘Ħa jissaħħu idejkom,+ intom li f’dawn il-jiem qed tisimgħu dan il-kliem minn fomm il-profeti,+ li ntqal dakinhar li tqiegħed il-pedament tad-dar taʼ Ġeħova taʼ l-armati, biex jinbena t-tempju.+ 10 Għax qabel dawk il-jiem ma kienx hemm ħlas għall-bnedmin;+ u lanqas ħlas għall-annimali domestiċi ma kien hemm; u minħabba l-avversarju ma kienx hemm paċi għal dak li jivvjaġġa,+ hekk kif bqajt nixħet lill-bnedmin kollha kontra xulxin.’+

11 “‘U issa m’iniex se nkun bħal fil-jiem taʼ qabel għal dawk li fadal minn dan il-poplu,’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova taʼ l-armati. 12 ‘Għax se jkun hemm iż-żerriegħa tal-paċi;+ id-dielja se tagħti l-frott tagħha,+ u l-art se tagħti l-prodott tagħha,+ u s-smewwiet se jagħtu n-nida tagħhom;+ u lil dawk li fadal+ minn dan il-poplu se nagħtihom li jirtu dawn l-affarijiet kollha.+ 13 U jrid iseħħ li bħalma intom sirtu saħta fost il-ġnus,+ O dar Ġuda u dar Israel,+ hekk se nsalvakom, u tridu ssiru barka.+ Tibżgħux.+ Jalla jissaħħu idejkom.’+

14 “Għax hekk qal Ġeħova taʼ l-armati, ‘“Bħalma kelli f’moħħi li nġib il-gwaj fuqkom minħabba li missirijietkom inkorlawni,”+ qal Ġeħova taʼ l-armati, “u ma ddispjaċinix,+ 15 hekk se jerġaʼ jkolli f’moħħi f’dawn il-jiem li nittratta tajjeb maʼ Ġerusalemm u mad-dar taʼ Ġuda.+ Tibżgħux.”’+

16 “‘Dawn huma l-affarijiet li għandkom tagħmlu:+ Tkellmu bil-verità maʼ xulxin.+ Bil-verità u bil-ġudizzju tal-paċi ġġudikaw f’bieb il-belt.+ 17 U tfasslux gwaj kontra xulxin fi qlubkom,+ u tħobbux il-ħalf falz;+ għax dawn kollha huma affarijiet li jien bgħadthom,’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova.”

18 U l-kelma taʼ Ġeħova taʼ l-armati kompliet tiġi għandi, tgħid: 19 “Hekk qal Ġeħova taʼ l-armati, ‘Is-sawma tar-rabaʼ xahar,+ u s-sawma tal-ħames xahar,+ u s-sawma tas-sebaʼ xahar,+ u s-sawma taʼ l-għaxar xahar+ se jsiru ferħ kbir u thennija u staġuni tajbin tal-festi għad-dar taʼ Ġuda.+ Għalhekk, ħobbu l-verità u l-paċi.’+

20 “Hekk qal Ġeħova taʼ l-armati, ‘Għad iseħħ li jiġu l-popli u l-abitanti taʼ ħafna bliet;+ 21 u l-abitanti taʼ belt waħda se jmorru għand dawk t’oħra, jgħidu: “Ħa mmorru+ bil-ħeġġa biex infittxu l-approvazzjoni+ taʼ Ġeħova u nfittxu lil Ġeħova taʼ l-armati. Jien stess se mmur ukoll.”+ 22 U ħafna popli u ġnus setgħanin se jiġu biex ifittxu lil Ġeħova taʼ l-armati f’Ġerusalemm+ u biex ifittxu l-approvazzjoni taʼ Ġeħova.’

23 “Hekk qal Ġeħova taʼ l-armati, ‘Għad iseħħ f’dawk il-jiem li għaxart irġiel mill-ilsna kollha tal-ġnus+ se jaqbdu,+ iva, se jaqbdu tarf il-libsa taʼ raġel Lhudi,+ u jgħidu: “Aħna se niġu magħkom,+ għax smajna li Alla magħkom.”’”+

9 Dikjarazzjoni:+

“Il-kelma taʼ Ġeħova hi kontra l-art taʼ Ħadrak, u f’Damasku+ tistrieħ; għax għajnejn Ġeħova huma fuq il-bniedem+ u fuq it-tribujiet kollha taʼ Israel; 2 u kontra Ħamat,+ li tmiss magħha; u kontra Tir+ u Sidon,+ għax huma għorrief ferm.+ 3 U Tir bniet sur għaliha, u geddset fidda bħat-trab u deheb bħat-tajn tat-toroq.+ 4 Ara! Ġeħova se jiħdilha li għandha, u l-qawwa militari tagħha jwaddabha fil-baħar;+ u min-nar se tinbelaʼ.+ 5 Askelon se tara u tibżaʼ; u Gaża wkoll se tħoss uġigħ kbir ħafna; Għekron+ ukoll, għax dik li hi ħarset lejha bħala t-tama tagħha+ se jkollha ġġarrab mistħija. U sultan se jgħib minn Gaża, u Askelon ma tkunx abitata.+ 6 Iben illeġittimu+ se jsib postu f’Asdod,+ u jien ċertament li se nqaċċat il-kburija tal-Filisti.+ 7 U se nneħħi l-affarijiet tiegħu mtebbgħin bid-demm minn ħalqu u l-affarijiet moqżieża tiegħu minn bejn snienu,+ u hu wkoll se jitħalla jibqaʼ għal Alla tagħna; u jrid isir bħal xejikk+ f’Ġuda,+ u Għekron bħall-Ġebusi.+ 8 U jien se nikkampja bħala għassies għal dari,+ sabiex ma jkun hemm ħadd li jgħaddi minn hemmhekk u ħadd li jiġi lura; u mhux se jgħaddi iktar minn ġo nofshom xi kap li jimponi x-xogħol,+ għax issa jien rajt dan b’għajnejja.+

9 “Kun ferħana ferm, O bint Sijon.+ Għajjat bil-ferħ taʼ rebħa,+ O bint Ġerusalemm. Ara! Is-sultan tiegħek+ jiġi għandek.+ Hu ġust, iva, salvat;+ umli,+ u riekeb fuq ħmar, saħansitra fuq wild taʼ ħmara.+ 10 U se nqaċċat il-karrijiet tal-gwerra minn Efrajm u ż-żwiemel minn Ġerusalemm.+ U l-qwas tal-battalja+ għandhom jitqaċċtu ’l barra. U hu se jkellem lill-ġnus dwar il-paċi;+ u l-ħakma tiegħu tkun minn baħar sa baħar u mix-Xmara* sa truf l-art.+

11 “U int ukoll, O mara, bid-demm tal-patt tiegħek+ se nibgħat lill-priġunieri tiegħek+ ’il barra mill-ħofra li ma fihiex ilma.

12 “Ejjew lura lejn il-fortizza,+ intom il-priġunieri li għandkom tama.+

“Ukoll, illum qed ngħidlek, ‘Jien se rroddlok lura, O mara, sehem doppju.+ 13 Għax se nħejji lil Ġuda bħala l-qaws tiegħi. Nimla l-qaws b’Efrajm, u nqajjem lil uliedek,+ O Sijon, kontra wliedek, O Greċja,+ u se nagħmlek bħas-sejf taʼ raġel setgħan.’+ 14 U Ġeħova se jidher fuqhom,+ u l-vleġġa tiegħu se toħroġ bħal sajjetta.+ U l-Mulej Sovran Ġeħova se jdoqq il-qarn,+ u jmur maʼ l-irwiefen tan-nofsinhar.+ 15 Ġeħova taʼ l-armati se jiddefendihom, u huma se jibilgħu+ u jrażżnu l-ġebel taʼ l-iżbandola. Se jixorbu+—se jkunu storbjużi—bħallikieku kien hemm l-inbid; u se jimtlew bħall-iskutella, bħall-kantunieri taʼ l-artal.+

16 “U Ġeħova Alla tagħhom se jsalvahom+ f’dak il-jum bħall-merħla tal-poplu tiegħu;+ għax se jkunu jleqqu bħall-ħaġar taʼ dijadema fuq artu.+ 17 Għax O kemm hi kbira tjubitu,+ u kemm hi kbira sbuħitu!+ Il-qmuħ isaħħu lill-ġuvintur, u l-inbid ġdid lix-xebbiet.”+

10 “Itolbu lil Ġeħova għax-xita+ fi żmien ix-xita tar-rebbiegħa,+ iva, lil Ġeħova li jagħmel is-sħab tal-maltempati+ u li jagħti xita bil-qliel lill-bnedmin,+ il-ħxejjex taʼ l-għalqa lil kull wieħed.+ 2 Għax it-terafim*+ qalu kliem li ġej minn qawwiet mill-agħar; u dawk li jeħbru raw viżjonijiet foloz,+ u dwar ħolm bla siwi jibqgħu jitkellmu, u għalxejn jipprovaw ifarrġu.+ Huwa għalhekk li n-nies se jitilqu bħal merħla;+ se jinħaqru, għax m’hemmx ragħaj.+

3 “Kontra r-rgħajja xegħlet ir-rabja tiegħi,+ u mill-mexxejja bħal mogħoż+ se nitlob kont;+ għax Ġeħova taʼ l-armati dawwar l-attenzjoni tiegħu lejn il-merħla tiegħu,+ id-dar taʼ Ġuda, u għamilha bħaż-żiemel+ dinjituż tiegħu fil-battalja. 4 Minnha joħroġ ir-raġel ewlieni,+ minnha joħroġ il-ħakkiem li jappoġġa,+ minnha joħroġ il-qaws tal-battalja;+ minnha joħroġ kull kap li jagħti x-xogħol,+ kollha flimkien. 5 U jridu jsiru bħal irġiel setgħanin+ li jgħaffġu fit-tajn tat-toroq fil-battalja.+ U jridu jitqabdu fil-battalja, għax Ġeħova magħhom;+ u r-rikkieba taż-żwiemel se jkollhom iġarrbu mistħija.+ 6 U nagħmel lid-dar taʼ Ġuda superjuri, u nsalva lid-dar taʼ Ġużeppi.+ U nagħtihom fejn jgħammru, għax se nurihom ħniena;+ u jsiru qishom nies li ma kontx warrabthom;+ għax jien Ġeħova Alla tagħhom, u nwiġibhom.+ 7 U dawk t’Efrajm isiru bħal irġiel setgħanin,+ u qalbhom tifraħ bħallikieku bl-inbid.+ U wliedhom stess se jaraw u jifirħu;+ qalbhom se tithenna b’Ġeħova.+

8 “‘Jien se nsaffrilhom+ u niġborhom flimkien; għax żgur li nifdihom,+ u jsiru ħafna, bħal dawk li saru ħafna.+ 9 U se nxerridhom bħal żerriegħa fost il-popli,+ u fil-postijiet imbegħdin se jiftakru fija;+ u jridu jerġgħu jieħdu r-ruħ maʼ wliedhom u jiġu lura.+ 10 Inġibhom lura mill-art taʼ l-Eġittu;+ u mill-Assirja se niġborhom flimkien;+ u lejn l-art taʼ Gilegħad+ u l-Libanu nġibhom, u ma jkunx hemm biżżejjed wisaʼ għalihom.+ 11 U ngħaddi minn ġol-baħar u nqallbu;+ u fil-baħar nidrob il-mewġ,+ u l-ilmijiet fondi kollha tan-Nil jinxfu.+ U l-kburija taʼ l-Assirja titniżżel,+ u x-xettru+ taʼ l-Eġittu jitlaq.+ 12 Jien stess, Ġeħova, se nagħmilhom superjuri,+ u f’ismi se jimxu,’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova.”

11 “Iftaħ il-bibien tiegħek, O Libanu,+ biex in-nar ikun jistaʼ jmur jiblaʼ qalb iċ-ċedri tiegħek.+ 2 Newwaħ, O siġra tal-ġnibru, għax iċ-ċedru waqaʼ; għax is-siġar maestużi ġew rovinati!+ Newħu, siġar immensi tal-Basan, għax il-foresta impenetrabbli nqerdet!+ 3 Isimgħu! It-tinwiħ tar-rgħajja,+ għax il-maestà tagħhom ġiet rovinata.+ Isimgħu! L-għajat taʼ l-iljuni b’saħħithom, għax l-imsaġar folti taʼ mal-Ġordan ġew rovinati.+

4 “Hekk qal Ġeħova Alla tiegħi, ‘Irgħa n-nagħaġ lesti għall-qatla,+ 5 li x-xerrejja tagħhom joqtluhom+ mingħajr ma jinstabu ħatjin.+ U dawk li qed ibigħuhom+ jgħidu: “Ikun imbierek Ġeħova, waqt li jien insir sinjur.”+ U r-rgħajja tagħhom ma juruhom ebda mogħdrija.’+

6 “‘Għax m’iniex se nuri iktar mogħdrija maʼ l-abitanti taʼ l-art,’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova. ‘Ara, qed inġiegħel lill-bnedmin isibu ruħhom kull wieħed f’id sieħbu+ u f’id is-sultan tiegħu;+ u huma se jfarrku l-art, u ma se neħles lil ħadd minn taħt idejhom.’”+

7 U jien rgħajt lill-merħla+ lesta għall-qatla,+ għan-nom tagħkom, O magħkusin tal-merħla.+ Għalhekk, ħadt żewġ bsaten f’idejja.+ Lil wieħed sejjaħtlu Għaxqa,+ u lill-ieħor sejjaħtlu Unjoni,+ u mort nirgħa lill-merħla. 8 U fl-aħħar neħħejt tliet rgħajja f’xahar qamri wieħed,+ billi maż-żmien ruħi tilfet il-paċenzja magħhom,+ u anki ruħhom stess stkerrhitni. 9 Imbagħad jien għedt: “M’iniex se nibqaʼ nirgħakom.+ Lin-nagħġa li qed tmut, ħalliha tmut. U lil dik li qed tgħib, ħalliha tgħib.+ U inkwantu għal dawk li baqaʼ, ħallihom jibilgħu, kull waħda l-laħam taʼ seħbitha.”+ 10 Mela ħadt il-bastun tiegħi Għaxqa+ u qsamtu biċċiet,+ sabiex nikser il-patt tiegħi li għamilt man-nies kollha.+ 11 U dakinhar inkiser, u b’hekk il-magħkusin tal-merħla+ li kienu qed jarawni+ saru jafu li kienet il-kelma taʼ Ġeħova.

12 Imbagħad għedtilhom: “Jekk hu tajjeb f’għajnejkom,+ agħtuni ħlasi; imma jekk le, tagħtuhulix.” U huma tawni ħlasi, tletin biċċa tal-fidda.+

13 Għal dan, Ġeħova qalli: “Itfgħu fit-teżorerija+—il-valur maestuż li bih jien ġejt stmat mill-ħarsa tagħhom.”+ Għaldaqstant, jien ħadt it-tletin biċċa tal-fidda u tfajthom fit-teżorerija fid-dar taʼ Ġeħova.+

14 Imbagħad qsamt it-tieni bastun tiegħi f’biċċiet, l-Unjoni,+ sabiex nikser il-fratellanza+ taʼ bejn Ġuda u Israel.+

15 U Ġeħova qalli: “Erġaʼ ħu għalik l-għodda taʼ ragħaj li ma jiswa għal xejn.+ 16 Għax, ara, inħalli ragħaj iqum fil-pajjiż.+ Hu ma jiħux ħsieb in-nagħaġ li qed jgħibu.+ Liż-żgħira ma jfittixhiex, u lill-imweġġgħa ma jfejjaqhiex.+ Lil dik f’saħħitha ma jitmagħhiex, u jiekol il-laħam tas-smina,+ u jqaċċat id-dwiefer tan-nagħaġ.+ 17 Gwaj għar-ragħaj tiegħi bla siwi,+ li qed jitlaq lill-merħla!+ Sejf se jkun hemm fuq driegħu u fuq għajnu l-leminija. Driegħu bla dubju se jinxef,+ u għajnu l-leminija bla dubju se tiċċajpar.”

12 Dikjarazzjoni:

“Il-kelma taʼ Ġeħova dwar Israel,” hija l-kelma taʼ Ġeħova, Dak li qed jifrex is-smewwiet+ u jqiegħed is-sisien taʼ l-art+ u jsawwar l-ispirtu+ taʼ bniedem ġo fih. 2 “Ara, qed nagħmel lil Ġerusalemm+ skutella li tistordi lill-popli kollha dawramejt;+ u wkoll kontra Ġuda se jkun hemm l-assedju, iva, kontra Ġerusalemm.+ 3 U jrid iseħħ f’dak il-jum+ li nagħmel lil Ġerusalemm ġebla tqila+ għall-popli kollha. Dawk kollha li jerfgħuha bla dubju se jinbarxu bl-ikrah; u kontra tagħha jinġabru l-ġnus kollha taʼ l-art.+ 4 F’dak il-jum,”+ hija l-kelma taʼ Ġeħova, “inħawwad lil kull żiemel+ u nġennen lir-rikkieb tiegħu;+ u nżomm għajnejja miftuħin fuq id-dar taʼ Ġuda,+ u lil kull żiemel tal-popli se nolqtu bl-għama. 5 U x-xejikki+ taʼ Ġuda se jkollhom jgħidu f’qalbhom, ‘L-abitanti taʼ Ġerusalemm huma saħħa għalina mingħand Ġeħova taʼ l-armati Alla tagħhom.’+ 6 F’dak il-jum se nagħmel lix-xejikki taʼ Ġuda bħal maġmar qalb is-siġar+ u bħal torċa tan-nar f’ringiela qmuħ li jkunu għadhom kif inqatgħu,+ u huma jridu jibilgħu fuq il-lemin u fuq ix-xellug lill-popli kollha dawramejt;+ u minkejja dan Ġerusalemm trid tiġi abitata f’postha stess, f’Ġerusalemm.+

7 “U Ġeħova se jsalva t-tined taʼ Ġuda l-ewwel, biex hekk il-ġmiel tad-dar taʼ David u l-ġmiel taʼ l-abitanti taʼ Ġerusalemm ma jsirux kbar wisq meta mqabblin maʼ Ġuda. 8 F’dak il-jum Ġeħova se jkun difiża madwar l-abitanti taʼ Ġerusalemm;+ u dak li qed jitfixkel fosthom irid isir f’dak il-jum bħal David,+ u d-dar taʼ David bħal alla,+ bħall-anġlu taʼ Ġeħova quddiemhom.+ 9 U jrid iseħħ f’dak il-jum li se nfittex li neqred għalkollox lill-ġnus kollha li ġejjin kontra Ġerusalemm.+

10 “U se nsawwab fuq id-dar taʼ David u fuq l-abitanti taʼ Ġerusalemm l-ispirtu t’approvazzjoni+ u talb bil-ħrara,+ u huma jħarsu lejn Dak li kienu nifdu,+ u se jibku minħabba Fih bħalma jibku lil iben uniku; u se jkun hemm biki taʼ mrar minħabba fih bħal meta jkun hemm biki taʼ mrar minħabba l-ewwel iben imwieled.+ 11 F’dak il-jum il-biki f’Ġerusalemm se jkun kbir, bħall-biki taʼ Ħadadrimmon fil-pjanura fil-wied taʼ Megiddo.+ 12 U l-art se tibki,+ kull familja għaliha; il-familja tad-dar taʼ David għaliha, u n-nisa tagħhom għalihom;+ il-familja tad-dar taʼ Natan+ għaliha, u n-nisa tagħhom għalihom; 13 il-familja tad-dar taʼ Levi+ għaliha, u n-nisa tagħhom għalihom; il-familja tas-Simgħin+ għaliha, u n-nisa tagħhom għalihom; 14 il-familji kollha li jibqaʼ, kull familja għaliha, u n-nisa tagħhom għalihom.+

13 “F’dak il-jum+ se jinfetaħ bir+ għad-dar taʼ David u għall-abitanti taʼ Ġerusalemm biex jitnaddfu mid-dnub+ u minn ħaġa mistmerra.+

2 “U jrid iseħħ f’dak il-jum,” hija l-kelma taʼ Ġeħova taʼ l-armati, “li se neqred l-ismijiet taʼ l-idoli mill-pajjiż,+ u m’humiex se jitfakkru iktar; u wkoll lill-profeti+ u lill-ispirtu taʼ nuqqas taʼ ndafa se nġegħelhom jitilqu mill-pajjiż.+ 3 U jrid iseħħ li fil-każ li raġel ikompli jipprofetizza, missieru u ommu, dawk li wilduh, iridu wkoll jgħidulu, ‘M’intix se tgħix, għaliex tkellimt bil-qerq f’isem Ġeħova.’ U missieru u ommu, dawk li wilduh, iridu jinfduh minħabba l-ipprofetizzar tiegħu.+

4 “U jrid iseħħ f’dak il-jum li l-profeti jistħu,+ kull wieħed mill-viżjoni tiegħu meta jipprofetizza; u m’humiex se jilbsu libsa uffiċjali tax-xagħar+ bl-iskop li jqarrqu. 5 U kull wieħed minnhom se jgħid, ‘M’iniex profeta. Jien raġel li qed naħdem l-art, għax bniedem xtrani bi lsir sa minn żgħożiti ’l quddiem.’ 6 U jintqallu, ‘X’inhuma dawn il-feriti li għandek bejn spallejk?’ U hu se jkollu jgħid, ‘Indrabt bihom fid-dar taʼ dawk li jħobbuni bil-kbir.’”

7 “O sejf, stenbaħ kontra r-ragħaj tiegħi,+ kontra r-raġel b’saħħtu li hu sieħbi,”+ hija l-kelma taʼ Ġeħova taʼ l-armati. “Idrob lir-ragħaj,+ u ħa jitferrxu dawk tal-merħla;+ u żgur li rreġġaʼ idi lura fuq dawk li huma insinifikanti.”+

8 “U jrid iseħħ fl-art kollha,” hija l-kelma taʼ Ġeħova, “li żewġ terzi taʼ dawk fiha se jinqerdu u jmutu;+ imma terz se jitħalla jibqaʼ fiha.+ 9 U ngħaddi lil dak it-terz minn ġon-nar;+ u nirfinah bħalma wieħed jirfina l-fidda,+ u niflih bħalma wieħed jifli d-deheb.+ Hu, min-naħa tiegħu, se jsejjaħ ismi, u jien, min-naħa tiegħi, se nwieġbu.+ Jien se ngħid, ‘Hu l-poplu tiegħi,’+ u hu mbagħad se jgħid, ‘Ġeħova hu Alla tiegħi.’”+

14 “Ara! Ġej jum, li hu taʼ Ġeħova,+ u l-priża tiegħek titqassam f’nofsok. 2 U jien se niġbor lill-ġnus kollha għall-gwerra kontra Ġerusalemm;+ u l-belt se tinqabad+ u d-djar jinsterqu, u n-nisa jiġu stuprati.+ U nofs il-belt tmur fl-eżilju;+ imma dawk li jibqaʼ mill-poplu+ ma jittiħdux mill-belt.+

3 “U Ġeħova se jmur u jiggwerra kontra dawk il-ġnus+ bħal f’jum il-gwerra tiegħu, f’jum il-ġlied.+ 4 U saqajh se jieqfu f’dak il-jum fuq il-muntanja tas-siġar taż-żebbuġ, li qiegħda quddiem Ġerusalemm, fil-lvant;+ u l-muntanja tas-siġar taż-żebbuġ+ tinqasam minn nofsha,+ minn tlugħ ix-xemx u lejn il-punent. Se jkun hemm wied kbir ferm; u nofs il-muntanja jitressaq lejn it-tramuntana, u nofs lejn in-nofsinhar. 5 U intom se taħarbu lejn il-wied tal-muntanji tiegħi;+ għax il-wied tal-muntanji jasal s’Asel. U jkollkom taħarbu, sewwasew bħalma ħrabtu minħabba t-terremot fi żmien Użżija s-sultan taʼ Ġuda.+ U Ġeħova Alla tiegħi se jiġi+ bil-qaddisin kollha miegħu.+

6 “U jrid iseħħ f’dak il-jum li ma jkun hemm ebda dawl prezzjuż+—l-affarijiet se jkunu għaqdu bil-kesħa.+ 7 U jrid isir jum magħruf bħala li hu taʼ Ġeħova.+ La se jkun nhar u lanqas lejl;+ u jiġri li fil-ħin taʼ fil-għaxija jkun hemm id-dawl.+ 8 U jrid iseħħ f’dak il-jum li ilmijiet ħajjin+ joħorġu minn Ġerusalemm,+ nofshom lejn il-baħar tal-lvant+ u nofshom lejn il-baħar tal-punent.+ Fis-sajf u fix-xitwa se jseħħ.+ 9 U Ġeħova jkun sultan fuq l-art kollha.+ F’dak il-jum Ġeħova se jkun wieħed,+ u ismu wieħed.+

10 “L-art kollha se tiġi mibdula bħall-Għaraba,+ minn Geba+ għal Rimmon+ lejn in-nofsinhar taʼ Ġerusalemm; u din tqum u tkun mgħammra f’postha,+ minn Bieb Benjamin+ sal-post taʼ l-Ewwel Bieb, sal-Bieb tal-Kantuniera, u mit-Torri taʼ Ħananel+ sa l-imgħasar tas-sultan. 11 U nies se jgħammru fiha; u qatt iktar ma se titwarrab għall-qerda,+ u Ġerusalemm tkun mgħammra fis-sigurtà.+

12 “U dan se jkun il-flaġell li bih Ġeħova se jifflaġella lill-popli kollha li se jagħmlu servizz militari kontra Ġerusalemm:+ Kull wieħed se jitmermirlu laħmu għalkollox waqt li jkun wieqaf fuq saqajh;+ u għajnejh se jitmermru għalkollox f’ħofrithom, u lsienu se jitmermer għalkollox f’ħalqu.

13 “U jrid iseħħ f’dak il-jum li fuqhom ikollhom konfużjoni sħiħa mingħand Ġeħova;+ u kull wieħed minnhom se jaħtaf id sieħbu, u idu se tintrefaʼ kontra id sieħbu. 14 U Ġuda wkoll se jiggwerra kontra Ġerusalemm; u l-għana tal-ġnus kollha taʼ madwar jinġabar, deheb u fidda u lbies b’abbundanza esaġerata.+

15 “U hekk se jkun il-flaġell taż-żiemel, tal-bagħal, tal-ġemel, u tal-ħmar, u taʼ kull xorta t’annimal domestiku li jinzerta jkun f’dawk il-kampijiet, bħal dan il-flaġell.

16 “U jrid iseħħ li kulmin ikun baqaʼ minn fost il-ġnus kollha li ġejjin kontra Ġerusalemm,+ huma jridu wkoll jitilgħu minn sena għal sena+ biex imilu quddiem is-Sultan,+ Ġeħova taʼ l-armati,+ u biex jiċċelebraw il-festa taʼ l-għerejjex.+ 17 U jrid iseħħ li kulmin ma jitlax+ mill-familji+ taʼ l-art lejn Ġerusalemm biex imil quddiem is-Sultan, Ġeħova taʼ l-armati, saħansitra fuqu ma tinżel ebda xita qawwija.+ 18 U jekk il-familja taʼ l-Eġittu ma titlax u ma tidħolx, fuqhom ukoll ma se jinżel xejn. Iseħħ il-flaġell li bih Ġeħova jifflaġella lill-ġnus li ma jitilgħux biex jiċċelebraw il-festa taʼ l-għerejjex. 19 Dan se jkun il-kastig għad-dnub taʼ l-Eġittu u d-dnub tal-ġnus kollha li ma jitilgħux biex jiċċelebraw il-festa taʼ l-għerejjex.+

20 “F’dak il-jum se jkun hemm+ fuq il-ġlieġel taż-żwiemel ‘Il-qdusija hi taʼ Ġeħova!’+ U l-borom kbar+ fid-dar taʼ Ġeħova jridu jsiru bħall-iskutelli+ taʼ quddiem l-artal.+ 21 U kull borma kbira f’Ġerusalemm u f’Ġuda trid issir xi ħaġa qaddisa li hi taʼ Ġeħova taʼ l-armati, u dawk kollha li joffru sagrifiċċju jridu jidħlu u jieħdu minnhom u jgħallu fihom.+ U mhux se jkun hemm iktar xi Kangħani*+ fid-dar taʼ Ġeħova taʼ l-armati f’dak il-jum.”+

Ifisser “Jah Ftakar.”

L-espressjoni “Ġeħova taʼ l-armati” tidher 53 darba f’Żakkarija.

Ara l-1Sa 2:1, in-nota taʼ taħt.

“Il-mimmi t’għajnejja” hija skond l-oriġinal. Is-Soferim bidlu t-test għal “il-mimmi t’għajnejh.”

Jew, “u Dak li jopponi.” Ara Ġob 1:6, in-nota taʼ taħt.

Letteralment, “biex irattbu l-wiċċ.”

Letteralment, “jagħtu spalla stinata.”

Letteralment, “daqs ħaġra taʼ l-iżmerill.”

Jiġifieri, l-Ewfrat.

Ara Ġen 31:19, in-nota taʼ taħt.

Jew, “negozjant.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja