LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 1/12 pp. 4-6
  • Qis l-Evidenza

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Qis l-Evidenza
  • Stenbaħ!—2012
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Tistaʼ Informazzjoni Kumplessa Tikteb Lilha Nfisha?
  • Min Ġabar l-​Informazzjoni tal-​“Librerija”?
  • Tassew li Hu “Bla Siwi”?
  • Dak li Jagħmel id-​DNA “Bla Siwi”
  • Iċ-ċelluli tiegħek—Libreriji ħajjin!
    Stenbaħ!—2015
  • DNA “li Ma Jiswa Għalxejn”?
    Stenbaħ!—2005
  • X’Hemm wara l-​Misteru tal-​Ħajja?
    Stenbaħ!—1999
  • Nittawlu Iktar fil-​Fond minn ġol-​Mikroskopju
    Stenbaħ!—1999
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2012
g 1/12 pp. 4-6

Qis l-​Evidenza

TINSAB fuq gżira mbiegħda u diżabitata. Waqt li tkun miexi max-​xatt, fuq blata tara mnaqqax “John 1800.” Tirraġuna int li peress li l-​gżira hi mwarrba u diżabitata, il-​marki bilfors li ġew għaliex il-​blata ttieklet bir-​riħ jew bl-​ilma? Dażgur li le! Bir-​raġun tikkonkludi li xi ħadd naqqax dan il-​kliem. Għala? L-​ewwel, għax serje taʼ ittri u numri miktubin b’mod ċar—anke jekk b’lingwa barranija—ma ssirx b’kumbinazzjoni. It-​tieni, l-​istqarrija fiha informazzjoni b’tifsir, u b’hekk tindika sors intelliġenti.

Fil-​ħajja taʼ kuljum niltaqgħu maʼ informazzjoni f’ħafna forom—bħal Braille jew ittri tal-​alfabett, kif ukoll stampi, noti mużikali, kliem mitkellem, sinjali bl-​idejn, sinjali tar-​radju, u programmi tal-​kompjuter li jużaw il-​kodiċi binarju, jiġifieri, sistemi li jużaw biss in-​numri żero u wieħed. L-​informazzjoni tistaʼ tiġi rekordjata fi kważi kwalunkwe forma, minn mewġ tad-​dawl jew tar-​radju sa karta u linka. Hu x’inhu l-​każ, in-​nies dejjem jassoċjaw informazzjoni li fiha tifsir maʼ moħħ intelliġenti—sakemm din l-​informazzjoni ma tkunx minn ġo ċellula ħajja. L-​evoluzzjonisti jgħidu li din l-​informazzjoni ġiet b’kumbinazzjoni jew li b’xi mod kitbet lilha nfisha. Imma veru hekk ġara? Qis l-​evidenza.

Tistaʼ Informazzjoni Kumplessa Tikteb Lilha Nfisha?

Maħżuna sew fin-​nukleu taʼ kważi kull ċellula ħajja f’ġismek hemm kodiċi tal-​għaġeb li tissejjaħ deoxyribonucleic acid, fil-​qosor DNA. Din tinġarr b’molekula twila b’żewġ ħajtiet li tidher qisha garigor. Id-​DNA tiegħek qisu riċetta, jew programm, li tidderieġi t-​tiswir, it-​tkabbir, it-​tiswija, u r-​riproduzzjoni tat-​triljuni taʼ ċelluli li jifformaw ġismek. Il-​komponenti bażiċi li jifformaw id-​DNA jissejħu nukleotidi. Dawn il-​komponenti jissejħu A, Ċ, G, u T, skont liema bażi kimika jkollhom.a Bħall-​ittri fl-​alfabett, dawn l-​erbaʼ ittri jistgħu jingħaqdu flimkien b’diversi modi biex jifformaw “sentenzi”—istruzzjonijiet li jidderieġu l-​proċess taċ-​ċellula li tagħmel kopja tagħha nfisha u proċessi oħrajn.

L-​informazzjoni kollha maħżuna fid-​DNA tiegħek tissejjaħ il-​genome tiegħek. Xi sekwenzi t’ittri fid-​DNA tiegħek jinsabu fik biss, għax id-​DNA fih l-​informazzjoni ereditarja tiegħek—il-​kulur t’għajnejk u tal-​ġilda, il-​forma taʼ mnieħrek, eċċetra. Fi kliem sempliċi, il-​genome tiegħek jistaʼ jitqabbel maʼ librerija enormi taʼ riċetti għal kull parti taʼ ġismek, u l-​prodott aħħari hu int.

Kemm hi kbira din il-​“librerija”? Hi twila xi tliet biljun “ittra,” jew nukleotide. Li kieku dan kellu jinkiteb, kien jimla 200 volum b’1,000 paġna kull wieħed taʼ direttorju tat-​telefon, skont il-​Human Genome Project.

Dawn il-​fatti jfakkruna f’talba tal-​għaġeb li nkitbet xi 3,000 sena ilu. Misjuba fil-​Bibbja f’Salm 139:16, din tgħid: “Għajnejk rawni meta kont għadni biss embriju, u fil-​ktieb tiegħek inkitbu l-​partijiet kollha tiegħi.” M’għandniex xi ngħidu, il-​kittieb ma kienx qed jaħseb fuq ix-​xjenza, imma b’lingwaġġ sempliċi kiteb b’eżattezza rimarkevoli dwar konċett biex jispjega l-​għerf u l-​qawwa meraviljużi t’Alla. Kemm hu differenti dan minn kitbiet reliġjużi oħrajn tal-​qedem, li kienu mimlijin b’mitoloġija u superstizzjoni!

Min Ġabar l-​Informazzjoni tal-​“Librerija”?

Jekk ir-​raġuni tgħidilna li “John 1800” imnaqqax fuq blata bilfors li ġie minn moħħ intelliġenti, m’għandhiex tagħmel l-​istess ħaġa l-​informazzjoni fid-​DNA, li hi bil-​wisq iktar kumplessa u li fiha tifsir? Wara kollox, informazzjoni hi informazzjoni, tinsab fejn tinsab jew tkun f’liema forma tkun. Ix-​xjenzat tal-​kompjuter u tal-​Informazzjoni Donald E. Johnson qal li l-​liġijiet tal-​kimika u tal-​fiżika mhumiex kapaċi joħolqu informazzjoni kumplessa jew sistemi li jipproċessaw dik l-​informazzjoni. U jagħmel sens li tirraġuna li iktar ma tkun kumplessa l-​informazzjoni, iktar ikun hemm bżonn taʼ intelliġenza biex tiktibha. Tifel jistaʼ jikteb “John 1800.” Imma moħħ sovruman biss setaʼ kiteb il-​kodiċi tal-​ħajja. Iktar minn hekk, il-​ġurnal Nature jgħid li “l-​komplessità tal-​bijoloġija donnha tikber b’ammonti kbar” maʼ kull skoperta ġdida.

Li tagħti l-​krettu tal-​librerija kumplessa taʼ informazzjoni fid-​DNA lil proċessi li jsiru mingħajr ħsib u gwida, imur kontra kemm ir-​raġuni u kemm l-​esperjenza umana.b Twemmin bħal dan jirrikjedi iktar fidi minn dak li hu raġunevoli.

Fl-​isforzi tagħhom biex ineħħu lil Alla mill-​istampa, l-​evoluzzjonisti kultant waslu għal konklużjonijiet li mbagħad instabu li kienu żbaljati. Ikkunsidra pereżempju, l-​opinjoni li 98 fil-​mija tal-​genome tagħna hu “bla siwi”—librerija taʼ riċetti b’biljuni taʼ kliem bla użu.

Tassew li Hu “Bla Siwi”?

Il-​bijologi ilhom jemmnu li d-​DNA hu riċetta għall-​manifattura taʼ proteini u xejn iktar. Però, maż-​żmien, sar evidenti li madwar tnejn fil-​mija biss tal-​genome jikkonsisti f’kodiċi għall-​proteini. X’inhu l-​iskop tat-​98 fil-​mija tal-​kumplament tad-​DNA? Dan id-​DNA misterjuż kien “mill-​ewwel maħsub li kien fdalijiet bla siwi tal-​evoluzzjoni,” jgħid John S. Mattick, professur tal-​Bijoloġija Molekulari fl-​Università taʼ Queensland fi Brisbane, l-​Awstralja.

Ix-​xjenzat li ngħata l-​krettu għax ħareġ bit-​terminu “DNA ‘bla siwi’” kien l-​evoluzzjonista Susumu Ohno. Fl-​artiklu tiegħu (So Much “Junk” DNA in Our Genome) kiteb li l-​kumplament tas-​sekwenzi tad-​DNA “huma fdalijiet mill-​esperimenti tan-​natura li fallew. L-​art hi miżgħuda bi fdalijiet tal-​fossili taʼ speċi li m’għadhomx jeżistu; għandna aħna għal xiex niskantaw li l-​genome tagħna wkoll hu mimli bil-​fdalijiet taʼ ġeni estinti?”

L-​idea li hemm DNA “bla siwi,” kif effettwat l-​istudju tal-​ġenetika? Il-​bijologu molekulari Wojciech Makalowski jgħid li ħsib bħal dan “waqqaf lil riċerkaturi stabbiliti milli jistudjaw id-​DNA li ma fihx kodiċi [bla siwi],” bl-​eċċezzjoni taʼ numru żgħir taʼ xjenzati, li “b’sogru li jiġu mwaqqgħin għaċ-​ċajt, jesploraw territorji mhux popolari. Minħabba fihom, l-​opinjoni dwar DNA bla siwi . . . bdiet tinbidel fil-​bidu tas-​snin 90.” Issa, iżid jgħid, il-​bijologi ġeneralment iħarsu lejn dak li qabel kien jissejjaħ bla siwi “bħala teżor tal-​ġene.”

Fl-​opinjoni taʼ Mattick, it-​teorija tad-​DNA bla siwi hi eżempju klassiku taʼ kif it-​tradizzjoni xjentifika “ttellef mill-​analisi imparzjali tal-​fatti.” “Dan in-​nuqqas taʼ li wieħed jirrikonoxxi l-​implikazzjonijiet kollha taʼ dan,” ikompli hu, “jistaʼ jiġi mfakkar bħala wieħed mill-​akbar żbalji fl-​istorja tal-​bijoloġija molekulari.” Jidher ċar li l-​verità fix-​xjenza teħtieġ tiġi determinata mill-​evidenza u mhux mill-​opinjoni popolari. La dan hu l-​każ, l-​evidenza reċenti x’turi dwar l-​irwol tad-​DNA “bla siwi”?

Dak li Jagħmel id-​DNA “Bla Siwi”

Fabbrika li tagħmel il-​karozzi tuża magni biex timmanifattura l-​partijiet tagħhom. Nistgħu nxebbhu dawn il-​partijiet mal-​proteini f’ċellula. Il-​fabbrika għandha bżonn ukoll t’għodod u sistemi li jgħaqqdu dawn il-​partijiet ħaġa wara l-​oħra u oħrajn li jikkontrollaw jew jirregolaw ix-​xogħol. L-​istess hu minnu dwar l-​attivitajiet fiċ-​ċellula. U dan, jgħidu r-​riċerkaturi, hu fejn jidħol il-​DNA “bla siwi.” Il-​biċċa l-​kbira minnu fih ir-​riċetta għal tip taʼ molekuli kumplessi li jissejħu RNA (ribonucleic acid) regolatorju, li jilgħab parti importanti f’kif iċ-​ċellula tiżviluppa, timmatura, u tiffunzjona.c Il-​bijologu matematiku Joshua Plotkin qal fil-​ġurnal Nature li s-​sempliċi fatt li dawn il-​molekuli tal-​RNA regolatorju jeżistu jagħti x’jifhem li verament ma nafu xejn dwar l-​iktar affarijiet bażiċi.

Fabbrika effiċjenti għandha bżonn ukoll sistemi taʼ komunikazzjoni effettivi. L-​istess jistaʼ jingħad dwar iċ-​ċellula. Tony Pawson, bijologu taċ-​ċelluli fl-​Università taʼ Toronto f’Ontario, jispjega li hemm ħafna metodi kumplessi biex l-​informazzjoni tiġi komunikata fiċ-​ċellula, u dan jagħmel il-​proċess kollu “ħafna iktar kumpless” milli kien maħsub qabel. Tabilħaqq, kif qal ġenetista fl-​Università taʼ Princeton, ħafna mill-​mekkaniżmi u l-​prinċipji li jikkontrollaw dak li jiġri fiċ-​ċellula u li jikkontrollaw kif iċ-​ċelluli jaħdmu flimkien għadhom misteru.

Kull skoperta ġdida dwar iċ-​ċellula tiġbed l-​attenzjoni lejn livelli dejjem ogħla t’ordni u sofistikazzjoni. Allura għala għad hemm tant nies imqabbdin mal-​idea li l-​ħajja u l-​iktar sistema t’informazzjoni sofistikata li jafu biha l-​bnedmin huma prodotti taʼ proċess evoluzzjonarju li ġie bla ħsieb?

[Noti taʼ taħt]

a Kull nukleotide jkun fih waħda minn erbaʼ bażijiet kimiċi: (A) adenina, (Ċ) ċitosin, (G) gwanina, u (T) timina.

b Jintqal li l-​evoluzzjoni ssir minħabba bidliet fil-​ġeni, li huma spjegati fil-​qosor fl-​artiklu li jmiss.

c Riċerka li saret dan l-​aħħar turi li RNAs twal li ma fihomx informazzjoni għall-​bini tal-​proteini huma kumplessi mhux ħażin u li fil-​fatt huma bżonjużi għall-​iżvilupp normali. Ir-​riċerkaturi sabu li difetti f’dawn l-​RNAs huma assoċjati maʼ ħafna mard, inkluż diversi kanċrijiet, psorjasi, u anke l-​marda tal-​Alzheimer. Dak li qabel kien jitqies bħala li hu “bla siwi” jistaʼ jgħin f’li jinqabdu u jittrattaw diversi mardiet.

[Kaxxa f’paġna 5]

KEMM HU TWIL ID-​DNA TIEGĦEK?

Jekk tiftħu, id-​DNA f’ċellula waħda f’ġismek ikun twil xi żewġ metri. Li kieku kellek tislet id-​DNA mit-​triljuni taʼ ċelluli li għandek f’ġismek kollu u tpoġġi l-​ħjut tarf maʼ tarf, it-​tul kollu, skont xi stimi, ikun id-​distanza mill-​art għax-​xemx u lura għal kważi 670 darba. Tieħu xi 185 siegħa biex tivvjaġġa din id-​distanza bil-​veloċità tad-​dawl.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja