LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • gt kap. 11
  • Ġwanni Jħejji t-Triq

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ġwanni Jħejji t-Triq
  • L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Materjal Simili
  • Ġwanni l-Battista jħejji t-triq
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Ġwanni jipprietka li ġej il-Messija
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Ġesù jsir il-Messija
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Ġesù jitgħammed
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
Ara Iżjed
L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
gt kap. 11

Kapitlu 11

Ġwanni Jħejji t-​Triq

GĦADDEW sbatax-il sena minn mindu Ġesù kien tfajjel taʼ 12-il sena jistaqsi lill-​għalliema fit-​tempju. Wasalna issa fir-​rebbiegħa tas-​sena 29 E.K., u kulħadd, milli jidher, qed jitkellem dwar Ġwanni, il-​kuġin taʼ Ġesù, li qed jippriedka mal-​pajjiż kollu taʼ madwar ix-​Xmara Ġordan.

Ġwanni tassew bniedem impressjonanti, kemm fid-​dehra u kemm fil-​kliem. Ħwejġu minn xagħar il-​ġemel, u maʼ qaddu liebes ħżiem tal-​ġild. L-​ikel tiegħu ġurati u għasel selvaġġ. U l-​messaġġ tiegħu? “Indmu, għax is-​saltna tas-​smewwiet qorbot.”

Dan il-​messaġġ iqanqal lis-​semmiegħa tiegħu. Ħafna jirrealizzaw il-​ħtieġa tagħhom li jindmu, jiġifieri, li jbiddlu l-​attitudni tagħhom u jiċħdu l-​mod taʼ ħajja taʼ qabel tagħhom bħala xi ħaġa mhix mixtieqa. Mela mit-​territorju kollu taʼ madwar il-​Ġordan, u saħansitra minn Ġerusalemm, in-​nies joħorġu s’għand Ġwanni f’numri kbar, u hu jgħammidhom, billi jgħaddashom taħt l-​ilmijiet tal-​Ġordan. Dan għala?

Ġwanni jgħammed lin-​nies b’simbolu, jew stqarrija, tal-​indiema mill-​qalb tagħhom għad-​dnubiet kontra l-​patt tal-​Liġi t’Alla. B’hekk, meta xi Fariżej u Sadduċej joħorġu lejn il-​Ġordan, Ġwanni jikkundannahom. “Ja nisel il-​lifgħat,” huwa jgħid. “Ipproduċu frott li jixraq lill-​indiema; u tippretendux li tgħidu lilkom infuskom, ‘Bħala missier għandna lil Abraham.’ Għax jien ingħidilkom li Alla kapaċi jqajjem ulied għal Abraham minn dawn il-​ġebliet. Diġà l-​mannara hija mimduda mal-​għerq tas-​siġra; kull siġra, mela, li ma tipproduċix frott mill-​aħjar għandha titqaċċat u tintafaʼ ġewwa n-​nar.”

Minħabba l-​attenzjoni kollha li qed jirċievi Ġwanni, il-​Lhud jibagħtu xi qassisin u Leviti s’għandu. Dawn jistaqsu: “Min int?”

“M’inix il-​Kristu,” Ġwanni jistqarr.

“X’inhu, mela?” jistaqsu huma. “Inti Elija?”

“M’inix,” hu jwieġeb.

“Inti L-​Profeta?”

“Le!”

Mela jibdew jinsistu: “Min int? biex inkunu nistgħu nwieġbu lil dawk li bagħtuna. Xi tgħid dwarek innifsek?”

Ġwanni jispjega: “Jien leħen taʼ xi ħadd li qed igħajjat fix-​xagħri, ‘Agħmlu dritta l-​mogħdija taʼ Jehovah,’ sewwa sew bħalma qal Isaija l-​profeta.”

“Għala, mela, tgħammed int,” iridu jkunu jafu huma, “jekk int innifsek m’intix il-​Kristu jew Elija jew Il-​Profeta?”

“Jiena ngħammed fl-​​ilma,” hu jwieġeb. “F’nofskom hemm wieħed wieqaf li intom ma tafuhx, il-​wieħed li ġej warajja.”

Ġwanni qed iħejji l-​mogħdija billi jġib lin-​nies f’qagħda taʼ qalb xierqa biex jaċċettaw lill-​Messija, li se jsir Sultan. Dwar Dan, Ġwanni jgħid: “Dak li ġej warajja hu b’saħħtu iktar minni, li s-​sandli tiegħu ma jixraqlix li nneħħi.” Fil-​fatt, Ġwanni saħansitra jgħid: “Il-​wieħed li ġej warajja għadda quddiemi, għaliex hu eżista qabli.”

B’hekk il-​messaġġ taʼ Ġwanni, “is-​saltna tas-​smewwiet qorbot,” iservi taʼ avviż pubbliku li l-​ministeru taʼ Ġesù Kristu, is-​Sultan maħtur minn Jehovah, wasal biex jibda. Ġwann 1:​6-8, 15-28; Mattew 3:​1-12; Luqa 3:​1-18; Atti 19:4.

▪ Liema xorta taʼ raġel hu Ġwanni?

▪ Ġwanni għala jgħammidhom lin-​nies?

▪ Ġwanni għala jistaʼ jgħid li qorbot is-​Saltna?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja