LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lff lezzjoni 24
  • Min Huma l-Anġli u X’Jagħmlu?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Min Huma l-Anġli u X’Jagħmlu?
  • Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • TGĦALLEM IŻJED
  • XI DDISKUTEJNA?
  • ARA IŻJED
  • Il-verità dwar l-anġli
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
  • Il-​Ħlejjaq Spirti—Kif Jeffettwawna
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • Il-Qawwa taʼ Ġesù fuq id-Demonji
    Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir
  • Mistoqsijiet dwar il-Bibbja mweġbin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
Ara Iżjed
Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
lff lezzjoni 24
Lezzjoni 24. Statwa t’anġlu.

LEZZJONI 24

Min Huma l-​Anġli u X’Jagħmlu?

Edizzjoni Stampata
Edizzjoni Stampata
Edizzjoni Stampata

Ġeħova jridna nitgħallmu dwar il-​familja li għandu fis-​sema. F’dik il-​familja hemm l-​anġli, li l-​Bibbja tirreferi għalihom bħala ‘l-​ulied t’Alla.’ (Ġob 38:7) Il-​Bibbja x’tgħid dwar l-​anġli? Kif jinfluwenzaw lin-​nies? L-​anġli kollha huma parti mill-​familja t’Alla?

1. Min huma l-​anġli?

Ġeħova ħalaq l-​anġli qabel ma għamel l-​art. Bħalu, huma spirti inviżibbli u jgħixu fis-​sema. (Ebrej 1:14) Hemm miljuni taʼ anġli u kollha għandhom personalità differenti. (Rivelazzjoni 5:11) Huma ‘jwettqu l-​kelma taʼ Ġeħova, billi jisimgħu minn leħnu.’ (Salm 103:20) Fiż-​żminijiet tal-​Bibbja, Ġeħova ġieli bagħat xi anġli biex iwasslu messaġġi. Hu anki użahom biex jgħinu u jsalvaw lin-​nies tiegħu. Illum, l-​anġli jgħinu lill-​Kristjani biex isibu lin-​nies li jridu jitgħallmu dwar Alla.

2. Min huma Satana u d-​dimonji tiegħu?

Xi anġli ma baqgħux leali lejn Ġeħova. L-​ewwel anġlu li ħadha kontra Ġeħova jissejjaħ “Xitan u Satana, li qed iqarraq bl-​art abitata kollha.” (Rivelazzjoni 12:9) Satana ried imexxi lil oħrajn. Allura influwenza lil Adam u Eva u aktar tard lil anġli oħrajn biex ma jibqgħux leali lejn Ġeħova. Dawn l-​anġli ribellużi jissejħu dimonji. Ġeħova keċċiehom mis-​sema għal fuq l-​art u se jeqridhom.​—Aqra Rivelazzjoni 12:​9, 12.

3. Satana u d-​dimonji kif jipprovaw jidħqu bina?

Satana u d-​dimonji jqarrqu b’ħafna nies permezz tal-​ispiritiżmu. Allura, li tikkomunika mal-​ispirti hi xi ħaġa ħażina. Xi nies ifittxu x’jaħsbu l-​astroloġi, lil dawk li jaqraw ix-​xorti, il-​healers, jew is-​sħaħar. Oħrajn jaqraw l-​oroskopju. Jew oħrajn jekk ikunu morda, biex ifiqu jfittxu modi li fihom l-​ispiritiżmu. Xi nies oħra jaħsbu li jistgħu jitkellmu mal-​mejtin. Imma Ġeħova javżana: “Iddurux lejn il-​medji taʼ l-​ispirti, u tikkonsultawx maʼ dawk li xogħolhom hu li jbassru l-​ġrajjiet,” jiġifieri li jgħidu l-​futur. (Levitiku 19:31) Hu javżana biex jipproteġina minn Satana u d-​dimonji tiegħu. Huma l-​għedewwa t’Alla u jixtiequ jweġġgħuna.

TGĦALLEM IŻJED

Tgħallem dwar l-​affarijiet tajbin li jagħmlu l-​anġli, għala l-​ispiritiżmu hu perikoluż, u kif nistgħu nipproteġu lilna nfusna minn Satana u d-​dimonji.

Anġlu qed jiggwida żewġ Xhieda taʼ Ġeħova waqt li jippritkaw minn dar għal dar.

4. L-​anġli jgħinu lin-​nies isiru jafu lil Ġeħova

L-​anġli t’Alla ma jippritkawx lin-​nies. Imma jistgħu jgħinu lill-​qaddejja t’Alla jsibu lin-​nies li jridu jitgħallmu dwaru. Aqra Rivelazzjoni 14:​6, 7, u mbagħad iddiskuti:

  • Għala għandna bżonn l-​għajnuna tal-​anġli biex nippritkaw?

  • Jinkuraġġik il-​fatt li l-​anġli jgħinuk issib in-​nies li jridu jkunu jafu dwar il-​Bibbja? Għala?

Affarijiet differenti li għandhom x’jaqsmu mal-​ispiritiżmu, bħal board biex ikellmuk l-​ispirti, crystal ball, ktieb dwar il-​vampiri, tarot cards, voodoo dolls, inċens, amulets, u charms.

5. Evita l-​ispiritiżmu

Satana u d-​dimonji huma l-​għedewwa taʼ Ġeħova. Huma l-​għedewwa tagħna wkoll. Aqra Luqa 9:​38-​42, u mbagħad iddiskuti:

  • Id-​dimonji kif jittrattawhom lin-​nies?

Aħna ma rridux inħallu lid-​dimonji jinfluwenzawna. Aqra Dewteronomju 18:​10-​12, u mbagħad iddiskuti:

  • B’liema modi d-​dimonji jippruvaw jinfluwenzawna u jitkellmu magħna? X’affarijiet taʼ spiritiżmu huma komuni fejn toqgħod int?

  • Taħseb li hu tajjeb li Ġeħova ma jaċċettax affarijiet tal-​ispiritiżmu? Għala?

Ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti l-​mistoqsijiet li ġejjin.

VIDJOW: “Opponu lix-​Xitan” (5:​02)

  • Il-​brazzuletta li Palesa libbset lit-​tifla, taħseb li kienet perikoluża? Għala?

  • Palesa x’kellha tagħmel biex tkun protetta mid-​dimonji?

Il-​Kristjani veri dejjem irreżistew id-​dimonji. Aqra Atti 19:19 u l-​1 Korintin 10:​21, u mbagħad iddiskuti:

  • Għala hu importanti li teqred kull ħaġa li għandha x’taqsam mal-​ispiritiżmu?

Mara qed taħraq affarijiet differenti li għandhom x’jaqsmu mal-​ispiritiżmu.

6. Irbaħ il-​ġlieda kontra Satana u d-​dimonji

Satana jmexxi lid-​dimonji. Imma l-​anġli leali jmexxihom Mikiel, li hu l-​kap tal-​anġli. Mikiel hu isem ieħor għal Ġesù. Kemm hu b’saħħtu Mikiel? Aqra Rivelazzjoni 12:​7-​9, u mbagħad iddiskuti:

  • Min hu l-​iżjed b’saħħtu? Mikiel u l-​anġli tiegħu jew Satana u d-​dimonji?

  • Taħseb li d-​dixxipli taʼ Ġesù għandhom għal xiex jibżgħu minn Satana u d-​dimonji tiegħu?

Inti tistaʼ tirbaħ il-​ġlieda kontra Satana u d-​dimonji. Aqra Ġakbu 4:​7, u mbagħad iddiskuti:

  • Kif tistaʼ tipproteġi lilek innifsek minn Satana u d-​dimonji?

ĦAFNA JGĦIDU: “X’fiha billi tilgħab logħba jew tara film li fih l-​ispiritiżmu? Mhux kemm tieħu naqra pjaċir.”

  • Għala hu perikoluż li taħseb hekk?

XI DDISKUTEJNA?

L-​anġli leali jgħinuna. Satana u d-​demonji huma l-​għedewwa taʼ Ġeħova. Huma jużaw l-​ispiritiżmu biex iqarrqu bin-​nies.

X’Tgħallimt

  • L-​anġli taʼ Ġeħova kif qed jgħinu n-​nies jitgħallmu dwaru?

  • Min huma Satana u d-​dimonji?

  • Għala ma tridx li jkollok x’taqsam mal-​ispiritiżmu?

Ipprova Dan

ARA IŻJED

Ara kif nafu li Ġesù hu l-​arkanġlu Mikiel.

“Min hu l-​arkanġlu Mikiel?” (Artiklu fuq jw.org)

Sir af li x-​Xitan vera jeżisti u mhuwiex xi ħażen ġo fina.

“Huwa x-​Xitan Reali?” (Artiklu fuq jw.org)

Ara kif mara nħelset mill-​influwenza tad-​dimonji.

“She Found a Purpose in Life” (The Watchtower, July 1, 1993)

Tgħallem kif Satana juża l-​ispiritiżmu biex jidħaq bin-​nies.

“The Truth About Magic, Sorcery, and Witchcraft” (The Road to Everlasting Life, part 5)

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja