LEZZJONI 26
Għala Jiġru Affarijiet Ħżiena, u n-Nies Għala Jbatu?
Meta tiġri xi ħaġa ħażina, hu normali li ssaqsi: “Għala ġrat?” Aħna nieħdu pjaċir li l-Bibbja twieġeb dil-mistoqsija.
1. Satana x’għamel biex bdew jiġru affarijiet ħżiena?
Satana x-Xitan ħadha kontra Alla. Satana ried imexxi lil oħrajn. Allura influwenza l-ewwel koppja, Adam u Eva, biex huma wkoll jiħduha kontra Alla. Satana għamel dan billi gideb lil Eva. (Ġenesi 3:1-5) Hu ġegħelha taħseb li Ġeħova ma riedx itiha xi ħaġa li kienet tajba. U li n-nies kienu se jkunu iżjed ferħanin jekk ma jobdux lil Alla. Satana qal l-ewwel gidba meta qal lil Eva li mhux se tmut. Għalhekk il-Bibbja tgħid li Satana “hu giddieb u missier il-gidba.”—Ġwanni 8:44.
2. Adam u Eva x’għażlu li jagħmlu?
Ġeħova kien qalbu tajba maʼ Adam u Eva. Hu qalilhom li setgħu jieklu mis-siġar kollha fil-ġnien tal-Għeden, barra waħda. (Ġenesi 2:15-17) Imma huma xorta ddeċidew li jieklu mill-frott taʼ din is-siġra. Eva “ħadet mill-frott u kilitu.” Wara “beda jieklu” Adam. (Ġenesi 3:6) It-tnejn li huma m’obdewx lil Alla. Adam u Eva kienu perfetti, allura kien faċli għalihom biex jagħmlu dak li hu tajjeb. Imma huma ddeċidew li ma jobdux lil Alla. Meta għamlu hekk, dinbu u rrifjutaw li Alla jgħidilhom x’inhu tajjeb u ħażin. Dik id-deċiżjoni ġabitilhom ħafna tbatija.—Ġenesi 3:16-19.
3. Kif teffettwana d-deċiżjoni t’Adam u Eva?
Meta Adam u Eva dinbu, saru imperfetti. Minħabba f’hekk, it-tfal kollha tagħhom twieldu imperfetti wkoll. Dwar Adam, il-Bibbja tgħid: “Permezz taʼ bniedem wieħed id-dnub daħal fid-dinja, u permezz tad-dnub il-mewt, u b’hekk il-mewt infirxet fuq il-bnedmin kollha.”—Rumani 5:12.
Hemm ħafna raġunijiet għala nbatu. Ġieli nbatu għax nieħdu deċiżjonijiet ħżiena. Ġieli nbatu għax oħrajn jieħdu deċiżjonijiet ħżiena. Jew ġieli nbatu minħabba affarijiet li ma nistennewx li se jiġru.—Aqra Ekkleżjasti 9:11.
TGĦALLEM IŻJED
Sir af għala Alla mhux responsabbli għall-affarijiet ħżiena u t-tbatija li hawn fid-dinja, u kif iħossu meta nbatu.
4. Min hu responsabbli għat-tbatija tagħna?
Ħafna nies jemmnu li Alla qed imexxi d-dinja. Imma veru? Ara l-VIDJOW.
Aqra Ġakbu 1:13 u l-1 Ġwanni 5:19, u mbagħad iddiskuti:
It-tort t’Alla li hawn it-tbatija u l-ħażen?
5. Ara x’ġara kemm ilu jmexxi Satana
Aqra Ġenesi 3:1-6, u mbagħad iddiskuti:
X’gidba qal Satana?—Ara versi 4 u 5.
Satana x’qal lil Eva biex iġegħelha taħseb li Ġeħova qed iżomm xi ħaġa tajba min-nies?
Skont Satana, bilfors li Ġeħova jrid imexxi lin-nies biex ikunu ferħanin?
Aqra Ekkleżjasti 8:9, u mbagħad iddiskuti:
X’ġara kemm ilu ma jmexxix id-dinja Ġeħova?
Adam u Eva kienu perfetti u kienu jgħixu fil-ġnien tal-Għeden. Imma huma semgħu minn Satana u ħaduha kontra Ġeħova
Wara li m’obdewx lil Ġeħova, id-dinja mtliet bid-dnub, it-tbatija u l-mewt
Ġeħova se jneħħi d-dnub, it-tbatija u l-mewt. Imbagħad in-nies se jerġgħu jkunu perfetti u jgħixu f’ġenna fuq l-art
6. Ġeħova jimpurtah meta nbatu
Alla jimpurtah meta nbatu? Ara x’kitbu s-Sultan David u l-appostlu Pietru. Aqra Salm 31:7 u l-1 Pietru 5:7, u mbagħad iddiskuti:
Kif tħossok li taf li Ġeħova jarana nbatu u jimpurtah minna?
7. Alla se jneħħi t-tbatija kollha
Aqra Isaija 65:17 u Rivelazzjoni 21:3, 4, u mbagħad iddiskuti:
Ġeħova jwiegħed li se jneħħi l-problemi u t-tbatija kollha li jgħaddu minnhom in-nies. Din il-wegħda għala tinkuraġġik?
Kont taf?
Meta Satana qal l-ewwel gidba, hu ġiegħel lin-nies jemmnu li Ġeħova hu Mexxej aħrax u ma jħobbniex. Meta fil-futur Ġeħova se jneħħi t-tbatija tan-nies, hu se jirranġa r-reputazzjoni tiegħu. B’hekk se juri li hu l-aħjar mexxej li jistaʼ jkun hawn. Li jirranġa r-reputazzjoni tiegħu hi waħda mill-iżjed affarijiet importanti fl-univers.—Mattew 6:9, 10.
ĦAFNA JGĦIDU: “It-tbatija minn dejjem kienet. Sinjal li ġejja minn Alla.”
Int kif twieġeb?
XI DDISKUTEJNA?
Satana x-Xitan u l-ewwel koppja huma l-iżjed responsabbli għall-ħażen li hawn fid-dinja. Ġeħova jimpurtah ħafna mit-tbatija tagħna u daqt se jneħħiha.
X’Tgħallimt
Satana x-Xitan x’gidba qal lil Eva?
Aħna kif qed niġu effettwati minn dak li għamlu Adam u Eva?
Kif nafu li Ġeħova jimpurtah minna meta nbatu?
ARA IŻJED
Tgħallem xi jfisser id-dnub skont il-Bibbja.
Aqra iżjed dwar il-kwistjoni li qajjem Satana x-Xitan fil-ġnien tal-Għeden.
“Alla għala jippermetti t-tbatija?” (It-Torri tal-Għassa, 1 taʼ Jannar 2014)
Ara xi tweġibiet għal mistoqsija diffiċli.
“Għala Seħħ l-Olokawst? Alla Għala Ma Waqqfux?” (Artiklu fuq jw.org)
Sir af xi nduna raġel mit-tbatija li ra madwaru.