LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lff lezzjoni 29
  • X’Jiġri Meta Mmutu?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’Jiġri Meta Mmutu?
  • Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • TGĦALLEM IŻJED
  • XI DDISKUTEJNA?
  • ARA IŻJED
  • Fejn Huma l-​Mejtin?
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • X’Tama Hemm għall-Mejtin?
    Aħbar Tajba Mingħand Alla!
  • Fejn immorru meta mmutu?
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
  • “Il-Mewt Tinbelaʼ għal Dejjem”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
Ara Iżjed
Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
lff lezzjoni 29
Lezzjoni 29. Koppja titlob fejn qabar f’ċimiterju.

LEZZJONI 29

X’Jiġri Meta Mmutu?

Edizzjoni Stampata
Edizzjoni Stampata
Edizzjoni Stampata

Ġieli miet xi ħadd li tħobb ħafna? F’dak iż-​żmien diffiċli, forsi taħseb: ‘X’jiġri meta mmutu? Qatt se nerġgħu naraw lil tal-​familja jew ħbieb li mietu?’ F’dil-​lezzjoni u li jmiss, il-​Bibbja se tagħtik tweġibiet li jtuk tama.

1. X’jiġri meta mmutu?

Ġesù qabbel il-​mewt maʼ raqda fil-​fond. Xi ħadd li jkun rieqed fil-​fond ma jkunx jaf x’qed jiġri madwaru. Allura l-​mewt kif tixbah raqda? Wara li jmut xi ħadd, hu ma jkun jaf xejn, ma jħossx uġigħ u lanqas tbatija. Il-​Bibbja tgħid: “Il-​mejtin ma jafu assolutament xejn.”​—Aqra Ekkleżjasti 9:5.

2. Kif tgħinna l-​verità dwar il-​mewt?

Ħafna nies jibżgħu mill-​mewt u anki minn dawk li mietu! Imma dak li tgħid il-​Bibbja se jgħinek. Ġesù qal: “Il-​verità teħliskom.” (Ġwanni 8:32) Xi reliġjonijiet jgħallmu li xi ħaġa minna tibqaʼ ħajja wara li mmutu. Imma l-​Bibbja mhux hekk tgħallimna. Mela dan jurina li ħadd ma jbati wara li jmut. U peress li l-​mejtin ma jafu xejn, m’hemmx għalfejn inqimuhom jew noffrulhom affarijiet biex ma jweġġgħuniex. Lanqas m’hemm għalfejn nitolbu għalihom.

Xi nies jgħidu li jistgħu jitkellmu mal-​mejtin. Imma dan mhux possibbli. Bħalma tgħallimna, il-​mejtin “ma jafu assolutament xejn.” Dawk li jaħsbu li qed jitkellmu mal-​mejtin, fir-​realtà jkunu qed jitkellmu mad-​dimonji li jagħmluha taʼ dawn il-​mejtin. Allura li nafu l-​verità dwar il-​mejtin se jipproteġina mid-​dimonji. Ġeħova jwissina biex ma nitkellmux mal-​mejtin, għax jaf li hu perikoluż meta nitkellmu mad-​dimonji.​—Aqra Dewteronomju 18:​10-​12.

TGĦALLEM IŻJED

Sir af iktar x’tgħid il-​Bibbja dwar il-​mejtin. Saħħaħ il-​fidi tiegħek f’Alla li jħobbna u li ma jikkastigax lill-​mejtin.

Raġel u ż-​żewġt itfal tiegħu bilqiegħda fuq sufan waqt il-​funeral tal-​mara tiegħu u taʼ omm it-​tfal. Ħbieb u tal-​familja qegħdin viċin tiegħu biex jaraw kif jistgħu jgħinuh iħossu aħjar.

3. X’jiġri mill-​mejtin?

Skont minn fejn ġejjin, in-​nies jemmnu b’mod differenti x’jiġri mill-​mejtin. Imma mhux kulma jemmnu hu veru.

  • In-​nies fejn toqgħod int, x’jemmnu dwar il-​mejtin?

Ara l-​VIDJOW biex titgħallem x’tgħid il-​Bibbja.

VIDJOW: X’inhi l-​kundizzjoni tal-​mejtin?​—Parti mill-​Vidjow (1:​19)

Grupp taʼ Stampi: Stampi mill-​vidjow ‘X’inhi l-​kundizzjoni tal-​mejtin?​—Parti mill-​Vidjow.’ 1. Raġel mejjet fuq sodda taʼ sptar. 2. Raġel rieqed bejn tnejn min-​nies waqt li jivvjaġġaw bit-​trejn.

Aqra Ekkleżjasti 3:​20, u mbagħad iddiskuti:

  • Skont dal-​vers, x’jiġri mill-​persuna li tmut?

  • Hemm xi ħaġa li tibqaʼ ħajja wara li persuna tmut?

Il-​Bibbja tgħidilna dwar il-​mewt taʼ Lazzru, ħabib kbir taʼ Ġesù. Hekk kif taqra Ġwanni 11:​11-​14, innota x’qal Ġesù dwar Lazzru. Imbagħad iddiskuti dal-​mistoqsijiet:

  • Ġesù maʼ xiex qabbel il-​mewt?

  • Dan x’jgħallimna dwar il-​mejtin?

  • Taħseb li dak li tgħid il-​Bibbja dwar il-​mejtin jagħmel sens? Għala taħseb hekk?

4. Il-​verità dwar il-​mewt tgħinna

Meta nkunu nafu l-​verità dwar il-​mewt, tgħinna ma nibżgħux mill-​mejtin. Aqra Ekkleżjasti 9:​10, u mbagħad iddiskuti:

  • Il-​mejtin jistgħu jweġġgħuna?

Meta nemmnu l-​verità mill-​Bibbja, aħna mhux se nemmnu li għandna nqimu jew noffru affarijiet lill-​mejtin biex ma jweġġgħuniex. Dan it-​tagħlim hu gidba. Aqra Isaija 8:19 u Rivelazzjoni 4:​11, u mbagħad iddiskuti:

  • Ġeħova x’jaħseb dwar xi ħadd li jqim il-​mejtin jew ifittex l-​għajnuna tagħhom?

Grupp taʼ Stampi: Drawwiet li għandhom x’jaqsmu maʼ li wieħed iqim il-​mejtin. 1. Raġel għarkupptejh qed jitlob quddiem qabar u joffri l-​ikel. 2. Tliet irġiel tribali jiżfnu b’kostum. 3. Nies f’parata lebsin maskli taʼ skanetru u qed iġorru ras taʼ skanetru kbir.

Il-​verità dwar il-​mejtin teħlisna minn drawwiet li ma jogħġbux lil Ġeħova

5. Aħna nħossuna aħjar meta nitgħallmu l-​verità dwar il-​mejtin

Ħafna nies tgħallmu li meta jmutu se jkollhom ibatu talli għamlu affarijiet ħżiena fil-​passat. Imma aħna kuntenti li nafu li ħadd ma jbati wara li jmut, lanqas dawk li għamlu ħafna affarijiet ħżiena. Aqra Rumani 6:​7, u mbagħad iddiskuti:

  • Skont il-​Bibbja, persuna li tmut tinħeles mid-​dnub. Taħseb li hemm xi ħadd mejjet li qed ibati minħabba l-​iżbalji li għamel?

Iktar ma nsiru nafu lil Ġeħova, iktar se nifhmu li hu qatt ma jrid il-​mejtin ibatu. Aqra Dewteronomju 32:4 u l-​1 Ġwanni 4:​8, u mbagħad iddiskuti:

  • Taħseb li Alla b’dawn il-​kwalitajiet qatt se jħalli l-​mejtin ibatu?

  • Taħseb li l-​verità dwar il-​mejtin se tgħinek tħossok aħjar? Għala taħseb hekk?

ĦAFNA JGĦIDU: “Ma nafx x’jiġri meta mmutu. Li naf hu, li ħadd ma ġie lura wara li miet.”

  • X’versi mill-​Bibbja tistaʼ turi biex tgħinhom?

XI DDISKUTEJNA?

Meta xi ħadd imut, ħajtu tieqaf hemm. Il-​mejtin ma jistgħux ibatu u lanqas iweġġgħu lil xi ħadd.

X’Tgħallimt

  • X’jiġri meta mmutu?

  • Kif tgħinna l-​verità dwar il-​mejtin?

  • Kif inħossuna aħjar bil-​verità dwar il-​mejtin?

Ipprova Dan

ARA IŻJED

Ifhem xi tfisser il-​kelma “ruħ” fil-​Bibbja.

“X’inhi r-​ruħ?” (Artiklu fuq jw.org)

Sir af jekk Alla jibgħatx il-​ħżiena fl-​infern.

L-​Infern Vera Jeżisti? (3:07)

Hemm għalfejn nibżgħu mill-​mejtin?

Spirits of the Dead​—Can They Help You or Harm You? Do They Really Exist? (browxer)

Sir af kif ħassu raġel meta tgħallem il-​verità dwar il-​mejtin.

“I Was Impressed by the Bible’s Clear, Logical Answers” (The Watchtower, February 1, 2015)

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja