LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • es25 pp. 118-128
  • Diċembru

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Diċembru
  • Neżaminaw l-Iskrittura Kuljum—2025
  • Sottitli
  • It-Tnejn, 1 taʼ Diċembru
  • It-Tlieta, 2 taʼ Diċembru
  • L-Erbgħa, 3 taʼ Diċembru
  • Il-Ħamis, 4 taʼ Diċembru
  • Il-Ġimgħa, 5 taʼ Diċembru
  • Is-Sibt, 6 taʼ Diċembru
  • Il-Ħadd, 7 taʼ Diċembru
  • It-Tnejn, 8 taʼ Diċembru
  • It-Tlieta, 9 taʼ Diċembru
  • L-Erbgħa, 10 taʼ Diċembru
  • Il-Ħamis, 11 taʼ Diċembru
  • Il-Ġimgħa, 12 taʼ Diċembru
  • Is-Sibt, 13 taʼ Diċembru
  • Il-Ħadd, 14 taʼ Diċembru
  • It-Tnejn, 15 taʼ Diċembru
  • It-Tlieta, 16 taʼ Diċembru
  • L-Erbgħa, 17 taʼ Diċembru
  • Il-Ħamis, 18 taʼ Diċembru
  • Il-Ġimgħa, 19 taʼ Diċembru
  • Is-Sibt, 20 taʼ Diċembru
  • Il-Ħadd, 21 taʼ Diċembru
  • It-Tnejn, 22 taʼ Diċembru
  • It-Tlieta, 23 taʼ Diċembru
  • L-Erbgħa, 24 taʼ Diċembru
  • Il-Ħamis, 25 taʼ Diċembru
  • Il-Ġimgħa, 26 taʼ Diċembru
  • Is-Sibt, 27 taʼ Diċembru
  • Il-Ħadd, 28 taʼ Diċembru
  • It-Tnejn, 29 taʼ Diċembru
  • It-Tlieta, 30 taʼ Diċembru
  • L-Erbgħa, 31 taʼ Diċembru
Neżaminaw l-Iskrittura Kuljum—2025
es25 pp. 118-128

Diċembru

It-Tnejn, 1 taʼ Diċembru

“Il-mejtin se jiġu mqajmin.”—Lq. 20:37.

Ġeħova għandu l-qawwa biex jirxoxta l-mejtin? Iva! Hu “Jistaʼ Kollox.” (Riv. 1:8) Allura, hu għandu l-qawwa biex jirbaħ lill-għedewwa kollha, anki l-mewt. (1 Kor. 15:26) Raġuni oħra għala nafu li Alla jistaʼ jirxoxta l-mejtin hi għax hu ma jinsa xejn. Hu jaf l-ismijiet kollha tal-istilel. (Is. 40:26) Ġeħova jiftakar lin-nies kollha li mietu. (Ġob 14:13; Lq. 20:38) Hu jiftakar kull dettall tan-nies li se jirxoxta, inkluż kif jidhru, il-karattru, minn xiex għaddew, u l-memorji tagħhom. Mela nistgħu nemmnu l-wegħda taʼ Ġeħova tal-irxoxt għax nafu li hu għandu x-xewqa u l-qawwa biex jagħmilha. Raġuni oħra hi li Ġeħova diġà rxoxta lil xi nies. Fiż-żminijiet tal-Bibbja, hu ta l-qawwa lil ftit irġiel leali, inkluż lil Ġesù, biex iqajmu l-mejtin. w23.04 9-10 ¶7-9

It-Tlieta, 2 taʼ Diċembru

“Ħa jkun kliemkom dejjem kollu ħlewwa, imħawwar bil-melħ.”—Kol. 4:6.

Meta aħna noqogħdu attenti kif nitkellmu u nibqgħu kalmi, in-nies x’aktarx li se jkunu iktar lesti li jisimgħu u jkomplu jitkellmu magħna. Bla dubju, jekk xi ħadd ikun irid jargumenta magħna jew iwaqqagħna għaċ-ċajt, aħna mhux se nkomplu nitkellmu miegħu. (Prov. 26:4) Imma ħafna min-nies x’aktarx li mhux se jagħmlu hekk. Jidher ċar li meta nitgħallmu nkunu kalmi nibbenefikaw ħafna. Itlob lil Ġeħova biex jgħinek tibqaʼ kalm meta twieġeb lil xi ħadd li jkun qed jikkritikak. Ftakar li meta tkun kalm, se tevita li jinqalgħu l-argumenti meta jkun hemm opinjonijiet differenti. U meta twieġeb lil xi ħadd bil-ħlewwa, tistaʼ tgħinu jbiddel il-ħarsa tiegħu lejna u lejn il-veritajiet tal-Bibbja. “Kunu dejjem lesti li tiddefendu” dak li temmnu “bil-ħlewwa u b’rispett profond.” (1 Pt. 3:15) Iva, meta tkun kalm tkun b’saħħtek! w23.09 19 ¶18-19

L-Erbgħa, 3 taʼ Diċembru

Ilbsu sentimenti profondi taʼ sabar fit-tul.—Kol. 3:12.

Ejja naraw erbaʼ modi kif nistgħu nuru l-paċenzja. L-ewwel, persuna paċenzjuża ma tirrabjax malajr. Meta n-nies jittrattawha ħażin, hi tibqaʼ kalma u ma tpattix lura. U meta tkun stressjata, ma tittrattax lil oħrajn ħażin. (Eżo. 34:6) It-tieni, persuna paċenzjuża tistenna bil-kalma. Meta tkun qed tistenna xi ħaġa u ddum iktar milli taħseb, tipprova ma tirritax ruħha. (Mt. 18:​26, 27) It-tielet, persuna paċenzjuża ma taqbadx u tagħmel xi ħaġa mingħajr ma taħsibha. Meta persuna paċenzjuża jkollha tagħmel xi ħaġa importanti, ma tgħaġġilx biex tibdieha jew biex tlestiha. Minflok, tagħmel ċert li jkollha ħin biżżejjed biex tagħmel dak li għandha bżonn. Imbagħad tieħu l-ħin biex tagħmel ix-xogħol sew. Ir-rabaʼ, persuna paċenzjuża tipprova tiffaċċja l-provi mingħajr ma tgerger. Persuna paċenzjuża tagħmel dak li tistaʼ biex tibqaʼ pożittiva u tibqaʼ taqdi lil Ġeħova bil-ferħ. (Kol. 1:11) Ix-Xhieda taʼ Ġeħova għandhom ikunu paċenzjużi f’dawn is-sitwazzjonijiet kollha li ddiskutejna. w23.08 20-21 ¶3-6

Il-Ħamis, 4 taʼ Diċembru

“Ġeħova hu dak li jeżamina l-qlub.”—Prov. 17:3.

Raġuni importanti għala nipproteġu lil qalbna hi għax Ġeħova jeżamina l-qalb. Dan ifisser li hu jistaʼ jara dak li ma jarawx in-nies u jaf x’tip taʼ persuna aħna. Hu se jħobbna jekk aħna nibqgħu naħsbu fuq il-pariri tiegħu li jistgħu jgħinuna ngħixu għal dejjem. (Ġw. 4:14) Meta nagħmlu dan aħna qatt mhu se nweġġgħu minħabba l-ħażen u l-gideb taʼ Satana u n-nies ħżiena. (1 Ġw. 5:​18, 19) Meta nersqu eqreb taʼ Ġeħova, l-imħabba u r-rispett tagħna lejh se jikbru. Minħabba li ma rridux nweġġgħu lil Missierna, aħna se nobogħdu anki l-ħsieb li nagħmlu xi ħaġa ħażina. Marta, oħt fil-Kroazja li kienet se taqaʼ fl-immoralità, kitbet: “Sibtha diffiċli biex nikkontrolla l-ħsibijiet tiegħi u niġġieled ix-xewqa biex nagħmel il-ħażin. Imma l-biżaʼ minn Ġeħova pproteġietni.” Kif? Billi ħasbet sew dwar il-konsegwenzi li kienet se tbati jekk tagħmel xi ħaġa immorali. Aħna nistgħu nagħmlu bħalha. w23.06 20-21 ¶3-4

Il-Ġimgħa, 5 taʼ Diċembru

“‘Il-ġnus se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova,’ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova, ‘meta nitqaddes fostkom quddiem għajnejhom.’”—Eżek. 36:23.

Ġesù kien jaf li l-iskop taʼ Ġeħova hu li jnaddaf ismu, jiġifieri juri li dak li qal Satana dwaru hu gidba. Għalhekk, hu għallem lin-nies jitolbu: “Missierna tas-sema, ħa jitqaddes ismek.” (Mt. 6:9) Ġesù kien jaf li din hi l-iktar kwistjoni importanti li qatt kienet teżisti. Ħadd qatt ma faħħar isem Ġeħova iktar milli għamel Ġesù. Imma meta arrestawh, in-nies akkużawh li hu wera diżrispett kbir lejn l-isem t’Alla bl-agħar mod. Ġesù kien jaf li l-ikbar dnub hu li ma tirrispettax l-isem t’Alla. Allura hu żgur li kien imdejjaq ħafna li kienu se jakkużawh b’din il-ħaġa u jsibuh ħati. Wisq probabbli, din kienet ir-raġuni għala Ġesù “kien inkwetat għall-aħħar” qabel ġie arrestat.—Lq. 22:​41-44. w24.02 11 ¶11

Is-Sibt, 6 taʼ Diċembru

“Dar tinbena bl-għerf.”—Prov. 24:3.

Aħna rridu nħobbu lil Ġeħova u lil Ġesù iktar minn tal-familja. (Mt. 10:37) Imma dan ma jfissirx li għandna ninjoraw ir-responsabbiltajiet tagħna fil-familja. Anzi biex nogħġbu lil Ġeħova u lil Ġesù rridu nieħdu ħsieb dawn ir-responsabbiltajiet. (1 Tim. 5:​4, 8) Meta nagħmlu hekk, se nkunu iktar ferħanin. Ġeħova jaf li l-familji se jkunu iktar ferħanin meta r-raġel u l-mara jħobbu u jirrispettaw lil xulxin, meta l-ġenituri jħobbu u jgħallmu lit-tfal tagħhom, u meta t-tfal jobdu lill-ġenituri tagħhom. (Efes. 5:33; 6:​1, 4) L-irġiel, in-nisa, u t-tfal għandhom japplikaw il-pariri tajbin tal-Bibbja. Tagħmilx dak li taħseb li hu tajjeb, dak li jagħmlu n-nies fejn toqgħod, jew dak li jgħidu l-esperti. Uża l-pubblikazzjonijiet tagħna sew. Dawn fihom pariri tajbin biex jgħinuk tapplika l-prinċipji tal-Bibbja. w23.08 28 ¶6-7

Il-Ħadd, 7 taʼ Diċembru

Immedita fuqu lejl u nhar, sabiex tobdi bir-reqqa kulma hemm miktub fih. B’hekk, se tirnexxi u se taġixxi bl-għerf.—Ġoż. 1:8.

Oħt għandha titgħallem tagħmel affarijiet li se jgħinuha f’ħajjitha. Dawn l-affarijiet tistaʼ tibda titgħallimhom minn meta tkun għadha żgħira. Pereżempju, tgħallem ikteb u aqra sew. F’xi postijiet, in-nies jaħsbu li mhux importanti li mara titgħallem tikteb u taqra. Imma hu importanti għall-Kristjani kollha li jitgħallmu jiktbu u jaqraw. (1 Tim. 4:13) Mela anki jekk issibha diffiċli biex titgħallem, ibqaʼ pprova. Dawn kif se jgħinuk? Dawn jistgħu jgħinuk issib xogħol. Se jkun iktar faċli għalik biex tistudja l-Bibbja u tgħallem lil oħrajn dwarha. U l-iktar importanti, meta taqra l-Bibbja u taħseb sew dwarha, se tersaq eqreb taʼ Ġeħova.—1 Tim. 4:15. w23.12 20 ¶10-11

It-Tnejn, 8 taʼ Diċembru

“Ġeħova jaf kif jeħles mill-provi lil dawk li huma devoti lejh.”—2 Pt. 2:9.

Itlob lil Ġeħova jgħinek biex ma ċċedix għat-tentazzjoni. Minħabba li aħna imperfetti rridu niġġieldu l-ħin kollu biex ma nagħmlux dak li hu ħażin. Satana qed jagħmel minn kollox biex jagħmel din il-ġlieda diffiċli ħafna. Mod wieħed kif Satana jipprova jdaħħlilna ħsibijiet ħżiena hu permezz tad-divertiment. Xi divertiment jistaʼ jimlielna moħħna bi ħsibijiet ħżiena u b’hekk ma nibqgħux nodfa għal Ġeħova. Dan jistaʼ jwassalna anki biex nagħmlu dnubiet serji. (Mk. 7:​21-23; Ġak. 1:​14, 15) Aħna għandna bżonn l-għajnuna taʼ Ġeħova biex ma nċedux għat-tentazzjonijiet u nagħmlu dak li hu ħażin. Meta Ġesù qal it-Talba tal-Missierna, hu talab: “Tħalliniex naqgħu fit-tentazzjoni, imma eħlisna mill-Ħażin.” (Mt. 6:13) Ġeħova jrid jgħinna, imma aħna rridu nitolbuh għall-għajnuna. Wara li nitolbuh, irridu nevitaw affarijiet li jistgħu jwaqqgħuna għat-tentazzjoni. w23.05 6-7 ¶15-17

It-Tlieta, 9 taʼ Diċembru

“Ħabel bi tlieta ma jistax jinqataʼ malajr.”—Ekk. 4:12.

Meta koppja jqisu l-ħbiberija tagħhom maʼ Missierhom tas-sema importanti, se jkunu lesti japplikaw il-pariri tiegħu. Dan jistaʼ jgħinhom jevitaw u jirranġaw problemi li jistgħu jnaqqsu l-imħabba taʼ bejniethom. Nies li għandhom ħbiberija b’saħħitha maʼ Ġeħova jagħmlu li jistgħu biex jimitawh u jkollhom kwalitajiet bħal tiegħu, bħall-qalb tajba, il-paċenzja, u l-maħfra. (Efes. 4:32; 5:1) Meta l-koppji juru dawn il-kwalitajiet, se jkun iktar faċli biex l-imħabba taʼ bejniethom tikber. Oħt jisimha Lena, li ilha miżżewġa iktar minn 25 sena, tgħid, “Hu iktar faċli biex tħobb u tirrispetta lil xi ħadd li għandu ħbiberija b’saħħitha maʼ Ġeħova.” Ejja naraw eżempju mill-Bibbja. Meta Ġeħova għażel il-ġenituri tal-Messija, hu għażel lil Ġużeppi u Marija mid-dixxendenti kollha taʼ David. Għala? Għax it-tnejn li huma kellhom ħbiberija maʼ Ġeħova, u hu kien jaf li se jpoġġu lilu l-ewwel fiż-żwieġ. w23.05 20-21 ¶3-4

L-Erbgħa, 10 taʼ Diċembru

“Kunu ubbidjenti lejn dawk li qed imexxu fostkom.”—Ebr. 13:17.

Ġesù hu l-Mexxej tagħna, u hu perfett. Imma l-irġiel li ġew magħżulin biex imexxu mhumiex perfetti. Forsi nsibuha diffiċli biex nobduhom, speċjalment jekk jistaqsuna nagħmlu xi ħaġa li ma togħġobniex. Darba l-appostlu Pietru wkoll ngħata direzzjoni li sabha diffiċli biex jobdiha. Meta anġlu qal lil Pietru biex jiekol annimali li skont il-Liġi taʼ Mosè ma kinux nodfa, hu rrifjuta, mhux darba imma tliet darbiet! (Atti 10:​9-16) Għala? Għax għalih dan ma kienx jagħmel sens. Mill-banda l-oħra, l-appostlu Pawlu obda meta l-anzjani f’Ġerusalemm qalulu biex jieħu erbaʼ rġiel fit-tempju u jitnaddaf b’mod ċerimonjali biex juri li hu kien qed jobdi l-Liġi. Pawlu kien jaf li l-Kristjani ma kellhomx għalfejn jobdu l-Liġi. Hu ma kien għamel xejn ħażin, iżda l-għada Pawlu “ħa lil dawn l-irġiel u tnaddaf b’mod ċerimonjali magħhom.” (Atti 21:​23, 24, 26) Minħabba li Pawlu obda d-direzzjoni, l-aħwa baqgħu magħqudin.—Rum. 14:​19, 21. w23.10 10 ¶15-16

Il-Ħamis, 11 taʼ Diċembru

“Dawk li jibżgħu minn Ġeħova se jkollhom ħbiberija mill-qrib miegħu.”—Salm 25:14.

X’aktarx m’intix se tgħid li l-biżaʼ hi kwalità importanti. Però, dawk li jrid ikollhom ħbiberija tajba ma’ Ġeħova jridu “jibżgħu minnu.” Ilna kemm ilna naqdu lil Ġeħova, kollha kemm aħna rridu nkomplu nibżgħu minn Ġeħova. Imma x’jiġifieri li nibżgħu minn Alla? Persuna li tibżaʼ minn Alla, jiġifieri li tirrispettah ħafna, tħobbu u mhu se tagħmel xejn li se jagħmel il-ħsara lill-ħbiberija taʼ bejniethom. Ġesù kellu din it-tip taʼ biżaʼ. (Ebr. 5:7) Imma ma jfissirx li kien jitwerwer minn Ġeħova. (Is. 11:​2, 3) Anzi hu kien iħobbu ħafna u ried jobdih. (Ġw. 14:​21, 31) Bħal Ġesù, aħna nirrispettawh ħafna lil Ġeħova għax hu mħabba, għaref, ġust, u għandu ħafna qawwa. Aħna nafu wkoll li Ġeħova jħobbna u jimpurtah minn kif naġixxu għat-tagħlim tiegħu. B’dak li nagħmlu nistgħu nferrħu lil Ġeħova jew inweġġgħuh.—Salm 78:41; Prov. 27:11. w23.06 14 ¶1-2; 15 ¶5

Il-Ġimgħa, 12 taʼ Diċembru

“Malli sar b’saħħtu, qalbu tkabbret u ġab diżastru fuqu stess. Hu ma kienx leali lejn Ġeħova.”—2 Kron. 26:16.

Meta r-Re Użżija sar b’saħħtu, ma baqax japprezza l-affarijiet tajbin li Ġeħova kien għamel għalih. X’inhi l-lezzjoni għalina? Irridu niftakru li l-affarijiet tajbin li ngawdu fil-ħajja tagħna u fix-xogħol taʼ Ġeħova huma rigal mingħandu. Minflok ma nieħdu l-krettu aħna għal dak li nagħmlu, għandna dejjem infaħħru lil Ġeħova. (1 Kor. 4:7) Għandna nkunu umli u niftakru li aħna imperfetti, u li kultant ikollna bżonn id-dixxiplina. Ħu li għandu madwar 60 sena jgħid: “Jien tgħallimt li m’għandix nieħu għalija jew inħossni skuraġġit meta oħrajn jgħiduli li għamilt xi żball. Meta nirċievi d-dixxiplina, jien nipprova nara x’nistaʼ nirranġa u nkompli nagħti l-aħjar tiegħi lil Ġeħova.” Meta nobdu lil Ġeħova u nibqgħu umli, aħna se nkunu vera ferħanin.—Prov. 22:4. w23.09 10 ¶10-11

Is-Sibt, 13 taʼ Diċembru

“Teħtieġu s-sabar sabiex, wara li tkunu għamiltu r-rieda t’Alla, tirċievu t-twettiq tal-wegħda.”—Ebr. 10:36.

Il-Kristjani fi żmien l-appostlu Pawlu kellhom jissaportu. Huma kellhom il-problemi bħal nies oħrajn, imma minħabba li kienu Kristjani ffaċċjaw problemi oħra. Ħafna kienu ppersegwitati mhux biss mill-mexxejja reliġjużi Lhud u l-awtoritajiet Rumani, imma anki mill-familji tagħhom. (Mt. 10:21) U kellhom joqogħdu attenti biex ma jħallux it-tagħlim tal-apostati li kienu qed jippruvaw jifirdu l-kongregazzjoni jaffettwahom. (Atti 20:​29, 30) Imma huma ssaportew u baqgħu leali. (Riv. 2:3) Kif? Huma ħasbu dwar eżempji mill-Iskrittura taʼ wħud li ssaportew, bħal Ġob. (Ġak. 5:​10, 11) Huma talbu biex jibqgħu kuraġġużi. (Atti 4:​29-31) U żammew f’moħħhom li jekk jibqgħu jissaportu, Ġeħova kien se jippremjahom. (Atti 5:41) Meta b’mod regolari nistudjaw u nimmeditaw fuq uħud li ssaportew mill-Bibbja u mill-pubblikazzjonijiet tagħna, aħna wkoll nistgħu nibqgħu nissaportu. w23.07 3 ¶5-6

Il-Ħadd, 14 taʼ Diċembru

“Mela dejjem poġġu s-Saltna u l-livelli t’Alla fl-ewwel post f’ħajjitkom, u Alla jagħtikom l-affarijiet l-oħrajn kollha.”—Mt. 6:33.

Ġeħova u Ġesù mhux ħa jaqtgħu qalbhom minna. Wara li l-appostlu Pietru qal li ma jafx lil Ġesù, Pietru kellu jieħu deċiżjoni importanti. Kien se jaqtaʼ qalbu jew kien se jibqaʼ dixxiplu taʼ Kristu? Ġesù kien talab bil-qalb lil Ġeħova biex il-fidi taʼ Pietru tibqaʼ b’saħħitha. Ġesù qal lil Pietru dwar dik it-talba u li kien fiduċjuż li iktar tard kien se jsaħħaħ lill-aħwa. (Lq. 22:​31, 32) Min jaf kemm kien iħossu inkuraġġit Pietru meta kien jiftakar f’dak li qallu Ġesù! Meta jkollna nieħdu xi deċiżjoni importanti, Ġeħova jistaʼ juża lil xi anzjan biex jagħtina l-għajnuna li jkollna bżonn biex nibqgħu leali. (Efes. 4:​8, 11) Bħalma Ġeħova pprovda l-affarijiet li kellhom bżonn Pietru u l-appostli l-oħrajn, hu se jipprovdilna dak li jkollna bżonn meta npoġġu l-ministeru l-ewwel f’ħajjitna. w23.09 24-25 ¶14-15

It-Tnejn, 15 taʼ Diċembru

“Min iħenn għall-batut qed jislef lil Ġeħova, u Hu se jħallsu lura għal dak li għamel.”—Prov. 19:17.

Ġeħova jinnota kull ħaġa li nagħmlu għal oħrajn, anki jekk tkun xi ħaġa żgħira. U hu jqisha bħala sagrifiċċju prezzjuż u xi ħaġa li għamilna miegħu. Jekk kont taqdi bħala qaddej ministerjali jew anzjan, Ġeħova jiftakar ix-xogħol li għamilt fil-passat u li għamiltu mill-qalb. (1 Kor. 15:58) Hu jinnota wkoll l-imħabba li tkompli turi. Ġeħova jrid li l-imħabba tagħna għalih u għal ħutna tkompli tikber. Aħna nistgħu nħobbu iktar lil Ġeħova billi naqraw il-Bibbja, nimmeditaw fuqha, u nitolbuh b’mod regolari. Aħna nistgħu nħobbu iktar lil ħutna billi ngħinuhom. Hekk kif l-imħabba tagħna tkompli tikber, se nersqu eqreb taʼ Ġeħova u taʼ ħutna. U se ngawdu din il-ħbiberija għal dejjem! w23.07 10 ¶11; 11 ¶13; 13 ¶18

It-Tlieta, 16 taʼ Diċembru

“Kull wieħed iġorr it-tagħbija tiegħu.”—Gal. 6:5.

Kull Kristjan għandu jiddeċiedi għalih kif se jieħu ħsieb saħħtu. Meta jiġu biex jagħżlu trattament mediku, il-Kristjani għandhom jobdu l-liġijiet tal-Bibbja dwar id-demm u l-ispiritiżmu. (Atti 15:20; Gal. 5:​19, 20) Imma f’każijiet oħrajn huma jistgħu jagħżlu għalihom xi trattament mediku se jieħdu. Xi trattamenti għalina jistgħu jkunu tajbin jew ħżiena, imma rridu niftakru li l-aħwa għandhom dritt jagħżlu x’tip taʼ kura jieħdu. Għalhekk għandna nżommu l-punti li ġejjin f’moħħna: (1) Is-Saltna t’Alla biss se tneħħi l-mard kollu. (Is. 33:24) (2) Kristjan għandu jkun “konvint għalkollox” mid-deċiżjonijiet li jieħu dwar il-kura. (Rum. 14:5) (3) Aħna ma niġġudikawx lil oħrajn minħabba d-deċiżjonijiet li jieħdu u ma nagħmlu xejn li jistaʼ jfixkilhom. (Rum. 14:13) (4) Il-Kristjani juru l-imħabba u jifhmu li l-unità fil-kongregazzjoni hi iktar importanti mill-opinjonijiet tagħhom.—Rum. 14:​15, 19, 20. w23.07 24 ¶15

L-Erbgħa, 17 taʼ Diċembru

“Hu qaddis għal Ġeħova l-jiem kollha li jkun Nażirit.”—Num. 6:8.

Inti tħobbu ħafna lil Ġeħova? Żgur li iva! Anki fil-passat ħafna ħassewhom bħalek. (Salm 104:​33, 34) Huma għamlu s-sagrifiċċji biex jaqdu lil Ġeħova. Xi wħud minnhom kienu Iżraelin jgħidulhom Nażiriti, jew uħud dedikati għal xogħol speċjali. In-Nażiriti kienu Iżraelin li għamlu xi sagrifiċċji biex jaqdu lil Ġeħova b’mod speċjali. Il-Liġi taʼ Mosè qalet li raġel jew mara setgħet tagħmel wegħda speċjali biex tgħix bħala Nażirit għal xi żmien. (Num. 6:​1, 2) Meta xi ħadd isir Nażirit kellu jagħmel affarijiet li l-Iżraelin l-oħra ma kellhomx għalfejn jagħmlu. Mela xi Iżraelin għala għażlu li jsiru Nażiriti? Wisq probabbli għax kienu jħobbu ħafna lil Ġeħova u kienu japprezzaw l-affarijiet tajbin li tahom.—Dt. 6:5; 16:17. w24.02 14 ¶1-2

Il-Ħamis, 18 taʼ Diċembru

Ġeħova jħares il-qalb tajba bl-imħabba maʼ dawk li jħobbuh u li jħarsu l-kmandamenti tiegħu. —Dan. 9:4.

Il-Bibbja spiss titkellem dwar il-“lealtà,” jew “l-imħabba,” li Alla juri lejn il-ħbieb tiegħu. L-istess kelma tintuża wkoll biex tiddeskrivi l-imħabba li juru l-qaddejja t’Alla bejniethom. (2 Sam. 9:​6, 7) Maż-żmien, il-lealtà tagħna tistaʼ ssir iktar b’saħħitha. Ejja naraw kif il-lealtà taʼ Danjel saret iktar b’saħħitha. Matul ħajtu, Danjel għadda minn ħafna sitwazzjonijiet fejn kellu juri jekk hux se jibqaʼ leali lejn Ġeħova jew le. Imma xi ħaġa diffiċli ħafna ġrat meta hu kellu iktar minn 90 sena. L-uffiċjali tar-Re Darju kienu jobogħdu lil Danjel u ma kinux jirrispettaw lil Ġeħova. Għalhekk, ippjanaw biex joqtlu lil Danjel. Huma ġiegħlu lir-re jiffirma liġi li biha Danjel kien se juri ċar lejn min se jkun leali, jekk hux lejn Ġeħova jew lejn ir-re. Biex Danjel juri li hu leali lejn ir-re, kellu jieqaf jitlob lil Ġeħova għal 30 ġurnata. Imma Danjel għażel li jibqaʼ leali lejn Ġeħova.—Dan. 6:​12-15, 20-22. w23.08 5 ¶10-12

Il-Ġimgħa, 19 taʼ Diċembru

Komplu ħobbu lil xulxin.—1 Ġw. 4:7.

Ġeħova jridna nkomplu nħobbu lill-aħwa. Meta l-aħwa jweġġgħuna, m’għandniex naħsbu li għamlu hekk apposta. Aħna nafu li huma qed jipprovaw jobdu lil Ġeħova. (Prov. 12:18) Ġeħova jħobb lill-qaddejja leali tiegħu, minkejja l-iżbalji li jagħmlu. Hu ma jibqax irrabjat magħna meta niżbaljaw. (Salm 103:9) Kemm hu importanti li nimitaw lil Missierna tas-sema li jaħfer! (Efes. 4:32; 5:1) Tinsiex li iktar ma nersqu viċin it-tmiem iktar ħa jkollna bżonn nibqgħu qrib tal-aħwa. Aħna nistgħu nistennew li ħa tiżdied il-persekuzzjoni. Jistgħu jitfgħuna l-ħabs minħabba l-fidi tagħna. Jekk jiġri hekk, se jkollna bżonn l-aħwa iktar minn qatt qabel.—Prov. 17:17. w24.03 15-16 ¶6-7

Is-Sibt, 20 taʼ Diċembru

“Ġeħova jidderieġi l-passi tan-nies.”—Prov. 20:24.

Fil-Bibbja nsibu rakkonti taʼ żgħażagħ li resqu qrib Ġeħova, għamluh ferħan, u kellhom ħajja ferħana. David kien wieħed minnhom. Minn taʼ età żgħira għażel li jaqdi lil Alla, u iktar tard sar re leali. (1 Slat. 3:6; 9:​4, 5; 14:8) Meta tistudja dwar David, se jgħinek tibqaʼ leali meta tkun qed taqdi lil Ġeħova. Jew tistaʼ tistudja dwar eżempji oħrajn, bħal dawk taʼ Marku jew Timotju. Huma bdew jaqdu lil Ġeħova minn meta kienu żgħar u baqgħu leali lejh sal-aħħar. Ġeħova kien ferħan bid-deċiżjoni tagħhom. It-tip taʼ ħajja li qed tgħix issa se jeffettwa kif se tkun ħajtek fil-futur. Jekk tistrieħ fuq Ġeħova u mhux fuqek stess, hu se jgħinek biex tieħu deċiżjonijiet tajbin. B’hekk, se jkollok ħajja mill-isbaħ. Ftakar li Ġeħova japprezza dak li tagħmel għalih. Jekk tuża ħajtek biex taqdi lil Missierek tas-sema Ġeħova, tkun qed tagħmel l-aħjar ħaġa f’ħajtek. w23.09 13 ¶18-19

Il-Ħadd, 21 taʼ Diċembru

Komplu aħfru lil xulxin mill-qalb. —Kol. 3:13.

L-appostlu Pawlu kien jaf li l-aħwa kienu imperfetti. Pereżempju, xi wħud fil-kongregazzjoni f’Ġerusalemm beżgħu minnu għax m’emmnux li kien sar dixxiplu. (Atti 9:26) Iktar tard, xi aħwa tkellmu ħażin dwaru biex oħrajn ma jibqgħux jafdawh. (2 Kor. 10:10) Pawlu ra anzjan jieħu deċiżjoni ħażina li setgħet fixklet lill-aħwa. (Gal. 2:​11, 12) U wieħed mill-ħbieb taʼ Pawlu, Marku, iddiżappuntah ħafna. (Atti 15:​37, 38) Pawlu setaʼ uża dawn is-sitwazzjonijiet bħala skuża biex ma jqattax ħin mal-aħwa li weġġgħuh. Imma hu baqaʼ japprezza lill-aħwa u jaqdi lil Ġeħova b’mod leali. X’għenu jissaporti? Pawlu kien iħobb lill-aħwa. Dan għenu biex ma jiffokax fuq l-imperfezzjonijiet tagħhom imma fuq il-kwalitajiet tajbin li kellhom. L-imħabba għenitu wkoll jaħfer lil oħrajn, bħalma hu miktub fl-iskrittura tal-lum. w24.03 15 ¶4-5

It-Tnejn, 22 taʼ Diċembru

“Ilsir tal-Mulej m’għandux għalfejn jiġġieled, imma għandu jkun ġentili maʼ kulħadd.”—2 Tim. 2:24.

Hemm ħafna rakkonti fil-Bibbja li juru kemm hu importanti li tibqaʼ kalm. Wieħed minnhom hu taʼ Iżakk. Meta mar joqgħod Gerar, il-Filistin għalqu l-bjar li kienu għamlu l-qaddejja taʼ missieru. Imma minflok qagħad jiġġieled magħhom, qabad il-familja tiegħu, mar joqgħod xi mkien ieħor u għamel bjar ġodda. (Ġen. 26:​12-18) Imma l-Filistin qalu li l-ilma t’hemmhekk kien tagħhom ukoll. Minkejja dan, Iżakk xorta żamm il-paċi. (Ġen. 26:​19-25) X’għenu jibqaʼ kalm anki meta oħrajn provaw jirrabjawh? Hu żgur li tgħallem ħafna mill-ġenituri tiegħu, għax Abraham kien iżomm il-paċi u Sara kienet mara ‘kwieta u kalma.’—1 Pt. 3:​4-6; Ġen. 21:​22-34. w23.09 15 ¶4

It-Tlieta, 23 taʼ Diċembru

“Jien sawwartu, u jien inwettqu.”—Is. 46:11.

Ġeħova bi mħabba bagħat lil Ibnu fuq l-art biex jgħallem in-nies dwar is-Saltna u jmut biex isalvana mid-dnub u l-mewt. Imbagħad Ġeħova rxoxta lil Ġesù fis-sema biex isir ir-Re tas-Saltna t’Alla. Il-messaġġ tal-Bibbja hu li jitqaddes l-isem taʼ Ġeħova waqt li hu jwettaq l-iskop tiegħu permezz tas-Saltna li se tkun immexxija minn Ġesù Kristu. L-iskop taʼ Ġeħova ma jistax jinbidel. Hu wegħedna li dak kollu li qal se jiġri eżatt. (Is. 46:10; Ebr. 6:​17, 18) Maż-żmien, l-art se ssir ġenna u d-dixxendenti taʼ Adam u Eva, li se jkunu perfetti u leali, se ‘jgawdu l-ħajja għal dejjem.’ (Salm 22:26) Imma Ġeħova se jagħmel iktar minn hekk. L-iskop tiegħu hu li l-qaddejja leali tiegħu fis-sema u fuq l-art jaqduh flimkien. Imbagħad kulħadd se jobdi u jaċċetta lil Ġeħova bħala l-Mexxej. (Efes. 1:​8-11) Mhix xi ħaġa tal-għaġeb meta taħseb kif Ġeħova se jwettaq l-iskop tiegħu? w23.10 20 ¶7-8

L-Erbgħa, 24 taʼ Diċembru

“‘Agħmlu l-ħila,’ hija l-kelma taʼ Ġeħova, ‘għax jien magħkom.’”—Ħag. 2:4.

Ftit wara li l-Iżraelin li telqu minn Babilonja waslu Ġerusalemm, huma sabuha diffiċli biex ilaħħqu mal-ħajja u jieħdu ħsieb il-familja tagħhom. Kien hemm ukoll il-problemi fl-Imperu Persjan, u kellhom l-oppożizzjoni min-nies taʼ madwarhom. Allura ħafna sabuha diffiċli biex jiffokaw fuq li jerġgħu jibnu t-tempju taʼ Ġeħova. Għalhekk, Ġeħova bagħat żewġ profeti, lil Ħaggaj u Żakkarija, biex jgħinu lin-nies jerġaʼ jkollhom l-entużjażmu għax-xogħol taʼ Ġeħova, u dan kien t’għajnuna. (Ħag. 1:1; Żak. 1:1) Imma madwar 50 sena wara, l-Iżraelin reġaʼ kellhom bżonn l-inkuraġġiment. Esdra, li kien jikkopja l-Iskrittura, mar minn Babilonja għal Ġerusalemm biex jinkuraġġixxi lin-nies t’Alla ħalli jpoġġu lil Ġeħova l-ewwel f’ħajjithom. (Esd. 7:​1, 6) Il-profeziji taʼ Ħaggaj u Żakkarija għenu lin-nies t’Alla fil-passat biex ikomplu jafdaw f’Ġeħova meta kellhom l-oppożizzjoni. Dawn jistgħu jgħinu lilna wkoll inkunu ċerti li Ġeħova se jgħinna jkunu xi jkunu l-problemi li niffaċċjaw f’ħajjitna.—Prov. 22:19. w23.11 14-15 ¶2-3

Il-Ħamis, 25 taʼ Diċembru

“Uru l-imħabba, għax l-imħabba tgħaqqad lin-nies kollha flimkien.”—Kol. 3:14.

Aħna kif nuru li nħobbu lil ħutna? Mod wieħed kif nagħmlu dan hu billi ninkuraġġuhom. Dan nistgħu nagħmluh billi nħossu għal xulxin. (1 Tess. 4:18) Kif nistgħu nżommu l-imħabba taʼ bejnietna b’saħħitha? Dan nagħmluh billi naħfru l-iżbalji taʼ ħutna, anki meta jkun diffiċli. Illum għala hu importanti iktar minn qabel li nibqgħu nuru mħabba lejn xulxin? Innota r-raġuni li tana l-appostlu Pietru: “Qorob it-tmiem taʼ kollox. Għalhekk, . . . ħa jkollkom imħabba profonda lejn xulxin.” (1 Pt. 4:​7, 8) Hekk kif it-tmiem taʼ din is-sistema qiegħed joqrob, x’għandna nistennew? Meta Ġesù tkellem dwar id-dixxipli tiegħu, hu qal: “Il-popli kollha se jobogħdukom minħabba ismi.” (Mt. 24:9) Biex jirnexxilna nissaportu, hemm bżonn li nibqgħu magħqudin. Jekk aħna nħobbu lil ħutna, Satana mhux ħa jirnexxilu jifridna, għax l-imħabba żżommna magħqudin flimkien.—Flp. 2:​1, 2. w23.11 13 ¶18-19

Il-Ġimgħa, 26 taʼ Diċembru

“Aħna naħdmu m’Alla.”—1 Kor. 3:9.

Il-verità li nsibu fil-Bibbja għandha ħafna saħħa. Meta ngħallmu lin-nies dwar Ġeħova, naraw xi ħaġa vera sabiħa tiġri. In-nies jibdew jaraw il-gideb taʼ Satana, u b’hekk jibdew jaraw il-kwalitajiet sbieħ taʼ Ġeħova. Huma jibqgħu mistagħġbin b’kemm għandu qawwa. (Is. 40:26) Jitgħallmu jafdawh għax hu ġust. (Dt. 32:4) U jitgħallmu ħafna mill-għerf kbir tiegħu. (Is. 55:9; Rum. 11:33) U huma jħossuhom tajjeb meta jitgħallmu dwar kemm Ġeħova juri mħabba. (1 Ġw. 4:8) Hekk kif isiru ħbieb tiegħu, huma jsiru ċerti li jistgħu jgħixu għal dejjem bħala t-tfal tiegħu. Xi privileġġ għandna li nistgħu ngħinu lin-nies isiru ħbieb taʼ Ġeħova! Meta nagħmlu hekk, Ġeħova jqisna bħala ‘ħaddiema sħabu.’—1 Kor. 3:5. w24.02 12 ¶15

Is-Sibt, 27 taʼ Diċembru

“Ikun aħjar li ma twiegħed xejn milli twiegħed u ma żżommx kelmtek.”—Ekk. 5:5.

Jekk qed tistudja l-Bibbja jew għandek il-ġenituri Xhieda taʼ Ġeħova, ġieli taħseb biex titgħammed? Jekk iva, din hi mira sabiħa ħafna! Imma qabel, trid tiddedika lilek innifsek lil Ġeħova. Kif tiddedika lilek innifsek lil Ġeħova? Billi f’talba twiegħdu li se taqdi lilu biss u li l-iżjed ħaġa importanti għalik hi li tagħmel dak li jixtieq hu. B’hekk tkun qed twiegħed lil Ġeħova li se taqdih “b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, b’moħħok kollu, u b’saħħtek kollha.” (Mk. 12:30) Id-dedikazzjoni hi xi ħaġa bejnek u bejn Ġeħova. Imma bil-magħmudija tkun qed turi lill-oħrajn li ddedikajt ħajtek lil Ġeħova. Din hi wegħda importanti ħafna. Ġeħova jistenna li żżommha u int għandek tkun determinat li żżomm il-wegħda tiegħek.—Ekk. 5:4. w24.03 2 ¶2; 4 ¶5

Il-Ħadd, 28 taʼ Diċembru

“Kull wieħed minnkom għandu jħobb lill-mara tiegħu bħalu nnifsu; mill-banda l-oħra, il-mara għandu jkollha rispett kbir għar-raġel tagħha.”—Efes. 5:33.

Iż-żwiġijiet kollha jkollhom il-problemi. Il-Bibbja tgħid li l-miżżewġin ikollhom “tribulazzjoni f’laħamhom.” (1 Kor. 7:28) Għala? Għax ir-raġel u l-mara huma t-tnejn imperfetti, u għandhom kwalitajiet u gosti differenti. Il-miżżewġin jistgħu jkunu ġejjin minn kulturi u backgrounds differenti. U maż-żmien, forsi jibdew juru kwalitajiet li qabel ma żżewġu ma kinux juruhom. Dawn l-affarijiet jistgħu jġibu l-problemi. Minflok ma jammettu li t-tnejn li huma jiżbaljaw u jaħdmu flimkien biex isolvu l-problema, huma jistgħu jwaħħlu f’xulxin. Forsi anki jibdew jaħsbu li jekk jisseparaw jew jiddivorzjaw se jkunu aħjar. Imma dan se jsolvi l-problema? Le. Ġeħova jrid li raġel u mara miżżewġin jibqgħu flimkien anki jekk ikun diffiċli. w24.03 16 ¶8; 17 ¶11

It-Tnejn, 29 taʼ Diċembru

“Din it-tama mhux se tiddiżappuntana.”—Rum. 5:5.

Wara li tgħammidt, sirt taf aħjar lil Ġeħova u sirt tħobbu iktar, u b’hekk sirt iktar ċert dwar it-tama taʼ ħajja taʼ dejjem f’ġenna tal-art. (Ebr. 5:​13, 14; 6:1) Wisq probabbli għaddejt minn dak li jgħid Rumani 5:​2-4. Jaf għaddejt minn xi problemi, imma ssaportejt u Ġeħova wriek li qed jieħu pjaċir bik. Minħabba li taf li jħobbok u hu ferħan bik, tħossok iktar ċert li hu se jżomm il-wegħdi tiegħu. Issa tapprezza iktar it-tama li għandek għax din saret iktar b’saħħitha. Din taffettwa iżjed lil ħajtek, pereżempju l-mod kif tittratta mal-familja, il-mod kif tieħu d-deċiżjonijiet, u anka kif tuża l-ħin tiegħek. L-appostlu Pawlu jgħid xi ħaġa importanti oħra dwar it-tama li għandek meta tkun taf li Ġeħova hu ferħan bik. Hu jaċċertana li t-tama se ssir realtà.—Rum. 15:13. w23.12 12-13 ¶16-19

It-Tlieta, 30 taʼ Diċembru

Ġeħova l-wieħed li jagħmlek stabbli.—Is. 33:​6, nwt.

Meta jkollna xi problema kbira jistaʼ jkun insibuha diffiċli biex naħsbu u nħossuna bħas-soltu. Forsi nħossuna bħal vapur li fil-maltemp jiġi mitfugħ ’l hemm u ’l hawn. Ġeħova kif jgħinek meta tibda tħoss ħafna emozzjonijiet f’daqqa? Hu jwegħedna li meta nkunu għaddejjin minn żmien taʼ inkwiet ‘il-fedeltà li juri fi żminijietna se tkun rikkezzi taʼ salvazzjoni,’ fi kliem ieħor ħa jagħmilna stabbli. Pereżempju meta vapur jinqabad f’maltempata jaf jibda jiċċaqlaq ħafna minn naħa għall-oħra. Xi vapuri għandhom sistema (fins) li waqt il-maltemp tgħinhom iżommu dritt. Din twaqqaf iċ-ċaqliq tal-vapur u b’hekk il-passiġġieri jkunu iktar safe u komdi. Din is-sistema taħdem l-aħjar meta l-vapur ikun miexi ’l quddiem. Bl-istess mod, Ġeħova ħa jgħinna nibqgħu stabbli meta nibqgħu naqduh anke meta jkollna żmien diffiċli. w24.01 22 ¶7-8

L-Erbgħa, 31 taʼ Diċembru

“Alla tiegħi, jien nafda fik u mhux se nibżaʼ.”—Salm 56:4.

Meta tkun qed tibżaʼ, staqsi lilek innifsek, ‘Ġeħova x’diġà għamel?’ Aħseb dwar il-ħolqien. Pereżempju, ‘innota sew’ kif Ġeħova jieħu ħsieb l-għasafar u l-fjuri, avolja ma ħalaqhomx bi kwalitajiet bħal tiegħu u ma jistgħux jaqduh. Mela kemm iktar se jieħu ħsieb lilek. Jekk taħseb sew fuq affarijiet bħal dawn, se tkun tistaʼ tafdah iktar. (Mt. 6:​25-32) Aħseb ukoll dwar x’għamel Ġeħova għall-qaddejja tiegħu. Tistaʼ tistudja dwar xi ħadd fil-Bibbja li wera ħafna fidi jew taqra esperjenza taʼ xi ħadd li jaqdi lil Ġeħova. Aħseb ukoll dwar kif Ġeħova diġà ħa ħsiebek. Kif għenek issir tafu? (Ġw. 6:44) Kif wieġeb it-talb tiegħek? (1 Ġw. 5:14) Is-sagrifiċċju taʼ Ġesù x’inhu jagħmel possibbli għalik kuljum?—Efes. 1:7; Ebr. 4:​14-16. w24.01 4 ¶6; 7 ¶17

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja