Kif Tuża Dan il-Ktieb Żgħir
F’dan il-ktieb żgħir, se ssib skrittura għal kull ġurnata u kummenti fuq dak il-vers. Tistaʼ taqra l-vers u l-kumment fi x’ħin trid matul il-ġurnata. Imma ħafna sabu li jgħinhom meta jaqrawhom filgħodu. Għala? Għax matul il-ġurnata jkunu jistgħu jaħsbu dwar dak li jkunu qraw. Ikun tajjeb li tiddiskutu l-vers u l-kumment bħala familja. Il-familji taʼ Betel madwar id-dinja jagħmlu dan l-ewwel ħaġa filgħodu.
Il-kummenti meħudin mill-ħarġiet tat-Torri tal-Għassa (w) t’April 2023 sa Marzu 2024. L-ewwel numru hu d-data tal-ħarġa tat-Torri tal-Għassa, imbagħad issib il-paġna/i u fl-aħħar in-numru tal-paragrafu/i minn fejn ġie l-materjal. (Ara l-eżempju t’hawn taħt.) Tistaʼ ssib iktar informazzjoni dwar is-suġġett fl-artiklu stess.