LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w90 11/15 pp. 12-16
  • Naħdmu Lejalment maʼ Jehovah

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Naħdmu Lejalment maʼ Jehovah
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Għal Min Qed Naħdmu?
  • Dawk li Jopponu Qed Jaħdmu
  • Xogħlijiet li ma Jippremjawx
  • Nagħmlu “Xogħlijiet Tajbin” Illum
  • Ix-​Xogħol tal-​Akbar Valur
  • Naħdmu mal-​Kongregazzjoni
  • Li naħdmu flimkien m’Alla jġib il-ferħ
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
  • Agħmel ix-xogħol bil-ferħ
    Kif tibqa’ fl-imħabba t’Alla
  • Gawdi Affarijiet Tajbin għax-Xogħol Iebes Tiegħek
    “Żommu Ruħkom fl-Imħabba t’Alla”
  • “Morru u agħmlu dixxipli min-nies tal-ġnus kollha”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
w90 11/15 pp. 12-16

Naħdmu Lejalment maʼ Jehovah

“O Alla, int għallimtni sa minn żogħżiti, u s’issa nibqaʼ ngħid dwar ix-​xogħlijiet tal-​għaġeb tiegħek.”—SALM 71:17.

1. Għala nistgħu ngħidu li x-​xogħol hu rigal mingħand Jehovah?

IX-​XOGĦOL hu wieħed mill-​għotjiet t’Alla lill-​bniedem. Lill-​ġenituri oriġinali tagħna, Adam u Eva, Jehovah qalilhom: “Imlew l-​art u rażżnuha.” Dik kienet kariga taʼ xogħol taʼ sfida imma waħda ġewwa l-​limiti tal-​kapaċitajiet tagħhom. L-​isforz fiżiku u mentali meħtieġ kien se jżid il-​ferħ fil-​għixien tagħhom, bil-​wisq ’il bogħod minn kwalunkwe ħaġa li kienu jġarrbu l-​annimali li kienu jgħixu magħhom fid-​dar tal-​art tagħhom.—Ġenesi 1:28.

2, 3. (a) X’sar ix-​xogħol għal ħafna llum, u għala? (b) Liema opportunità biex nagħmlu xogħol speċjali għandna bżonn nikkunsidraw?

2 Saħansitra fl-​istat imperfett tagħna, “xogħol iebes” li jirriżulta fit-​“tajjeb” huwa “l-​għotja t’Alla,” kif kiteb ir-​raġel għaref Salamun. (Ekkleżjasti 3:13) Il-​bniedem għad għandu bżonn jokkupa l-​fakultajiet taʼ moħħu u taʼ ġismu. Li tkun bla xogħol jikkaġuna dippressjoni. Madankollu, mhux ix-​xogħol kollu hu bnin u taʼ siwi. Għal ħafna, ix-​xogħol hu monotonu, u jsir sforz il-​bżonn li jaqilgħu għixien b’diffikultà kbira.

3 Hemm, madankollu, xogħol verament premjanti li kulħadd huwa mistieden biex jieħu sehem fih. Imma hemm ħafna min jopponi u ħafna problemi x’jintrebħu għal dawk li jieħdu sehem fih. Għala huwa importanti li nikkwalifikaw għal dan ix-​xogħol? Kif nagħmluh dan? Qabel ma nwieġbu dawn il-​mistoqsijiet, ejjew l-​ewwel nikkunsidraw:

Għal Min Qed Naħdmu?

4. Liema xorta taʼ xogħol ġab ferħ u sodisfazzjon għal Ġesù?

4 Ġesù Kristu qal: “L-​ikel tiegħi hu għalija li nagħmel ir-​rieda taʼ dak li bagħatni u li ntemm ix-​xogħol tiegħu.” (Ġwann 4:34) Li bil-​lejaltà jaħdem għal Jehovah ġab lil Ġesù ħafna ferħ u sodisfazzjon. Tah skop fil-​ħajja, u fit-​tmiem tal-​ministeru tiegħu taʼ tliet snin u nofs, hu setaʼ jgħid bl-​onestà kollha lil Missieru tas-​sema: “Jien igglorifikajtek fuq l-​art, billi temmejt ix-​xogħol li tajtni biex nagħmel.” (Ġwann 17:4) Bħalma l-​ikel fiżiku jsostnik, hekk ukoll jagħmel ix-​xogħol b’dimensjoni spiritwali. Ġesù enfasizza dan f’okkażjoni oħra meta wissa: “Aħdmu mhux għall-​ikel li jgħib, imma għall-​ikel ii jibqaʼ għall-​ħajja taʼ dejjem.” (Ġwann 6:27) F’kuntrast, xogħol li spiritwalment mhux produttiv iwassal għal frustrazzjoni u mewt.

5. Min oppona x-​xogħol tajjeb li għamel Ġesù, u għala?

5 “Missieri baqaʼ jaħdem sa issa, u jien nibqaʼ naħdem.” Ġesù indirizza din ir-​rimarka lil-​Lhud li kienu qed jikkritikawh għaliex f’jum is-​Sibt hu fejjaq raġel li kien ilu marid għal 38 sena. (Ġwann 5:16-17) Għalkemm Ġesù kien qed jagħmel ix-​xogħol taʼ Jehovah, opponenti reliġjużi rrifjutaw li jirrikonoxxu dak il-​fatt u għamlu kulma setgħu biex iwaqqfuh. Għala? Għaliex kienu minn missierhom, Satana x-​Xitan, dak il-​wieħed li minn dejjem oppona x-​xogħol taʼJehovah. (Ġwann 8:44) Ladarba Satana jistaʼ ‘jittrasforma ruħu f’anġlu taʼ dawl,’ billi juża “kull qerq taʼ mingħajr tjieba,” għandna bżonn dehen spiritwali u ħsibijiet ċari biex nagħrfu x-​xogħlijiet tiegħu għal dak li huma. Inkella, nistgħu nsibu lilna nfusna qed naħdmu f’oppożizzjoni lejn Jehovah.—2 Korintin 11:14; 2 Tessalonkin 2:9, 10.

Dawk li Jopponu Qed Jaħdmu

6. L-​apostati għala huma “ħaddiema qarrieqa”? Agħti eżempju.

6 Xi wħud, bħal ċerti apostati llum, qed jaħdmu b’nuqqas taʼ lejaltà bħala aġenti taʼ Satana biex iherru l-​fidi taʼ membri li għadhom kif bdew jissieħbu mal-​kongregazzjoni Kristjana. (2 Korintin 11:13) Minflok ma sempliċement jużaw il-​Bibbja bħala l-​bażi għat-​tagħlim veru, huma jikkonċentraw fuq li jippruvaw ibaxxu lin-​New World Translation of the Holy Scriptures, bħal li kieku x-​Xhieda taʼ Jehovah kienu jiddependu totalment minnha għall-​appoġġ. Imma dan mhux minnu. Għall-​parti l-​kbira minn seklu, ix-​Xhieda wżaw primarjament il-​King James Version, id-​Douay Version Kattolika Rumana, jew kwalunkwe verżjonijiet li kienu disponibbli fil-​lingwa tagħhom, biex jitgħallmu l-​verità dwar Jehovah u dwar il-​għanijiet tiegħu. U huma wżaw dawn il-​verżjonijiet iktar antiki f’li jipproklamaw il-​verità dwar il-​qagħda tal-​mejtin, ir-​relazzjoni bejn Alla u Ibnu, u għala biss merħla ċkejkna tmur is-​sema. Persuni informati huma konxji wkoll li x-​Xhieda taʼ Jehovah ikomplu jużaw ħafna traduzzjonijiet tal-​Bibbja fix-​xogħol tagħhom taʼ evanġelizzar mad-​dinja kollha. Mill-​1961 ’il hawn, madankollu, huma gawdew, flimkien maʼ dawn, l-​użu tan-​New World Translation, bit-​traduzzjoni aġġornata u preċiża tagħha u b’qari faċli u mill-​aħjar.

7. (a) Ġesù għala jiċħad lil ħafna li jgħidu li jemmnu fih? (b) Għala huwa importanti li nagħtu kas il-​parir fl-​1 Ġwann 4:1?

7 Ġesù qal li kien se jiċħad lil ħafna li jgħidu li jemmnu fih. Hu rrikonoxxa li dawn jistgħu jipprofetizzaw, ikeċċu x-​xjaten, u ‘jagħmlu ħafna xogħlijiet taʼ qawwa’ f’ismu. Xorta waħda, hu jidentifika lil dawn bħala xogħlijiet “taʼ bla liġi.” (Mattew 7:2l-23) Għala? Għax mhux qed jagħmlu r-​rieda taʼ Missieru tas-​sema u huma bla siwi f’għajnejn Alla Jehovah. Xogħlijiet mhux tas-​soltu, li saħansitra jistgħu jidhru li huma mirakolużi, illum jistgħu xorta waħda joriġinaw mill-​qarrieq il-​kbir, Satana. L-​appostlu Ġwanni, li kiteb l-​ewwel ittra ġenerali tiegħu ’l fuq minn 60 sena wara l-​mewt u l-​irxoxt taʼ Ġesù, wissa li l-​Kristjani għandhom ‘ma jemmnux kull espressjoni mnebbħa, imma jittestjawhom l-​espressjonijiet imnebbħin biex jaraw jekk joriġinawx minn Alla.’ Aħna għandna bżonn nagħmlu l-​istess.—1 Ġwann 4:1.

Xogħlijiet li ma Jippremjawx

8. Kif għandna nħossuna dwar ix-​xogħlijiet tal-​laħam?

8 Saħansitra jekk m’aħniex nieħdu sehem f’xogħol li jfixkel spiritwalment, il-​ħidma tagħna tkun bla siwi jekk tkun qed taqdi lix-​xewqat tal-​laħam imwaqqaʼ. L-​appostlu Pietru qal li qattajna biżżejjed żmien inwettqu “ir-​rieda tal-​ġnus . . . f’egħmejjel taʼ kondotta laxka, xenqiet, eċċessi fl-​inbid, xalar żejjed, logħob bix-​xorb, u idolatriji illegali.” (1 Pietru 4:3, 4) Dan ma jfissirx, naturalment, li dawk kollha li issa huma Kristjani ddedikati ħadu sehem f’attivitajiet bħal dawn, imma żgur ifisser li l-​attitudni taʼ dawk li kienu jagħmlu hekk suppost li tbiddlet bil-​ħeffa hekk kif żviluppat il-​vista spiritwali tagħhom. Id-​dinja se titkellem b’abbuż dwarhom minħabba l-​konverżjoni tagħhom; dan nistennewh. Madankollu, huma jridu jitbiddlu jekk iridu jsiru ħaddiema lejali fis-​servizz taʼ Jehovah.—1 Korintin 6:9-11.

9. X’nitgħallmu mill-​esperjenza taʼ Xhud li bdiet titħarreġ bħala kantanta tal-​opri?

9 Jehovah tana ħafna rigali biex ingawduhom, fosthom il-​mużika. Madankollu, ladarba “d-​dinja kollha qiegħda taħt il-​qawwa tal-​wieħed mill-​agħar,” Satana x-​Xitan, ma jinkludix dan ukoll lid-​dinja tal-​mużika? (1 Ġwann 5:19) Iva, il-​mużika tistaʼ tkun nassa sottili, kif skopriet Sylvana. Hi kellha l-​opportunità li titħarreġ fi Franza bħala kantanta tal-​opra. “Jien xorta kien għad għandi xewqa qawwija biex naqdi lil Jehovah,” tispjega hi. “Kont qed ingawdi s-​servizz taʼ pijuniera awżiljarja u kont qed nittama li nlaħħaq maʼ dawn iż-​żewġ affarijiet f’ħajti. Imma l-​ewwel problema li kelli niffaċċja f’li nsegwi l-​karriera tiegħi kienet l-​immoralità. Fil-​bidu, sħabi kienu jqisuni bħala baħnana meta ma kontx inkompli magħhom fil-​kliem u fl-​eżempju immorali tagħhom. Iktar tard, l-​ambjent korrott beda jnaqqas is-​sensittività tiegħi, billi sirt tolleranti għal affarijiet li Jehovah jobgħod. Wieħed mill-​għalliema tiegħi kien kontinwament iħeġġiġni biex nagħmel reliġjon mill-​kant tiegħi, u kont imgħallma biex inkun aggressiva fuq il-​palk u biex naħseb li kont superjuri fuq kulħadd. Dan kollu beda jġegħilni nħossni skomda ħafna. Maż-​żmien, kelli nipprepara għal sessjoni taʼ prova speċjali. Jien tlabt lil Jehovah biex jagħmilhieli ċara liema triq għandi naqbad. Għalkemm kont inkanta tajjeb u ħassejtni kunfidenti, ma kontx fost dawk li ntgħażlu. Wara sirt naf il-​għala—ir-​riżultati kienu ġew iddeterminati minn qabel bil-​moħbi ħafna qabel sar il-​konkors. Imma jien ħadt tweġiba ċara għat-​talb tiegħi u ddeċidejt li nitlaq il-​palk tal-​opra biex ingħallem il-​kant id-​dar.” Dik l-​oħt iktar tard iżżewġet anzjan f’kongregazzjoni Kristjana, fejn it-​tnejn issa jaqdu bil-​lejaltà biex javvanzaw l-​interessi tas-​Saltna.

10. X’tikkonkludi mill-​kliem taʼ Ġesù fi Ġwann 3:19-21?

10 Ġesù qal: “Dak li jipprattika l-​affarijiet vili jobgħod id-​dawl u ma jiġix għad-​dawl, sabiex ix-​xogħlijiet tiegħu jistgħu ma jiġux imċanfrin.” Mill-​banda l-​oħra, “dak li jagħmel dak li hu veru jiġi għad-​dawl, sabiex ix-​xogħlijiet tiegħu jistgħu jingħamlu jidhru bħala li ġew maħduma fi qbil maʼ Alla.” (Ġwann 3:19-21) X’barka li tkun qed taħdem fi qbil mar-​rieda u l-​iskop taʼJehovah! Imma biex nagħmlu dan b’suċċess, irridu dejjem inħallu x-​xogħlijiet tagħna jiġu eżaminati bir-​reqqa fid-​dawl tal-​Kelma t’Alla. Qatt m’aħna xjuħ wisq jew qatt m’hu tard wisq biex inbiddlu l-​mod taʼ ħajja tagħna u biex naċċettaw l-​istedina ħa nidħlu fis-​servizz taʼ siwi taʼ Jehovah.

Nagħmlu “Xogħlijiet Tajbin” Illum

11. Ħafna nies xi jsegwu bħala “xogħlijiet tajbin,” u dawn għala jistgħu jwasslu għal frustrazzjoni?

11 Xogħol li huwa taʼ siwi llum irid jirrifletti l-​urġenza taʼ żmienna. Ħafna nies sinċieri jaqblu u jżommu lilhom infushom attivi ħafna f’xogħlijiet li taʼ spiss jiġu deskritti bħala “xogħlijiet tajbin,” imwettqin għall-​benefiċċju tal-​umanità inġenerali jew għal xi kawża speċifika. Madankollu, kemm jistaʼ jkun taʼ frustrazzjoni dan it-​tip taʼ xogħol! Fil-​Britannja, CAFOD (Catholic Fund for Overseas Development), waqt li rrapporta dwar il-​kampanja tiegħu għas-​serħan tal-​ġuħ, qal: “Tliet snin ilu . . . miljuni taʼ liri nġabru għas-​serħan tal-​ġuħ. Eluf taʼ ħajjiet ġew salvati. Issa dawk il-​ħajjiet huma mill-​ġdid fil-​periklu . . . Imma għala? X’mar ħażin?” Billi kompla r-​rakkont tiegħu is-​CAFOD Journal jispjega li problemi fit-​tul qatt ma ġew solvuti u li “riżorsi meħtieġa disperatament għall-​iżvilupp uman ġew użati biex jippompjaw il-​konflitt [gwerra ċivili].” Bla dubju, int smajt sentimenti bħal dawn midwijin minn karitajiet okkupati f’xogħol simili.

12. X’inhi l-​unika tweġiba għall-​problemi li qed jiffaċċjaw lid-​dinja llum?

12 Il-​ġuħ huwa problema urġenti. Madankollu, min qed jidentifika t-​traġedji tal-​lum tal-​ġuħ u l-​gwerra bħala li qed iwettqu l-​profezija taʼ Ġesù Kristu, waqt li jipponta lejn it-​tmiem tas-​sistema preżenti taʼ affarijiet? (Mattew 24:3, 7) Min ippubblika evidenza li tgħaqqad dawn il-​ġrajjiet mar-​rikba tal-​erbaʼ rikkieba taż-​żwiemel mogħtija stampa vivaċi fil-​ktieb Bibliku taʼ Rivelazzjoni, kapitlu 6? B’mod konsistenti, ix-​Xhieda taʼ Jehovah bil-​lejaltà għamlu dan f’dan il-​ġurnal. Għala? Biex juru li huwa lil hinn mill-​qabda tal-​bniedem li jfassal xi rimedju dejjiemi. Dan ma jfissirx li l-​Kristjani huma indifferenti għall-​problemi tad-​dinja. ’Il bogħod minn dan. Huma jagħdru u se jagħmlu kulma jistgħu biex itaffu s-​sofferenzi. Imma, b’mod realistiku huma jiffaċċjaw il-​fatt li mingħajr intervent divin, il-​problemi dinjin qatt m’huma se jiġu solvuti. Bħall-​fqar, dawn il-​problemi se jibqgħu dment li Satana se jitħalla li jibqaʼ bħala l-​ħakkiem taʼ did-dinja.—Mark 14:7; Ġwann 12:31.

Ix-​Xogħol tal-​Akbar Valur

13. X’inhu l-​iktar xogħol urġenti llum, u min qed jagħmlu?

13 L-​iktar bżonn urġenti llum hu li tippriedka l-​aħbar tajba li s-​Saltna t’Alla Jehovah dalwaqt se tieħu post il-​gvernijiet dinjin kollha u ġġib is-​serħan li għalih jixxennqu persuni li għandhom il-​biżaʼ t’Alla. (Danjel 2:44; Mattew 24:14) Ġesù Kristu għamel l-​ippridkar tas-​Saltna tas-​sema l-​iskop ewlieni tiegħu fil-​ħajja, għalkemm l-​ippridkar tiegħu kien limitat għall-​art tal-​Palestina. Illum, dan l-​ippridkar infirex mad-​dinja kollha, l-​istess bħalma qal Ġesù li se jiġri. (Ġwann 14:12; Atti 1:8) Li jkollok sehem, saħansitra wieħed żgħir, fix-​xogħol t’Alla, hu privileġġ li m’hawnx bħalu. Irġiel u nisa, xjuħ u żgħażagħ l-​istess, li kien hemm żmien li lanqas biss kienu joħolmu li għad ikunu predikaturi tal-​aħbar tajba qegħdin minn taʼ quddiem fix-​xogħol taʼ evanġelizzar li qed jitwettaq mix-​Xhieda taʼ Jehovah illum. Bħal Noè u l-​familja tiegħu, huma bil-​lejaltà qed jagħmlu x-​xogħol t’Alla b’ħatra Mingħandu, u għalhekk bis-​saħħa Tiegħu, bħala preludju għat-​tmiem taʼ din is-​sistema taʼ affarijiet.—Filippin 4:13; Ebrej 11:7.

14. L-​ippridkar kif isalva l-​ħajja u fl-​istess ħin jissalvagwardjana?

14 Ix-​xogħol taʼ għoti taʼ xiehda mix-​Xhieda taʼ Jehovah matul dawn l-​aħħar jiem huwa taʼ salvazzjoni taʼ ħajja għal dawk li jisimgħu u jaġixxu fuq l-​aħbar tajba li jisimgħu. (Rumani l0:1l-15) Huwa wkoll taʼ ħarsien għal dawk li jippridkaw. Billi nkunu sinċerament interessati f’li ngħinu n-​nies li għandhom problemi akbar minn tagħna, inqas hemm ċans li aħna nsiru kkonċernati żżejjed dwar il-​problemi li jistaʼ jkollna. Aħna nirrealizzaw li din id-​dinja taʼ livelli li qed jispiċċaw tridna nikkonformaw mal-​modi tagħha. Mela li nimlew l-​imħuħ bil-​ħsibijiet t’Alla matul l-​ippridkar tagħna jagħmel iżjed għalina minbarra li jsaħħilna l-​fidi; huwa fl-​aħjar interessi tagħna. Kif qal wieħed Xhud: “Jekk ma nippruvax inbiddel lin-​nies li niltaqaʼ magħhom, huma jistgħu jbiddlu lili!”—Qabbel 2 Pietru 2:7-9.

Naħdmu mal-​Kongregazzjoni

15. X’responsabbiltajiet jaqgħu fuq sottoragħajja llum, u kif għandhom iħossuhom il-​membri rġiel tal-​kongregazzjoni fi qbil maʼ 1 Timotew 3:1?

15 Meta wħud ġodda jiġu fil-​kongregazzjoni, huma jiġu taħt il-​ħarsien tar-​Ragħaj il-​kbir, Alla Jehovah, u r-​Ragħaj mill-​Aħjar tiegħu, Ġesù Kristu. (Salm 23:1; Ġwann l0:11) Dawn ir-​Ragħajja tas-​sema huma rrappreżentati hawn fuq l-​art minn sottoragħajja lejali tal-​merħla, irġiel maħtura minn ġol-​kongregazzjonijiet. (1 Pietru 5:2, 3) Li żżomm din il-​kariga huwa privileġġ imprezzabbli f’dawn l-​aħħar jiem. Ix-​xogħol taʼ ragħaj hu wieħed tqil, li jinkludi mhux biss li tkun minn taʼ quddiem fit-​tagħlim fil-​kongregazzjoni u fl-​evanġelizzar imma wkoll f’li tipproteġi l-​merħla minn ilpup spiritwali u mill-​buffuri tal-​atmosfera tempestuża tad-​dinja li ngħixu fiha. M’hemmx xogħol iktar taʼ siwi li għalih jistgħu jistinkaw il-​membri rġiel tal-​kongregazzjoni minn dak li tgħin f’li tieħu ħsieb il-​ħarsien spiritwali tal-​membri tal-​kongregazzjoni Kristjana li qed tikber.—1 Timotew 3:1; qabbel Isaija 32:1, 2.

16. B’liema modi ragħajja Kristjani jibbilanċjaw wieħed lill-​ieħor?

16 M’għandna qatt ninsew, madankollu, li dawn ir-​ragħajja huma umani, b’personalitajiet u nuqqasijiet differenti bħall-​bqija tal-​merħla. Fil-​waqt li wieħed jistaʼ jibbrilla f’ċertu aspett taʼ indokrar, id-​doni taʼ ieħor se jibbenefikaw lill-​kongregazzjoni minn angolu differenti. Ix-​xogħlijiet tagħhom bħala anzjani Kristjani jibbilanċjaw wieħed lill-​ieħor biex isaħħu l-​kongregazzjoni. (1 Korintin 12:4, 5) Qatt m’għandu jidħol fosthom spirtu taʼ kompetizzjoni. Flimkien jaħdmu biex jissalvagwardjaw u javvanzaw l-​interessi tas-​Saltna, billi ‘jgħollu jdejn lejali’ f’talb lil Jehovah, waqt li jfittxu l-​barka u l-​gwida tiegħu fuq id-​diskussjonijiet u d-​deċiżjonijiet kollha tagħhom.—1 Timotew 2:8.

17. (a) X’obbligu għandna? (b) Liema affarijiet irridu nevitaw biex inwettqu l-​obbligu tagħna kif jixraq?

17 Ix-​xogħol tal-​ippridkar issa qed ikompli jżid fl-​urġenza tiegħu hekk kif it-​tmiem tal-​imperu taʼ Satana joqrob sew. Billi għandna l-​verità tal-​Kelma t’Alla Jehovah, bħala x-​Xhieda tiegħu, aħna għandna l-​obbligu li nxerrdu l-​aħbar tajba f’kull opportunità. Ix-​xogħol li għandna f’idejna hu iżjed minn biżżejjed biex iżommna okkupati, sakemm jiġi t-​tmiem. Qatt m’għandna nħallu lilna nfusna niġu aljenati mill-​ġiri sfrenat u immorali wara l-​pjaċiri jew nittaqqlu mill-​materjaliżmu. M’għandniex niġu nvoluti fi ħsieb spekulattiv, dibattiti dwar kliem, għax dan jistaʼ jkun bla profitt u taʼ ħela taʼ ħin. (2 Timotew 2:14; Titus l:l0; 3:9) Meta d-​dixxipli staqsew lil Ġesù, “Mulej, qed tirrestawra s-​saltna taʼ Iżrael f’dan iż-​żmien?” Ġesù dawwar il-​ħsieb tagħhom lejn ix-​xogħol importanti li kellhom x’jagħmlu, billi qal: “Se tkunu xhieda tiegħi kemm f’Ġerusalemm u kemm fil-​Ġudea kollha u fis-​Samarija u sal-​iktar parti ’l bogħod tal-​art.” Dik il-​kariga taʼ xogħol testendi sal-​ġurnata tal-​lum.—Atti 1:6-8.

18. Li taħdem maʼ Jehovah għala hu tant premjanti?

18 Li naħdmu maʼ Jehovah, nippridkaw mal-​kongregazzjoni dinjija tiegħu llum, iġib ferħ, kuntentizza, u skop reali fil-​ħajjiet tagħna. Hija opportunità għal kulmin iħobb lil Jehovah biex juri devozzjoni u lejaltà lejh. Dan ix-​xogħol bil-​ħafna aspetti tiegħu qatt ma se jerġaʼ jsir. Bil-​prospett ċar taʼ ħajja taʼ dejjem quddiemna, jalla nkomplu bil-​lejaltà “nagħtu servizz sagru lil Alla bil-​biżaʼ t’Alla u bl-​istagħġib,” għat-​tifħir tiegħu u għas-​salvazzjoni tagħna stess.—Ebrej 12:28.

X’Inhi r-​Risposta Tiegħek?

◻ Ġesù minn liema xogħol akkwista ferħ u sodisfazzjon?

◻ Min jopponi x-​xogħol taʼ Jehovah, u għala?

◻ Kif jitqabblu “xogħlijiet tajbin” tad-​dinja mal-​ippridkar tal-​aħbar tajba tas-​Saltna t’Alla?

[Stampa f’paġna 15]

Ġesù inkariga lid-​dixxipli tiegħu biex imorru jippridkaw

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja