LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w91 4/1
  • Il-Ġens Ferrieħi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Ġens Ferrieħi
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Ġens Verament Ferrieħi
  • Il-​Ġens Ferrieħi taż-​Żmien Modern
  • Ġeħova hu s-Sultan tagħna!
    Kanta mill-qalb lil Ġeħova
  • Ġeħova Hu s-Sultan Tagħna!
    Għannu lil Ġeħova
  • Aqdi lil Jehovah b’Qalb Ferħana
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
  • Il-Ferħ taʼ Jehovah Huwa l-Post b’Saħħtu Tagħna
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
w91 4/1

Il-​Ġens Ferrieħi

IL-​ĠENS ferrieħi! Taqbel din id-​deskrizzjoni maʼ xi ġens taʼ bnedmin illum? Jistaʼ xi ġens igħid b’mod ferrieħi li ħeles mill-​vjolenza, mill-​kriminalità, mill-​faqar, mit-​tniġġis, mill-​mard li jifleġ, mill-​korruzzjoni politika, mill-​mibgħeda reliġjuża? Hemm xi ġens li joffri tama vera li jintlaħqu dawn il-​għanijiet? Lanqas xejn!

X’ingħidu dwar l-​istampa globali? Mikhail Gorbachev, president tal-​Unjoni Sovjetika, stqarr fis-​16 taʼ Lulju li għadda: “Ħerġin minn epoka fir-​relazzjonijiet internazzjonali, u deħlin f’oħra, perijodu, naħseb jien, taʼ paċi b’saħħitha u dejjiema.” Madankollu, ir-​rivista Time tal-​istess data rrapportat li l-​Istati Uniti għad għandha 120 bomba nukleari mmirati lejn Moska li kull waħda minnhom kapaċi teqred għalkollox lil dik il-​belt. U żgur li s-​Sovjetiċi jinsabu għal-​lest biex iwieġbu bl-​istess mod. B’tant membri tal-​Ġnus Magħquda li issa jafu kif jipproduċu armi nukleari, ma tantx hemm ferħ f’li tikkontempla min minnhom jistaʼ jispara l-​ewwel.

Ġens Verament Ferrieħi

Darba fl-​istorja—xi 3,500 sena ilu—kien hemm ġens verament ferrieħi. Dak kien Iżrael tal-​qedem. Meta Alla ħeles lil dak il-​poplu mill-​oppressjoni Eġizzjana, huma ssieħbu maʼ Mosè f’għanja eżaltanti tar-​rebħa, u baqgħu jifirħu sakemm damu jobdu lil Alla u l-​Ħellies tagħhom.—Eżodu 15:1-21; Dewteronomju 28:1, 2, 15, 47.

Taħt il-​ħakma taʼ Salamun “Ġuda u Iżrael kienu ħafna, bħall-​frak tar-​ramel li hemm ħdejn il-​baħar fil-​kotra, jieklu u jixorbu u jifirħu.” Dak kien żmien taʼ ferħ kbir, li laħaq il-​quċċata tiegħu bil-​bini taʼ dak li x’aktarx li kien l-​iktar bini glorjuż fl-​istorja kollha, it-​tempju għall-​qima taʼ Jehovah f’Ġerusalemm.—1 Slaten 4:20; 6:11-14.

Il-​Ġens Ferrieħi taż-​Żmien Modern

Iżrael tal-​qedem kien dell taʼ ġens modern. Liema wieħed? Iżrael politiku fil-​Lvant Nofsani? Rapporti fl-​aħbarijiet jindikaw li dak il-​ġens li dejjem jiġġieled hu ’l bogħod minn ferrieħi. Ġabet il-​hekk imsejħa Ġnus Magħquda ferħ veru għall-​istati membri tagħha? Le, il-​veru ferħ ma jistaʼ jinstab imkien fost il-​ġnus imdeffsin fil-​politika tal-​lum. Ir-​regħba, il-​korruzzjoni, u d-​diżonestà qegħdin maʼ kullimkien, u f’ħafna artijiet in-​nies komuni qed jitħabtu mingħajr ferħ sempliċement biex jibqgħu ħajjin.—Proverbji 28:15; 29:2.

Madankollu, hemm illum ġens wieħed tal-​għaġeb li hu ferrieħi b’mod suprem. Mhux wieħed politiku, għax il-​Kap tiegħu, Kristu Ġesù, qal dwar in-​nies tiegħu: “Ma huma ebda parti mid-​dinja.” (Ġwann 15:19) Waqt li l-​Ġnus Magħquda hi magħquda biss bl-​isem, il-​ġens ferrieħi jiġbed lill-​membri tiegħu li jħobbu l-​paċi “mill-​ġnus u t-​tribujiet u l-​popli u l-​ilsna kollha.” (Rivelazzjoni 7:4, 9) Issa jgħodd ’il fuq minn erbaʼ miljuni, tant li l-​popolazzjoni tiegħu hi ikbar minn xi 60 mill-​159 ġnus membri tal-​ĠM. Il-​lingwi li twieldu bihom dawn l-​erbaʼ miljun ruħ igħoddu madwar 200; iżda lkoll kemm huma magħqudin f’li jitkellmu “lingwa pura” waħda.—Sofonija 3:9.

Ma hux stramb li tant kulturi differenti għandhom jitkellmu lingwa komuni? Ma tantx, għax din il-​lingwa waħda li tgħaqqad tinkludi l-​messaġġ dwar is-​Saltna taʼ tjieba li ġejja t’Alla. Dan il-​ġens ferrieħi jiġi “mit-​tarf tal-​art” u magħruf mad-​dinja kollha bħala ‘Xhieda taʼ Jehovah.’ (Isaija 43:5-7, 10; Żakkarija 8:23) Kważi kulfejn tivvjaġġa fuq wiċċ dan il-​globu, se ssibhom.

F’​Isaija 2:2-4, il-​profeta t’Alla jiddeskrivi ċorma li toħroġ bi ħġarha mill-​ġnus kollha, tgħid: “Ejjew, u ħa nitilgħu lejn il-​muntanja taʼ Jehovah, lejn dar Alla taʼ Ġakobb; u hu se jgħallimna dwar il-​mogħdijiet tiegħu, u aħna se nimxu fil-​passaġġi tiegħu.” B’mod żeluż, dawn jistiednu lil oħrajn biex jirċievu l-​istruzzjonijiet mingħand Jehovah permezz tal-​Kelma tiegħu, il-​Bibbja, biex ikunu jistgħu jitgħallmu jagħmlu r-​rieda tiegħu. Dan il-​ġens wieħed isegwi l-​passaġġ tal-​vera paċi, billi n-​nies tiegħu diġà ħadmu ‘sjufhom f’sikek tal-​moħriet u l-​lanez f’imqassijiet taż-​żabra, billi ma jitgħallmux il-​gwerra iktar.’ Ġens ferrieħi tabilħaqq!

Int ukoll tistaʼ tieħu sehem f’dan il-​ferħ. Int tistaʼ titgħallem dwar il-​jum li riesaq malajr meta s-​Sultan, Kristu Ġesù, iwarrab lill-​bnedmin u lill-​gvernijiet li qed jirrovinaw l-​affarijiet u jirrestawra l-​Ġenna tal-​Art maʼ kullimkien. (Danjel 2:44; Mattew 6:9, 10) Saħansitra issa, bħala ġens verament magħqud, ix-​Xhieda taʼ Jehovah isibu ferħ kbir fix-​xogħol tagħhom taʼ li jħejju għal dik l-​era glorjuża taʼ paċi vera, bħalma se juru l-​paġni li ġejjin.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja