LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w93 7/15 p. 3
  • In-Nar tal-Infern—Qed Jaqbad jew Qed Jintefa?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • In-Nar tal-Infern—Qed Jaqbad jew Qed Jintefa?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Ir-​Ritorn tal-​Infern
  • Mistoqsijiet Imqajmin
  • X’Sar Minnu n-Nar taʼ l-Infern?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • L-Infern Vera Jeżisti? Il-Bibbja X’Tgħid Dwar l-Infern?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • It-Tieni Ħrafa: Il-Ħżiena Jsofru fl-Infern
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • X’Inhu Verament l-Infern?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
w93 7/15 p. 3

In-Nar tal-Infern—Qed Jaqbad jew Qed Jintefa?

IL-​PREDIKATUR protestant Jonathan Edwards kien inissel twerwir fil-​qlub tal-​Amerikani Kolonjali tas-​seklu 18 bil-​mod grafiku li bih kien ipinġi l-​infern. Darba waħda hu ddeskriva xena li fiha Alla dendel lill-​midinbin fuq il-​fjammi qishom xi brimb mistkerrhin. Edwards ċanfar lill-​kongregazzjoni tiegħu: “Ja midneb, int imdendel fuq ħajta rqiqa, bil-​fjammi taʼ korla divina mixgħulin madwarha, u lesti fi kwalunkwe mument biex jibilgħuha, u jaħarquha ġo fih.”

Madankollu, ftit wara li Edwards ta din il-​priedka infamja, il-​fjammi tal-​infern bdew, bħal li kieku, iteptpu u jintfew.a Il-​ktieb The Decline of Hell, minn D. P. Walker, jinnota li “sa madwar is-​sena 1740 id-​duttrina tat-​turment etern għall-​indannati kienet qed tiġi sfidata bil-​miftuħ.” Matul is-​seklu 19, il-​fjammi tal-​infern komplew ibattu, u sa nofs is-​seklu 20, l-​opinjoni taʼ Edwards dwar l-​infern bħala ‘ħuġġieġa taʼ nar li fiha l-​vittmi jiġu ttorturati b’mod intensiv f’moħħhom u f’ġisimhom għall-​eternità’ ma baqgħetx xi ħaġa li n-​nies jitkellmu dwarha. “Attakkata mill-​intellettwaliżmu modern u mċajpra mill-​fjammi taʼ Hiroxima u tal-​Olokawst,” jinnota l-​ġurnalist Jeffery Sheler, “l-​immaġni tal-​biżaʼ li kellu l-​infern tilfet ħafna mill-​qilla tagħha.”

Ħafna predikaturi wkoll ma baqgħux jogħġobhom in-​nar u l-​kubrit. Priedki qawwijin fuq l-​orruri tal-​infern sparixxew minn fuq il-​pulptu li tant kien jinfluwenza lin-​nies tal-​knejjes tradizzjonali. Għall-​biċċa l-​kbira tat-​teoloġi, l-​infern sar suġġett antikwat wisq biex jistudjaw fuqu bis-​serjetà. Xi snin ilu kittieb tal-​istorja tal-​knisja kien qiegħed jagħmel riċerka għal lezzjoni fl-​università dwar l-​infern, u ċċekkja l-​indiċi taʼ bosta ġurnali miktubin bi skola kbira. Ma setaʼ jsib lanqas kelma waħda. Skond ir-​rivista Newsweek, il-​kittieb tal-​istorja kkonkluda: “L-​infern sparixxa. U ħadd ma nduna.”

Ir-​Ritorn tal-​Infern

Sparixxa? Mhux preċiż. B’sorpriża, fi snin riċenti d-​duttrina tal-​infern reġgħet bdiet taqbad f’xi postijiet. Stħarriġ li sar fl-​Amerka juri li n-​numru taʼ nies li jgħidu li jemmnu fl-​infern żdied minn 53 fil-​mija fl-​1981 għal 60 fil-​mija fl-​1990. Inżidu maʼ dan iż-​żjieda mad-​dinja kollha taʼ movimenti evanġeliċi li jippridkaw l-​infern, u jsir evidenti li r-​ritorn bis-​serjetà kollha tal-​infern fil-​mod taʼ ħsieb tal-​Kristjaneżmu huwa tabilħaqq fenomenu globali.

Imma dan il-​qawmien mill-​ġdid jeffettwa biss lill-​fidili, jew wasal ukoll sa fuq il-​pulpti? Il-​fatt hu li n-​nar tal-​infern kif kien ippridkat minn Jonathan Edwards 250 sena ilu qatt ma sparixxa minn xi wħud mill-​pulpti konservattivi tal-​Kristjaneżmu. Fl-​1991, il-​U.S.News & World Report osserva: “Saħansitra fost xi denominazzjonijiet tradizzjonali liberali, hemm sinjali li t-​teoloġi qegħdin jibdew jaħsbu iktar bis-​serjetà dwar l-​idea tal-​infern milli għamlu f’dawn l-​aħħar għexur taʼ snin.” Jidher ċar li wara snin taʼ abbandun, in-​nar tal-​infern ġie lura fuq il-​mappa reliġjuża mad-​dinja kollha. Għad għandu, madankollu, il-​karatteristiċi taʼ nar jaqbad?

Mistoqsijiet Imqajmin

It-​teologu W. F. Wolbrecht ma kellu ebda dubju: “L-​infern huwa l-​infern, u l-​ebda xewqa tal-​bniedem jew ħsieb uman ma se jagħmlu inqas minn dannazzjoni taʼ dejjem.” Ħafna nies li jmorru l-​knisja m’humiex daqshekk ċerti. Għalkemm ma jiddubitawx l-​eżistenza tal-​infern, huma għandhom xi dubji dwar in-​natura tal-​infern. Jammetti teologu ieħor: “Għalija wkoll, l-​infern huwa realtà li ma tistax taħrab minnha, imħabbar ċar u tond fix-​xiehda biblika, imma n-​natura preċiża tiegħu hija problematika.” Iva, għal numru li dejjem jiżdied taʼ teoloġi u lajċi, il-​kwistjoni llum m’hijiex iktar, “Hemm infern?” imma, “X’inhu l-​infern?”

Kif twieġeb int? X’qalulek lilek dwar in-​natura tal-​infern? U Kristjani sinċieri għala huma nkwetati b’din id-​duttrina?

[Nota taʼ taħt]

a Fit-8 taʼ Lulju, 1741, Edwards ta l-​priedka “Il-​Midinbin f’Idejn Alla Rrabbjat.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja