LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w98 3/15 pp. 3-9
  • Nerġgħu Ngħixu l-Aħħar Jiem taʼ Ġesù fuq l-Art

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Nerġgħu Ngħixu l-Aħħar Jiem taʼ Ġesù fuq l-Art
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Id-​9 taʼ Nisan
  • L-​10 taʼ Nisan
  • Il-​11 taʼ Nisan
  • It-​12 u t-​13 taʼ Nisan
  • L-​14 taʼ Nisan, Wara Nżul ix-​Xemx
  • Il-​Ħajja taʼ Ġesù u Int
  • “Waslet is-Siegħa”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • L-Aħħar Jum tal-Ħajja taʼ Ġesù Bħala Bniedem
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Toqrob l-aħħar ikla tal-Qbiż taʼ Ġesù
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Il-Qbiż Finali taʼ Ġesù Huwa Fil-Qrib
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
w98 3/15 pp. 3-9

Nerġgħu Ngħixu l-​Aħħar Jiem taʼ Ġesù fuq l-​Art

HUWA s-​sebaʼ jum tax-​xahar Lhudi, Nisan, tas-​sena 33 E.K. Immaġina li qed tosserva l-​ġrajjiet fil-​provinċja Rumana tal-​Ġudea. Waqt li jħallu Ġeriko u l-​ħdura abbundanti li kien fiha, Ġesù Kristu u d-​dixxipli tiegħu jinsabu telgħin bi tbatija triq imserpa kollha trab. Hemm ħafna oħrajn telgħin ukoll lejn Ġerusalemm għaċ-​ċelebrazzjoni annwali tal-​Qbiż. Madankollu, f’moħħ id-​dixxipli taʼ Kristu mhux din it-​telgħa iebsa biss hemm.

Il-Lhud kienu ilhom imxennqin għal Messija li jistaʼ jeħlishom minn taħt il-​madmad Ruman. Ħafna jemmnu li Ġesù taʼ Nazaret huwa dak is-​Salvatur li tant ilhom jistennew. Għal tliet snin u nofs, kien ilu jitkellem dwar is-​Saltna t’Alla. Fejjaq il-​morda u temaʼ lil dawk bil-​ġuħ. Iva, ġab faraġ lin-​nies. Imma l-​mexxejja reliġjużi qed iħossuhom irritati għad-​denunzja taħraq taʼ Ġesù u huma ddeterminati li joqtluh. Madankollu, hemm hu, miexi b’determinazzjoni f’dik it-​triq niexfa qoxqox quddiem id-​dixxipli tiegħu.—Mark 10:32.

Hekk kif ix-​xemx tinżel wara l-​Muntanja taż-​Żebbuġ li kienet quddiemhom, Ġesù u sħabu jaslu fir-​raħal taʼ Betanja, fejn se jqattgħu s-​sitt iljieli taʼ wara. Biex jilqgħuhom, hemm l-​għeżież ħbieb tagħhom Lazzru, Marija, u Marta. L-​arja friska taʼ fil-​għaxija sserraħhom mis-​sħana tal-​vjaġġ u timmarka l-​bidu tas-​Sabat tat-​8 taʼ Nisan.—Ġwann 12:1, 2.

Id-​9 taʼ Nisan

Wara s-​Sabat, Ġerusalemm hija mimlija attività. Eluf taʼ viżitaturi diġà ltaqgħu fil-​belt għall-​Qbiż. Imma l-​għagħa kbira li nisimgħu hija iktar min-​normal għal dan iż-​żmien tas-​sena. Folol kurjużi neżlin bil-​għaġla mit-​toroq dojoq lejn il-​bwieb tal-​belt. Hekk kif joħorġu mrassin ’il barra mill-​bwieb iffollati, xi spettaklu jaraw! Ħafna nies mimlijin ferħ jinsabu neżlin in-​niżla tal-​Muntanja taż-​Żebbuġ minn Betfaġe. (Luqa 19:37) Dan kollu x’ifisser?

Ara! Ġesù taʼ Nazaret ġej riekeb fuq felu taʼ ħmara. In-​nies jifirxu l-​ilbiesi fit-​triq quddiemu. Oħrajn ixejru l-​friegħi tal-​palm li għadhom kemm qatgħu u jgħajtu bil-​ferħ: “Mbierek min ġej f’isem il-​Mulej! Mbierek is-​sultan taʼ Iżrael!“—Ġwann 12:12-15.

Hekk kif il-​folla toqrob lejn Ġerusalemm, Ġesù jħares lejn il-​belt u jitqanqal profondament. Jibda jibki, u nisimgħuh ibassar li din il-​belt se tiġi meqruda. Meta ftit tal-​ħin wara Ġesù jasal fit-​tempju, hu jgħallem lill-​folol u jfejjaq lill-​għomja u z-​zopop li jiġu għandu. —Mattew 21:14; Luqa 19:4l-44, 47.

Dan jiġi nnotat mill-​qassisin ewlenin u mill-​iskribi. Kemm iħossuhom irritati meta jaraw l-​affarijiet meraviljużi li qed jagħmel Ġesù u l-​ferħ kbir tal-​folol! Il-​Fariżej ma jistgħux jaħbu l-​għadab bi stmerrija tagħhom, u jesiġu: “Mgħallem, ċanfarhom lid-​dixxipli tiegħek!” “Ngħidilkom li,” iwieġeb Ġesù, “jekk jisktu huma, jgħajjat il-​ġebel.” Qabel ma jitlaq, Ġesù jinnota l-​attivitajiet kummerċjali fit-​tempju. -Luqa 19:39, 40; Mattew 21:15, 16; Mark 11:11.

L-​10 taʼ Nisan

Ġesù jasal kmieni fit-​tempju. Il-​bieraħ, ma setax ma jkunx irrabjat għall-​kummerċjalizzazzjoni esaġerata tal-​qima taʼ Missieru, Alla Jehovah. Għalhekk, b’żelu kbir, jibda jixħet ’il barra lil dawk li qed jixtru u jbigħu fit-​tempju. Imbagħad jaqleb l-​imwejjed tas-​sarrafa tal-​flus rgħiba u l-​bankijiet taʼ dawk li qed ibigħu l-​ħamiem. “Hemm miktub,” jesklama Ġesù, “ ‘Dari dar it-​talb tissejjaħ’. Intom, imma, għamiltuha għar tal-​ħallelin!”—Mattew 21:12, 13.

Il-qassisin ewlenin, l-​iskribi, u l-​irġiel prinċipali ma jistgħux għalihom l-​azzjonijiet u t-​tagħlim pubbliku taʼ Ġesù. Tgħidx kemm huma mxennqin biex joqtluh! Imma ma jistgħux minħabba l-​folla għax in-​nies huma mistagħġbin bit-​tagħlim taʼ Ġesù u jibqgħu ‘mqabbdin miegħu biex jisimgħuh.’ (Luqa 19: 47, 48) Hekk kif joqrob fil-​għaxija, Ġesù u sħabu jieħdu gost biha l-​mixja sabiħa lura lejn Betanja għal lejl taʼ mistrieħ.

Il-​11 taʼ Nisan

Huwa kmieni fil-​għodu, u Ġesù u d-​dixxipli tiegħu diġà għaddejjin minn fuq il-​Muntanja taż-​Żebbuġ lejn Ġerusalemm. Hekk kif jaslu fit-​tempju, il-​qassisin ewlenin u l-​irġiel ixjeħ malajr jikkonfrontaw lil Ġesù. L-​azzjoni tiegħu kontra s-​sarrafa tal-​flus u l-​merkanti fit-​tempju għadha friska f’moħħhom. Kollhom ħdura l-​għedewwa tiegħu jesiġu: “Int b’liema setgħa qiegħed tagħmel dan kollu? U min tahielek din is-​setgħa?” “Ħa nagħmlilkom mistoqsija waħda jien ukoll,” jirribatti Ġesù. “Jekk tweġbuni għaliha, jien ukoll ngħidilkom b’liema setgħa qiegħed nagħmel dan kollu. Il-​magħmudija taʼ Ġwanni minn fejn kienet ġejja, mis-​sema jew mill-​bnedmin?” Waqt li jikkonsultaw bejniethom, l-​opponenti jirraġunaw: “Jekk inweġbuh, ‘Mis-​sema jgħidilna, ‘Mela għaliex ma emmintux?’ U jekk ngħidulu, ‘Mill-​bnedmin,’ nibżgħu min-​nies, għax lil Ġwanni kulħadd iżommu bi profeta.” Mifxulin, huma jweġbuh minn taħt l-​ilsien: “Ma nafux.” Ġesù jweġibhom bil-​kalma: “Mela anqas jiena ma ngħidilkom b’liema setgħa qiegħed nagħmel dan.”—Mattew 21:23-27.

L-għedewwa taʼ Ġesù issa jipprovaw jonsbuh f’li jgħid xi ħaġa li għaliha jkunu jistgħu jġagħlu li jiġi arrestat. “Sewwa jew le,” jistaqsuh, “li wieħed iħallas it-​taxxa lil Ċesari?” “Uruni l-​munita tat-​taxxa,” iweġibhom Ġesù. Hu jistaqsi: “Taʼ min huma dan il-​wiċċ u din il-​kitba?” Huma jgħidu, “Taʼ Ċesari!” Biex iħawwadhom, Ġesù jistqarr b’mod ċar biex kulħadd jismaʼ: “Mela agħtu li[l] Ċesari dak li hu taʼ Ċesari, u lil Alla dak li hu taʼ Alla.”—Mattew 22:15-22.

Wara li sikket lill-​għedewwa tiegħu b’argument li ma setgħux jirrifjutaw, Ġesù issa jesprimi b’mod sod id-​diżapprovazzjoni tiegħu quddiem il-​folol u d-​dixxipli tiegħu. Ismaʼ hekk kif bla biżaʼ jiddenunzja lill-​iskribi u l-​Fariżej. “Tagħmlux kif jagħmlu huma,” jgħidilhom, “għax huma kliem biss għandhom, imma fatti xejn.” Bi qlubija, hu jippronunzja serje taʼ gwajijiet fuqhom, billi jidentifikahom bħala gwidi għomja u ipokriti. “Ja sriep u nisel il-​lifgħat,” jgħidilhom Ġesù, “kif se taħarbu mill-​kundanna taʼ l-​infern [“Geħenna,” New World Translation]?”—Mattew 23:l-33.

Dawn id-​denunzji ħorox ma jfissrux li Ġesù ma jafx bil-​kwalitajiet tajbin t’oħrajn. Iktar tard, hu jara xi nies qed jitfgħu l-​flus fis-​sniedaq tat-​teżor tat-​tempju. Kemm hu kommoventi li tosserva armla fil-​bżonn titfaʼ l-​għajxien kollu tagħha—żewġ muniti taʼ valur żgħir ħafna! B’apprezzament mill-​qalb, Ġesù juri li, fil-​fatt, hi tefgħet ħafna iżjed minn dawk kollha li taw kontribuzzjonijiet esaġerati “miż-​żejjed tagħhom.” Fil-​mogħdrija tenera tiegħu, Ġesù japprezza profondament dak kollu li persuna kapaċi tagħmel. —Luqa 21:l-4.

Ġesù issa ħiereġ mit-​tempju għall-​aħħar darba. Xi wħud mid-​dixxipli tiegħu jgħaddu xi kummenti dwar il-​ġmiel tiegħu, kif inhu “mżejjen b’ġebel sabiħ u għotjiet.” B’sorpriża għalihom, Ġesù jwieġeb: ”Għad jiġi żmien li ma tibqax ġebla fuq oħra minnu li ma tiġġarrafx.” (Luqa 21:5, 6) Hekk kif l-​appostli jsegwu lil Ġesù ’1 barra mill-​belt iffollata, huma joqogħdu jaħsbu dwar x’ried verament ifisser.

Sewwa, ftit wara Ġesù u l-​appostli tiegħu joqogħdu bil-​qiegħda u jitpaxxew bil-​paċi u t-​trankwillità li kien hemm fuq il-​Muntanja taż-​Żebbuġ. Waqt li qed josservaw id-​dehra meraviljuża taʼ Ġerusalemm u tat-​tempju, Pietru, Ġakbu, Ġwanni, u Indrì jridu jkunu jafu t-​tifsira tat-​tbassira li ħasdithom taʼ Ġesù. “Għidilna,” jgħidulu, “dan meta għad jiġri? U x’se jkun is-​sinjal tal-​miġja tiegħek u taʼ tmiem id-​dinja?”—Mattew 24:3; Mark 13:3, 4.

B’risposta l-​Għalliem il-​Kbir jagħti profezija verament rimarkevoli. Hu jbassar gwerer ħorox, terremoti, nuqqas taʼ ikel, u pestilenzi. Ġesù jbassar ukoll li l-​aħbar tajba tas-​Saltna se tkun ippridkata maʼ l-​art kollha. “Imbagħad,” hu jwissi, “ikun hawn diqa kbira li mill-​bidu tad-​dinja sa issa għadu qatt ma kien hawn bħalha u anqas ikun hawn.”—Mattew 24:7,14, 21; Luqa 21:10, 11.

L-erbaʼ appostli jisimgħu b’attenzjoni hekk kif Ġesù jiddiskuti aspetti oħrajn tas-​‘sinjal tal-​miġja tiegħu.’ Hu jenfasizza l-​bżonn biex ‘jishru.’ Għala? “Għax,” jgħid hu, “ma tafuhx il-​jum li fih jiġi Sidkom.”—Mattew 24:42; Mark 13:33, 35, 37.

Dan kien jum li ma jintesiex għal Ġesù u l-​appostli tiegħu. Fil-​fatt, dan hu l-​aħħar jum tal-​ministeru pubbliku taʼ Ġesù qabel l-​arrest, il-​ġuri, u l-​esekuzzjoni tiegħu. Ladarba qed isir il-​ħin, huma jibdew mexjin lura d-​distanza qasira minn fuq l-​għolja lejn Betanja.

It-​12 u t-​13 taʼ Nisan

Ġesù jqattaʼ t-​12 taʼ Nisan fil-​kwiet mad-​dixxipli tiegħu. Hu jirrealizza li l-​mexxejja reliġjużi jridu joqtluh akkost taʼ kollox, u ma jridhomx ifixkluh milli jiċċelebra l-​Qbiż l-​għada fil-​għaxija. (Mark 14:1, 2) L-​għada, it-​13 taʼ Nisan, in-​nies jinsabu mehdijin f’li jagħmlu l-​aħħar arranġamenti għall-​Qbiż. Kmieni wara nofs in-​nhar, Ġesù jibgħat lil Pietru u lil Ġwanni biex jippreparaw il-​Qbiż għalihom f’kamra fis-​sular taʼ fuq f’Ġerusalemm. (Mark 14:12-16; Luqa 22:8) Ftit qabel inżul ix-​xemx, Ġesù u l-​għaxar appostli l-​oħrajn jiltaqgħu magħhom hemmhekk għall-​aħħar ċelebrazzjoni tal-​Qbiż tagħhom.

L-​14 taʼ Nisan, Wara Nżul ix-​Xemx

Ġerusalemm hija miksija bid-​dawl baxx taʼ l-​għabex hekk kif il-​qamar kwinta jitlaʼ ’1 fuq mill-​Muntanja taż-​Żebbuġ. F’kamra kbira bil-​għamara, Ġesù u t-​12 qegħdin mixħutin madwar mejda mħejjija. “Kelli xewqa kbira li nagħmel din l-​ikla taʼ l-​Għid magħkom qabel ma nbati,” jgħidilhom. (Luqa 22: 14, 15) Ftit wara l-​appostli jistagħġbu x’ħin jaraw lil Ġesù jqum u jpoġġi ħwejġu taʼ fuq fil-​ġenb. Waqt li jieħu xugaman u friskatur bl-​ilma, hu jibda jaħslilhom saqajhom. X’tagħlima li ma tintesiex taʼ servizz umli!—Ġwann 13:2-15.

Madankollu, Ġesù jaf li wieħed minn dawn l-​irġiel—Ġuda l-​Iskarjota—kien diġà rranġa biex jittradih mal-​mexxejja reliġjużi. Mhux taʼ b’xejn li hu jibda jħossu verament imnikket. “Wieħed minnkom se jittradini,” hu jirrivela. L-​appostli huma ddispjaċuti ferm għal dan. (Mattew 26:21, 22) Wara li jiċċelebra l-​Qbiż, Ġesù jgħid lil Ġuda: “Dak li se tagħmel, agħmlu u ddumx.”—Ġwann 13:27.

Ladarba Ġuda telaq, Ġesù jintroduċi ikla biex jikkommemora l-​mewt li qed toqrob tiegħu. Hu jieħu waħda mill-​ħobżiet bla ħmira, jesprimi r-​ringrazzjament b’talba, jaqsamha, u jistruwixxi lill-​11 biex jieħdu minnha. “Dan hu ġismi,” jgħidilhom, “li jingħata għalikom; agħmlu dan b’tifkira tiegħi.” Imbagħad jieħu kies bl-​inbid aħmar. Wara li jbierku, jgħaddilhom il-​kies, u jgħidilhom biex jixorbu minnu. Ġesù jżid: “Dan huwa demmi, id-​demm tal-​Patt, li jixxerred għall-​kotra għall-​maħfra tad-​dnubiet.”—Luqa 22:19, 20; Mattew 26: 26-28.

Matul dik il-​lejla importanti, Ġesù jgħallem lill-​appostli leali tiegħu ħafna lezzjonijiet imprezzabbli, u fosthom l-​importanza taʼ l-​imħabba bejn l-​aħwa. (Ġwann 13:34, 35) Hu jassigurahom li se jirċievu “difensur,” l-​ispirtu qaddis. Dan kellu jġibilhom lura f’moħħhom l-​affarijiet kollha li kien qalilhom. (Ġwann 14:26) Iktar tard f’dik il-​lejla, huma bla dubju jiġu inkuraġġiti ferm meta jisimgħu lil Ġesù jgħid talba ferventi għan-​nom tagħhom. (Ġwann, kapitlu 17) Wara li jkantaw għanjiet taʼ tifħir, jitilqu mill-​kamra taʼ fuq u jsegwu lil Ġesù barra fl-​arja friska taʼ tard bil-​lejl.

Billi jaqsmu l-​Wied taʼ Kidron, Ġesù u l-​appostli tiegħu jmorru lejn wieħed mill-​postijiet favoriti tagħhom, il-​ġnien taʼ Ġetsemani. (Ġwann 18:1, 2) Waqt li l-​appostli tiegħu joqogħdu jistennew, Ġesù jmur ftit ’il bogħod biex jitlob. Ebda kliem ma jistaʼ jispjega l-​istress emozzjonali tiegħu hekk kif jitlob bis-​serjetà lil Alla għall-​għajnuna. (Luqa 22:44) Il-​ħsieb biss tal-​ħafna tmaqdir li jistaʼ jġib fuq l-​għażiż Missieru tas-​sema jekk iċedi huwa agonizzanti għall-​aħħar.

Ġesù bilkemm spiċċa jitlob li ma jasalx Ġuda l-​Iskarjota maʼ folla li qed iġorru sjuf, bsaten, u torċi. “Is-​sliem għalik, Rabbi!” jgħid Ġuda hekk kif ibus lil Ġesù bil-​ħlewwa. Dan hu s-​sinjal għall-​irġiel biex jarrestaw lil Ġesù. F’daqqa waħda, Pietru jfajjar daqqa bis-​sejf tiegħu u jaqtaʼ widna taʼ l-​irsir tal-​qassis il-​kbir. “Erġaʼ daħħal sejfek f’postu,” jgħidlu Ġesù hekk kif ifejjaq il-​widna tar-​raġel. “Kull min jaqbad is-​sejf, bis-​sejf jinqered.”—Mattew 26:47-52.

Kollox jiġri daqshekk malajr! Ġesù jiġi arrestat u marbut. Bil-​biżaʼ u l-​konfużjoni, l-​appostli jabbandunaw lill-​Imgħallem tagħhom u jaħarbu. Ġesù jittieħed għand Anna, dak li qabel kien il-​qassis il-​kbir. Imbagħad jiħduh għand Kajfa, il-​qassis il-​kbir preżenti, għall-​ġuri. Fis-​sigħat bikrin taʼ fil-​għodu, is-​Sinedriju jakkużaw b’mod falz lil Ġesù li kien dagħa. Wara dan, Kajfa jibagħtu għand il-​gvernatur Ruman Ponzju Pilatu. Dan jibgħat lil Ġesù għand Erodi Antipa, il-​ħakkiem tal-​Galilija. Erodi u l-​għassiesa tiegħu jiżżuffjettaw b’Ġesù. Imbagħad jerġaʼ jintbagħat għand Pilatu. L-​innoċenza taʼ Ġesù tiġi kkonfermata minn Pilatu. Imma l-​mexxejja reliġjużi Lhud jagħmlulu pressjoni biex jikkundanna lil Ġesù għall-​mewt. Wara abbużi verbali u fiżiċi konsiderevoli, Ġesù jittieħed ’il barra lejn il-​Golgota fejn jiġi msammar bla ħniena maʼ zokk tat-​tortura u jsofri mewta agonizzanti.—Mark 14:50-15:39; Luqa 23:4-25.

Kienet tkun l-​akbar traġedja fl-​istorja li kieku l-​mewt taʼ Ġesù ġabet tmiem permanenti għall-​ħajtu. B’ferħ, dak ma kienx il-​każ. Fis-​16 taʼ Nisan, tas-​sena 33 E.K., id-​dixxipli tiegħu stagħġbu meta saru jafu li hu kien ġie mqajjem mill-​mewt. Maż-​żmien, iktar minn 500 ruħ setgħu jivverifikaw li Ġesù reġaʼ ħa l-​ħajja. U 40 jum wara l-​irxoxt tiegħu, grupp taʼ segwaċi leali rawh tielaʼ lejn is-​sema.—Atti 1:9-11; 1 Korintin 15:3-8.

Il-​Ħajja taʼ Ġesù u Int

Dan kif jeffettwa lilek—tabilħaqq, lilna lkoll? Sewwa, il-​ministeru, il-​mewt, u l-​irxoxt taʼ Ġesù jfaħħru bil-​kbir lil Alla Jehovah u huma kruċjali għat-​twettiq taʼ l-​għan grandjuż Tiegħu. (Kolossin 1:18-20) Dawn huma taʼ importanza vitali għalina għar-​raġuni li dnubietna jistgħu jiġu maħfura fuq il-​bażi tas-​sagrifiċċju taʼ Ġesù, u b’hekk jistaʼ jkollna relazzjoni persunali m’Alla Jehovah.—Ġwann 14:6; 1 Ġwann 2:1, 2.

Saħansitra l-​mejtin jiġu effettwati. L-​irxoxt taʼ Ġesù jiftaħ it-​triq biex ireġġagħhom lura għall-​ħajja fuq art magħmula Ġenna mwiegħda minn Alla. (Luqa 23:39-43; 1 Korintin 15:20-22) Jekk trid tkun taf iżjed dwar affarijiet bħal dawn, aħna nistidnuk tattendi għall-​Mafkar tal-​mewt taʼ Ġesù nhar il-​11 t’April, 1998, fis-​Sala tas-​Saltna tax-​Xhieda taʼ Jehovah fl-​inħawi tiegħek.

[Kaxxa f’paġna 6]

“Għar tal-​Ħallelin”

ĠESÙ kellu raġuni biżżejjed biex jgħid li negozjanti rgħiba kienu bidlu t-​tempju t’Alla f’ “għar tal-​ħallelin.” (Mattew 21:12, 13) Biex iħallsu t-​taxxa tat-​tempju, il-​Lhud u l-​proseliti minn pajjiżi oħrajn kellhom ibiddlu l-​flus barranin tagħhom f’muniti aċċettabbli. Fil-​ktieb tiegħu The Life and Times of Jesus the Messiah, Alfred Edersheim jispjega li s-​sarrafa tal-​flus kienu jistabbilixxu n-​negozji tagħhom fil-​provinċji fil-​15 t’Adar, xahar qabel il-​Qbiż. B’seħħ mill-​25 t’Adar, huma kienu jidħlu ġewwa l-​akkwati tat-​tempju f’Ġerusalemm biex japprofittaw ruħhom min-​numru tremend taʼ Lhud u proseliti li kienu jmorru hemmhekk. Is-​sarrafa kellhom negozju li jirrendi, billi kienu jiċċarġjaw miżata għal kull biċċa flus li jsarrfu. Ir-​referenza taʼ Ġesù għalihom bħala ħallelin tissuġġerixxi li l-​miżati tagħhom tant kienu eċċessivi li huma, fil-​fatt, kienu qed jaħtfu l-​flus mingħand il-​foqra.

Xi wħud ma setgħux iġibu l-​annimali għas-​sagrifiċċju magħhom. Kulmin kien iġibhom kellu jħalli l-​annimal jiġi eżaminat minn spettur fit-​tempju—għal miżata. Billi ma ridux jirriskjaw li ma jiġix aċċettat l-​annimal wara li jkunu ġabuh minn dak il-​bogħod kollu, ħafna kienu jixtru wieħed “approvat” mil-​Leviti mingħand il-​bejjiegħa korrotti fit-​tempju. “Min jaf kemm-il raħli fqir ġie mqaxxar ħaj hemmhekk,” jgħid wieħed studjuż.

Hemm evidenza li Anna, dak li darba kien il-​qassis il-​kbir, u l-​familja tiegħu kellhom interess speċjali fin-​negozjanti tat-​tempju. Kitbiet Rabbiniċi jitkellmu dwar “il-​Bażarijiet tat-​[tempju] taʼ wlied Anna.” Dħul tal-​flus mingħand is-​sarrafa u mill-​bejgħ taʼ l-​annimali ġewwa l-​konfini tat-​tempju kien wieħed mis-​sorsi prinċipali tal-​qligħ tagħhom. Wieħed studjuż jgħid li l-​azzjoni taʼ ĠesÙ f’li jkeċċi lin-​negozjanti “kienet immirata mhux biss lejn il-​prestiġju tal-​qassisin imma lejn il-​bwiet tagħhom.” Kienet x’kienet ir-​raġuni, l-​għedewwa tiegħu żgur li riedu jwarrbuh min-​nofs!—Luqa 19:45-48.

[Tabella f’paġna 4]

L-​Aħħar Jiem tal-​Ħajja taʼ Ġesù Bħala Bniedem

Nisan tas-​sena 33 E.K. Ġrajjiet L-​Aqwa Bniedem*

7 Il-​Ġimgħa Ġesù u d-​dixxipli tiegħu 101,

jivvjaġġaw minn Ġeriko għal par. 1

Ġerusalemm (ls-7 taʼNisan

jikkorrispondi mal-​Ħadd,

5 t’April, 1998, għalkemm

il-​jiem Ebrajċi kienu jibdew

minn fil-​għaxija sa l-​għada

fil-​għaxija)

8 ll-Ġimgħa Ġesù u d-​dixxipli tiegħu jaslu 101,

fil-​għaxija f’Betanja; jibda s-​Sabat pari. 2-4

Is-​Sibt Is-​Sabat (It-Tnejn,

6 t’April,1998) 101, par. 4

9 Is-​Sibt L-​ikla maʼ Xmun l-​imġiddem; 101,

fil-​għaxija Marija tidlek lil Ġesù bin-​nard; pari. 5-9

ħafna jiġu minn Ġerusalemm biex

jaraw u jisimgħu lil Ġesù

ll-Ħadd ld-daħla trijonfali ġewwa

Ġerusalemm; jgħallem fit-​tempju 102

10 It-​Tnejn Vjaġġ kmieni lejn Ġerusalemm; 103, 104

inaddaf it-​tempju; Jehovah

jitkellem mis-​sema

11 It-​Tlieta FˈĠerusalemm, jgħallem fit-​tempju 105 sa 112,

billi juża tixbihat; jikkundanna par. 1

lill-​Fariżej; jinnota

l-​kontribuzzjoni taʼ l-​armla;

jipprovdi s-​sinjal tal-​preżenza

futura tiegħu

12 L-​Erbgħa Jum kwiet mad-​dixxipli f’Betanja; 112,

Ġuda jirranġa t-​tradiment pari. 2-4

13 ll-Ħamis Pietru u Ġwanni jippreparaw 112,

għall-​Qbiż f’Ġerusalemm;

Ġesù u l-​għaxar appostli

l-​oħrajn isegwuhom tard

wara nofs in-​nhar (Is-Sibt,

11 t’April, 1998) par. 5 sa 113, par. 1

14 ll-Ħamis fil-​għaxija Iċ-​ċelebrazzjoni tal-​Qbiż; Ġesù jaħsel saqajn l-​appostli; Ġuda joħroġ biex jittradixxi lil Ġesù; Kristu jistabbilixxi l-​Mafkar taʼ mewtu (Wara nżul ix-​xemx, is-​Sibt, 11 t’April, 1998)113, par. 2 sa 117

Wara nofs il-​lejlTradiment u arrest fil-​ġnien tal-​Ġetsemani; l-​appostli jaħarbu; il-​ġuri quddiem il-​qassisin ewlenin u s-​Sinedriju; Pietru jiċħad lil Ġesù118 sa 120

ll-Ġimgħa mit-​tlugħ sa nżul ix-​xemxQuddiem is-​Sinedriju mill-​ġdid; għal għand Pilatu, imbagħad għand Erodi, imbagħad lura għand Pilatu; ikkundannat għall-​mewt; imsammar maʼ zokk; midfun121 sa 127, par. 7

15 Is-​SibtIs-Sabat; Pilatu jippermetti għassiesa mal-​qabar taʼ Ġesù127, pari. 8-10

16 ll-Ħadd Ġesù rxoxtat128

* Hawnhekk hawn imniżżlin in-​numri li jidentifikaw il-​kapitli mill-​ktieb L-​Aqwa Bniedem Li Qatt Għex. Għal-​lista li fiha referenzi Skritturali dettaljati dwar l-​aħħar ministeru taʼ Ġesù, ara l-​ktieb “All Scripture Is Inspired of God and Benefial,” paġna 290. Dawn il-​kotba huma ppubblikati mill-​Watchtower Bible and Tract Society of New York, Inc.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja