LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w98 9/15 p. 32
  • Il-Gwerra li Qerdet lis-Seklu Dsatax

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Gwerra li Qerdet lis-Seklu Dsatax
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
w98 9/15 p. 32

Il-​Gwerra li Qerdet lis-​Seklu Dsatax

1914

WAQT li kien qed jirrifletti fuq il-​millennju l-​ġdid, Charley Reese, ġurnalist tal-​gazzetta The Orlando Sentinel, kiteb: “Il-​gwerra tal-​1914-18 li qerdet lis-​seklu dsatax għadha ma spiċċatx.” X’ried ifisser? Hu spjega: “L-​istorja ma tagħtix kas tal-​kalendarji. Is-​seklu dsatax​—li ngħata d-​definizzjoni taʼ sett taʼ twemmin, suppożizzjonijiet, attitudnijiet u morali—​ma spiċċax fl-​1 taʼ Jannar, 1901. Dan spiċċa fl-​1914. Dan huwa wkoll meta beda s-​seklu 20, li ngħata l-​istess definizzjoni. . . .

“Il-​konflitti li jikkonċernawna tul ħajjitna kollha, tistaʼ tgħid li kollha ħarġu minn dik il-​gwerra. L-​affarijiet kurrenti, intellettwali u kulturali, li għexna fihom kważi kollha oriġinaw minn dik il-​gwerra. . . .

“Jien naħseb li għamlet ħsara hekk kbira minħabba li farrket it-​twemmin li n-​nies kellhom li l-​bnedmin jistgħu jikkontrollaw id-​destin tagħhom. . . . Il-​gwerra ġagħlet lin-​nies jabbandunaw dak it-​twemmin falz. Fuq naħa jew oħra, ħadd m’għaddielu minn rasu li l-​affarijiet kienu qatt se jispiċċaw kif spiċċaw. Farrket lill-​imperu Britanniku kif ukoll dak Franċiż. Qatlet l-​aħjar minn ġenerazzjoni sħiħa taʼ rġiel Britanniċi, Franċiżi, u Ġermaniżi. . . . F’qasir żmien, qatlet 11-il miljun ruħ.”

Għal iktar minn 120 sena, ix-​Xhieda taʼ Jehovah ppontaw lejn l-​1914 bħala t-​tmiem taʼ dak li Ġesù sejjaħlu “żmien il-​ġnus.” (Luqa 21:24) Dik is-​sena, Ġesù Kristu rxoxtat u gglorifikat tqiegħed fuq it-​tron bħala s-​Sultan tas-​Saltna tas-​sema. Permezz taʼ dik is-​Saltna, Alla Jehovah se jelimina darba għal dejjem l-​uġigħ kollu li kkaratterizza lil dan is-​seklu.—Salm 37:10, 11; Koħèlet 8:9; Apokalissi 21:3, 4.

[Sors taʼ l-​Istampa f’paġna 32]

Ritratt mill-​Arkivji Nazzjonali taʼ l-​Istati Uniti

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja