LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w01 5/1 p. 3
  • Kif Ħassewhom Żewġ Nisa Meta Sfaw Romol

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Ħassewhom Żewġ Nisa Meta Sfaw Romol
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Materjal Simili
  • Qabel u Wara—Kisbet is-Saħħa biex Tinbidel
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Gallettini għall-Klieb
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
  • Ngħinu lir-Romol fid-Diffikultajiet Tagħhom
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Int Tistaʼ Tirbaħ is-Solitudni
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
w01 5/1 p. 3

Kif Ħassewhom Żewġ Nisa Meta Sfaw Romol

SANDRA hija armla li tgħix fl-​Awstralja. Meta miet żewġha xi ftit tas-​snin ilu, l-​ewwel reazzjoni tagħha kienet taʼ xokk qawwi. “X’ħin irrealizzajt li kont tlift hekk ħabta u sabta lis-​sieħeb u lill-​aqwa ħabib li kelli ma kontx naf fejn se naqbad nagħti rasi. M’għandix idea kif irnexxieli nasal lura d-​dar mill-​isptar jew x’għamilt fil-​kumplament taʼ dak il-​jum. Matul il-​ġimgħat taʼ wara, il-​biżaʼ tiegħi sar uġigħ fiżiku li ma jaqtaʼ xejn.”

Sandra għandha ħabiba akbar minnha jisimha Elaine, li ilha armla xi sitt snin. Elaine damet sitt xhur iddur b’żewġha, David, qabel ma miet bil-​kanċer. In-​niket tagħha tant kien profond li ftit wara li miet żewġha tilfet id-​dawl t’għajnejha għal xi żmien. Sentejn wara ħassha ħażin meta kienet barra mid-​dar. It-​tabib tagħha ma setaʼ jsibilha ebda ħjiel taʼ xi marda fiżika. Madankollu, hu skopra li Elaine kienet ilha tiġmaʼ kollox ġewwa fiha, u għalhekk issuġġerielha li tmur id-​dar u tagħmel minn kollox biex tipprova tibki. “Domt mhux ħażin biex stajt nistabar ftit min-​niket tiegħi,” tammetti Elaine, u meta tħossha waħedha, tkompli tgħid hi, “kont saħansitra nidħol fil-​kamra tas-​sodda u ngħaddas rasi fil-​ħwejjeġ taʼ David.”

Iva, il-​mewt tas-​sieħeb maħbub fiż-​żwieġ tistaʼ tikkaġuna diversi reazzjonijiet, għaliex meta tormol ma jfissirx biss li jkollok tgħix mingħajr żewġek. Per eżempju, Sandra għamlet ħabta tħossha li ma kinitx għadha l-​istess persuna taʼ qabel. Bħal kull mara oħra li tkun għadha kif romlot, hi bdiet tħossha beżgħana u mhix protetta. Sandra tiftakar: “Kont imdorrija li d-​deċiżjonijiet finali kien jiħodhom żewġi, issa ħabta u sabta sibt ruħi waħdi biex nieħu dawn id-​deċiżjonijiet jien. Ma tantx kont norqod. Ħassejtni għajjiena u bla saħħa. Kont insibha diffiċli biex inkun naf x’għandi nagħmel.”

Dak li ġara lil Sandra u lil Elaine jiġri madwar id-​dinja kuljum. Il-​mard, l-​inċidenti, il-​gwerer, it-​tindif etniku, u l-​vjolenza in ġenerali qed jikkontribwixxu għaż-​żjieda fin-​numru tar-​romol.a Ħafna minn dawn in-​nisa jsofru bla ma jisfogaw in-​niket tagħhom, u ma jkunux jafu x’se jaqbdu jagħmlu. X’jistgħu jagħmlu l-​ħbieb u l-​qraba biex jgħinu lil min jormol jaddatta ruħu? L-​artiklu li jmiss se jagħti xi suġġerimenti li jistgħu jkunu ferm t’għajnuna.

[Nota taʼ taħt]

a Nisa oħra jinsabu f’sitwazzjoni li tixbah lil dik tar-​romol għaliex l-​irġiel tagħhom ikunu telquhom. Għalkemm il-​problemi li jġibu magħhom is-​separazzjoni u d-​divorzju huma differenti, xi wħud mill-​prinċipji li se jiġu diskussi fl-​artiklu li jmiss jistgħu wkoll jgħinu lin-​nisa f’dawn iċ-​ċirkustanzi.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja