Ċertifikat t’Eċċellenza
DAN huwa dak li tagħti l-Assoċjazzjoni tal-Ġurnalisti mill-Kongo u l-Afrika għall-Iżvilupp (AJOCAD) fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo sabiex “tippremja lil individwi jew għaqdiet soċjali għas-sehem speċjali li jagħtu sabiex jgħinu fl-iżvilupp [tal-Kongo].”
Fis-17 taʼ Novembru, 2000, iċ-Ċertifikat t’Eċċellenza ġie preżentat lix-Xhieda taʼ Jehovah għas-“sehem li jagħtu sabiex jgħinu lin-nies tal-Kongo jiżviluppaw [permezz] taʼ l-edukazzjoni u t-tagħlim fil-pubblikazzjonijiet tagħhom.”
Meta kkummentat fuq dan il-premju, il-gazzetta Le Phare taʼ Kinxasa rrapportat: “Huwa diffiċli biex issib persuna waħda fil-Kongo li xi darba jew oħra m’għaddewx minn idejha r-rivisti t-Torri taʼ l-Għassa u Stenbaħ! jew pubblikazzjonijiet oħra maħruġin mix-Xhieda taʼ Jehovah. Dawn ir-rivisti [jitkellmu] fuq l-aspetti kollha tal-ħajja.” L-artiklu semma wkoll li l-pubblikazzjonijiet juru “kif tistaʼ tkampa mal-problemi taʼ llum” u juru “x’inhi l-vera tifsira wara l-affarijiet li qed jiġru bħalissa.” Kull ħarġa taʼ Stenbaħ! “tibqaʼ newtrali fejn għandha x’taqsam il-politika u ma tagħtix importanza lil xi razza iktar minn oħra.” Barra minn hekk, il-pubblikazzjonijiet jibnu l-“fiduċja fil-wegħda tal-Ħallieq li dalwaqt se jġib dinja kollha paċi u sigurtà biex tieħu post din is-sistema t’affarijiet ħażina u bla liġi.”
Bħalma nnotat l-AJOCAD, il-pubblikazzjonijiet tax-Xhieda taʼ Jehovah taw prova li huma taʼ benefiċċju għall-parti l-kbira mill-popolazzjoni tal-Kongo. Peress li huma disponibbli f’mijiet taʼ lingwi, anki int tistaʼ tibbenefika mill-messaġġ taʼ tama li jagħtu.
Jekk jogħġbok iċċekkja hawn taħt biex tara kif tistaʼ tagħmel dan.