LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w02 2/1 pp. 3-4
  • Kemm Hi Importanti l-Indafa?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kemm Hi Importanti l-Indafa?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Materjal Simili
  • L-Indafa—Xi Tfisser Tassew?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • L-Indafa—Għala Hija Importanti?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • Ġeħova jħobb nies nodfa
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2019
  • Alla Jħobb Nies Nodfa
    “Żommu Ruħkom fl-Imħabba t’Alla”
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
w02 2/1 pp. 3-4

Kemm Hi Importanti l-​Indafa?

L-​INDAFA għandha tifsira differenti għal nies differenti. Per eżempju, meta omm tgħid lit-​tifel żgħir tagħha biex imur jaħsel wiċċu u idejh, hu jistaʼ jaħseb li jekk biss ipoġġi subgħajh taħt il-​vit u kemm kemm ixarrab xofftejh ikun biżżejjed. Imma ommu taf aħjar minn hekk. Hi tieħdu lura fil-​kamra tal-​banju u togħroklu sew wiċċu u idejh b’ħafna sapun u ilma—avolja hu forsi jipprotesta bl-​ikrah!

Ovvjament, il-​livelli taʼ ndafa m’humiex l-​istess mad-​dinja kollha, u għalhekk in-​nies jikbru b’ideat differenti dwar l-​indafa. Fl-​imgħoddi, f’ħafna pajjiżi, skola nadifa u organizzata tajjeb għenet lill-​istudenti jiżviluppaw drawwiet tajbin taʼ ndafa. Illum, xi grawnds taʼ l-​iskola tant huma mimlijin żibel u ħmieġ li iktar jixbhu lil xi miżbla milli post fejn wieħed jilgħab u jiddeverti. U xi ngħidu għall-​klassijiet? Darren, purtinar fi skola sekondarja fl-​Awstralja, osserva: “Issa qed naraw il-​ħmieġ fil-​klassi wkoll.” Xi studenti meta jisimgħu l-​kliem “Iġbor” jew “Naddaf” iqisuh bħala kastig. Il-​problema hi li xi għalliema jikkastigaw lill-​istudenti billi jġagħluhom inaddfu.

Min-naħa l-​oħra, l-​adulti m’humiex dejjem taʼ eżempju tajjeb f’dik li hi ndafa, kemm fil-​ħajja taʼ kuljum u kemm fuq il-​post tax-​xogħol. Per eżempju, ħafna postijiet pubbliċi jitħallew imħarbtin u fi stat ħażin. Xi industriji jniġġsu l-​ambjent. Imma t-​tinġis m’huwiex kaġunat minn xi industriji jew negozji mhux identifikati, iżda min-​nies. Filwaqt li r-​regħba x’aktarx li hi l-​kawża prinċipali għat-​tinġis u l-​ħafna effetti ħżiena tiegħu, parti mill-​problema tirriżulta minn drawwiet taʼ nuqqas taʼ ndafa persunali. Wieħed li kien direttur ġenerali tal-​Commonwealth taʼ l-​Awstralja qabel maʼ din il-​konklużjoni meta qal: “Il-​kwistjonijiet kollha tas-​saħħa pubblika jirriduċu ruħhom għal kull raġel, mara, tifel jew tifla individwalment.”

Xorta waħda, xi wħud iħossu li l-​indafa hi kwistjoni persunali u m’għandha tkun affari taʼ ħadd. Imma hu veru dan?

L-indafa għandha importanza kbira fejn jidħol l-​ikel—kemm jekk nixtruh minn xi suq, nikluh f’xi restorant, jew f’xi ikla għand il-​ħbieb. Livell għoli taʼ ndafa huwa mistenni minn dawk li jkunu qegħdin jieħdu ħsieb jew iservu l-​ikel li nieklu. Idejn maħmuġin—tagħhom jew tagħna—jistgħu jkunu l-​kaġun taʼ ħafna mard. Xi ngħidu għall-​isptarijiet, li mill-​postijiet kollha huma l-​post fejn l-​iktar li nistennew li nsibu l-​indafa? The New English Journal of Medicine rrapporta li idejn mhux maħsulin fost it-​tobba u l-​infermieri jistgħu jgħinuna nifhmu għala xi pazjenti fl-​isptar jiżviluppaw infezzjonijiet li jiswew madwar għaxar biljun dollaru Amerikan (Lm4,350,000,000) kull sena biex jiġu mfejqin. Aħna bi dritt nistennew li ħadd m’għandu jipperikolalna saħħitna bid-​drawwiet maħmuġin tiegħu.

Hija ħaġa serja ħafna wkoll meta xi ħadd—apposta jew mingħajr ħsieb—iniġġes il-​provvisti taʼ l-​ilma tagħna. U kemm tistaʼ tippassiġġa ħafi b’moħħok mistrieħ maʼ xatt il-​baħar fejn jistaʼ jkun hemm siringi użati minn nies drogati u oħrajn? Forsi mistoqsija li tinteressana personalment saħansitra iktar hi: L-​indafa hija prattikata ġo darna stess?

Suellen Hoy, fil-​ktieb tagħha Chasing Dirt, tistaqsi: “Għadna nodfa daqskemm konna qabel?” Hi twieġeb: “Wisq probabbli le.” Hi tgħid li raġuni prinċipali hija l-​bidla kontinwa fil-​valuri soċjali. Peress li n-​nies iqattgħu inqas u inqas ħin id-​dar, huma sempliċement iħallsu lil xi seftura biex tnaddfilhom. Minħabba f’hekk, li nżommu ambjent nadif m’għadx għandu importanza persunali. “Jien ma nnaddafx ix-​shower—innaddaf lili nnifsi,” qal wieħed raġel. “Għallinqas, jekk id-​dar tkun maħmuġa, jien inkun nadif.”

Madankollu, l-​indafa hija ħafna iktar minn apparenza taʼ barra. Hija dak kollu li tiġbor fiha l-​etika biex tgħix f’saħħtek. Hija wkoll stat tal-​moħħ u l-​qalb li jinvolvi l-​morali u l-​qima tagħna. Ejja naraw għalfejn.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja