LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w03 1/1 p. 26
  • Il-Perseveranza Tagħha Ġiet Premjata

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Perseveranza Tagħha Ġiet Premjata
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Materjal Simili
  • Nisa Miżżewġin—Irrispettaw Profondament lil Żwieġkom
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Kif Tistaʼ Tagħmel il-​Ħajja tal-​Familja Tiegħek Hienja
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • Jiġi Alla l-Ewwel fil-Familja Tiegħek?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
  • Gwida Għaqlija għall-Miżżewġin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
w03 1/1 p. 26

Il-​Perseveranza Tagħha Ġiet Premjata

Ħafna individwi b’qalbhom retta jixtiequ li l-​maħbubin tagħhom jitgħallmu dwar l-​iskopijiet t’Alla, u b’hekk ikollhom ħajja hienja. Meta xi ħadd jiddedika lilu nnifsu lil Alla, x’aktarx li oħrajn, kbar u żgħar, ikunu għenu lil dak li jkun biex jieħu din id-​deċiżjoni għaqlija permezz tal-​kondotta tajba tagħhom. Dan kien minnu fil-​każ taʼ Jearim, tfajla adolexxenti fil-​Messiku, li waqt jum t’assemblea speċjali tax-​Xhieda taʼ Jehovah tat lill-​aħwa rġiel responsabbli din in-​nota li ġejja:

“Nixtieq naqsam magħkom il-​ferħ u l-​hena li qed inħoss. Ħalli ngħidilkom għala. Tmintax-il sena ilu, meta kont għadni ma twilidtx, il-​ġenituri tiegħi saru jafu bil-​verità. Ommi għamlet progress, u iktar tard jien u ħija għamilna l-​istess. Flimkien konna nitolbu lil Jehovah li missieri wkoll jaqbad it-​triq għall-​ħajja. Għaddew tmintax-il sena, u llum hija ġurnata speċjali ħafna għalina. Missieri se jitgħammed. Nirringrazzja lil Jehovah li ma ġabx it-​tmiem qabel ma wasal dan il-​mument hekk mistenni. Grazzi Jehovah!”

Matul is-​snin, il-​familja taʼ din it-​tfajla żgur li kellha f’moħħha l-​prinċipji miġburin fil-​parir imnebbaħ taʼ l-​1 Pietru 3:​1, 2, li jgħid: “Intom in-​nisa oqogħdu għas-​setgħa taʼ żwieġkom biex, jekk ikunu minn dawk li għadhom ma semgħux mill-​kelma taʼ l-​Evanġelju, jintrebħu, mhux bil-​kliem, imma bl-​imġiba tan-​nisa tagħhom, xħin jarawkom iġġibu ruħkom kif jixraq magħhom u bir-​rispett.” U ż-​żagħżugħa Jearim żgur li applikat il-​kliem taʼ Dewteronomju 5:16: “Weġġaħ lil missierek u ’l ommok, bħalma l-​Mulej, Alla tiegħek, ordnalek.” Il-​fatt li applikaw dawn il-​prinċipji u straħu bil-​paċenzja fuq Jehovah żgur li ġab barkiet lil Jearim u l-​familja tagħha.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja