LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w04 1/15 pp. 3-4
  • Il-Wegħdi taʼ Min Tistaʼ Tafda?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Wegħdi taʼ Min Tistaʼ Tafda?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Id-​Diżappunti Joktru
  • Wegħdi li Jiġu Mwettqin
  • Għala Għandek Iżżomm il-Wegħdi Tiegħek?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Wegħdi li Tistaʼ Tafdahom
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Ġeħova Dejjem Jagħmel Dak li Jwiegħed
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2020
  • Iżżommhom il-wegħdi tiegħek?
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2017
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
w04 1/15 pp. 3-4

Il-​Wegħdi taʼ Min Tistaʼ Tafda?

“IL-​WEGĦDI tiegħu kienu, bħalma kien hu f’dak iż-​żmien, kbar; imma l-​azzjonijiet tiegħu, bħalma hu issa, xejn.”—King Henry the Eighth, miktub minn William Shakespeare.

Il-wegħdi kbar li rrefera għalihom Shakespeare kienu dawk tal-​kardinal Ingliż Thomas Wolsey, li kellu poter kbir bħala politikant fl-​Ingilterra matul is-​seklu 16. Xi wħud forsi jgħidu li d-​deskrizzjoni taʼ Shakespeare tgħodd ukoll għall-​maġġuranza tal-​wegħdi li jisimgħu llum. Darba wara l-​oħra, in-​nies jiġu mwegħdin ħafna imma jirċievu ftit. B’hekk, m’huwiex diffiċli biex tifhem għala n-​nies jibdew jiddubitaw kwalunkwe wegħda li ssirilhom.

Id-​Diżappunti Joktru

Per eżempju, matul il-​konflitt terribbli fil-​Balkani fis-​snin 90 il-​Kunsill tas-​Sigurtà tal-​Ġnus Magħquda ddikjara l-​belt taʼ Srebrenica fil-​Bosnia bħala “post taʼ sigurtà.” Din mid-​dehra kienet garanzija taʼ min joqgħod fuqha li ngħatat mill-​komunità internazzjonali. Eluf taʼ refuġjati Musulmani fis-​Srebrenica hekk ħasbu. Madankollu, fl-​aħħar mill-​aħħar, il-​wegħda taʼ menqa taʼ sigurtà ma fissret assolutament xejn. (Salm 146:3) F’Lulju tas-​sena 1995, forzi li kienu qed jattakkaw sempliċement injoraw il-​forzi tal-​Ġnus Magħquda u invadew il-​belt. Iktar minn 6,000 Musulman sparixxew, u minn taʼ l-​inqas inqatlu 1,200 pajżan Musulman.

Kull qasam tal-​ħajja huwa mimli b’wegħdi miksurin. In-​nies iħossuhom imbroljati mill-​“għadd taʼ reklamar falz u qarrieqi” li qed jiġu bombardjati bih illum. Huma jħossuhom diżappuntati minħabba l-​“wegħdi miksurin li saru fil-​kampanji elettorali taʼ mijiet taʼ politikanti.” (The New Encyclopædia Britannica, Volum 15, paġna 37) Mexxejja reliġjużi taʼ fiduċja li jwiegħdu li se jieħdu ħsieb il-​merħliet tagħhom jabbużaw minnhom bl-​iktar mod vili. Anki f’xi professjonijiet bħall-​edukazzjoni u l-​mediċina—li suppost huma mmexxijin mill-​mogħdrija u t-​tħassib dwar oħrajn—xi wħud ittradew il-​fiduċja tagħhom u sfruttaw, jew saħansitra qatlu, lil dawk fdati f’idejhom. Mhux taʼ b’xejn li l-​Bibbja twissina biex naraw sewwa qabel ma nemmnu u biex ma nafdawx kull kelma!—Proverbji 14:15.

Wegħdi li Jiġu Mwettqin

M’għandniex xi ngħidu, ħafna nies iżommu l-​kelma tagħhom, saħansitra anki jekk din tkun taʼ sfida kbira għalihom. (Salm 15:4) Il-​kelma tagħhom hija l-​garanzija tagħhom, u huma jżommuha. Oħrajn b’sinċerità kbira jkunu jridu jżommu l-​wegħdi li għamlu b’intenzjoni tajba. Huma ħerqanin u lesti li jagħmlu dak li jkunu wiegħdu imma sempliċement ma jkunux jistgħu. Iċ-​ċirkustanzi jistgħu jfixklu anki l-​iktar pjanijiet nobbli.—Koħèlet 9:11.

Hi x’inhi r-​raġuni, ir-​realtà hi li ħafna nies isibuha diffiċli ħafna biex ipoġġu l-​fidi tagħhom fil-​wegħdi taʼ kulħadd. Għalhekk tqum il-​mistoqsija: Hemm xi wegħdi li nistgħu nafdaw? Iva. Aħna nistgħu nafdaw il-​wegħdi li nsibu fil-​Kelma t’Alla, il-​Bibbja. Għala ma teżaminax dak li jgħid l-​artiklu li jmiss dwar dan is-​suġġett? Int forsi tikkonkludi bħalma diġà għamlu miljuni, li aħna nistgħu verament nafdaw il-​wegħdi t’Alla.

[Sors tal-​Istampa f’paġna 3]

AP Ritratt/Amel Emric

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja