LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w04 1/15 p. 30
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
w04 1/15 p. 30

Mistoqsijiet mill-​Qarrejja

Liema ċirkustanzi ġagħlu lil Ġuda jkollu relazzjonijiet sesswali maʼ mara li hu ħasibha żienja, skond ma hu rakkontat f’Ġenesi 38:15, 16?

Waqt li Ġuda verament kellu relazzjonijiet sesswali maʼ mara li hu ħaseb li kienet żienja, din fir-​realtà ma kinitx żienja. Skond Ġenesi kapitlu 38, dan hu li ġara.

Qabel ma l-​ewwel imwieled taʼ Ġuda kellu t-​tfal minn martu, Tamar, hu nqatel minħabba li “kien ħażin f’għajnejn il-​Mulej.” (Ġenesi 38:7) F’dak iż-​żmien, kien hemm id-​drawwa li raġel kien jiżżewweġ lill-​armla taʼ ħuh. Dan kien jirrikjedi li meta raġel kien imut mingħajr werriet, ħuh kien fid-​dmir li jipprovdi werriet lill-​armla. Imma Onan, it-​tieni tifel taʼ Ġuda, irrifjuta li jwettaq l-​obbligu tiegħu. B’hekk, hu miet b’riżultat tal-​ġudizzju t’Alla. Ġuda mbagħad bagħat lil Tamar, il-​mara taʼ ibnu, lura d-​dar taʼ missierha sakemm Sela, it-​tielet tifel tiegħu, kien kbir biżżejjed biex jiżżewwiġha. Madankollu, maż-​żmien Ġuda naqas li jżewweġ lil Sela maʼ Tamar. Għalhekk, meta Ġuda mititlu l-​mara, Tamar fasslet pjan biex tikseb werriet minn Ġuda, l-​Iżraeli li kien missier ir-​raġel tagħha. Dan għamlitu billi għamlet taʼ bir-​ruħha li kienet prostituta tat-​tempju u qagħdet bil-​qiegħda mal-​ġenb tat-​triq li kienet taf li Ġuda kien se jgħaddi minnha.

Minħabba li ma kienx jaf li kienet Tamar, Ġuda kellu relazzjonijiet sesswali magħha. Bħala rigal għal dak li kienet għamlet, hi bil-​għaqal kisbet affarijiet persunali mingħandu, u bihom iktar tard tat prova li kienet tqila minnu. Meta nkixfet il-​verità, Ġuda ma qagħadx iwaħħal fiha imma bl-​umiltà qal: “Għandha raġun iżjed minni, għax jien ma tajthiex lil ibni Sela.” U kif kien xieraq, “ma għarafhiex iżjed.”—Ġenesi 38:26.

Ġuda aġixxa b’mod żbaljat għax ma tax lil Tamar lil ibnu Sela bħalma kien wiegħed. Kif ukoll hu kellu relazzjonijiet maʼ mara li hu ħaseb li kienet prostituta tat-​tempju. Dan kien imur kontra l-​iskop t’Alla, li kien li raġel ikollu relazzjonijiet sesswali biss fl-​arranġament taż-​żwieġ. (Ġenesi 2:24) Madankollu, fir-​realtà Ġuda ma kellux relazzjonijiet maʼ mara żienja. Minflok, hu mingħajr ma kien jaf wettaq dak li suppost wettaq ibnu Sela li kellu jiżżewweġ lil Tamar, u b’hekk it-​tfal li twieldu kienu leġittimi.

Tamar, min-​naħa tagħha, ma kienet ikkommettiet ebda adulterju. It-​tewmin tagħha ma ġewx kunsidrati bħala wlied il-​fornikazzjoni. Meta Bogħaż minn Betlehem ħa b’martu lil Rut il-​Mowabija għax kien fid-​dmir li jiżżewweġ lill-​armla tal-​qarib tiegħu, l-​anzjani taʼ Betlehem tkellmu b’mod tajjeb dwar Pereż, it-​tifel taʼ Tamar, billi qalu lil Bogħaż: “Ħa tkun darek bħad-​dar taʼ Pereż li Tamar wildet lil Ġuda, min-​nisel li jagħtik il-​Mulej minn din il-​mara żagħżugħa.” (Rut 4:12) Pereż hu msemmi wkoll fost l-​antenati taʼ Ġesù Kristu.—Mattew 1:1-3; Luqa 3:23-33.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja