LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w06 7/1 p. 31
  • Il-Fidi Tagħha Tinkuraġġixxi lil Oħrajn

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Fidi Tagħha Tinkuraġġixxi lil Oħrajn
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Materjal Simili
  • Tfittxija fit-Tul Imma Mhux Għalxejn
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
w06 7/1 p. 31

Il-​Fidi Tagħha Tinkuraġġixxi lil Oħrajn

META Silvia twieldet f’Diċembru taʼ l-​1992, hi dehret li kienet tifla ċkejkna f’saħħitha kompletament. Iżda fl-​età taʼ sentejn instab li Silvia kellha l-​marda cystic fibrosis, marda mingħajr kura li tikkaġuna problemi serji li dejjem jiżdiedu fin-​nifs u fl-​istonku. Biex tkampa mal-​marda tagħha, Silvia tieħu madwar 36 pillola kuljum, tieħu mediċina bl-​inhaler, u tingħata terapija fiżika. Ladarba l-​pulmun tagħha jesaʼ biss 25 fil-​mija min-​normal, hi jkollha żżomm kontenitur taʼ l-​ossiġnu marbut magħha, anki meta toħroġ barra.

“Huwa taʼ l-​għaġeb però kif Silvia tkampa maʼ din il-​marda,” tgħid Teresa, ommha. “Hi għandha fidi b’saħħitha grazzi għall-​għarfien taʼ l-​Iskrittura. Din il-​fidi tgħinha biex tkampa man-​niket u l-​iskumdità. Hi dejjem tiftakar fil-​wegħdi taʼ Ġeħova għal dinja ġdida, fejn dawk kollha morda se jiġu mfejqin.” (Rivelazzjoni 21:4) Id-​daħqa fiduċjuża li għandha Silvia tgħin biex tinkuraġġixxi lill-​membri tal-​familja tagħha meta f’xi mumenti jħossuhom skuraġġiti. Hi tgħid lill-​ġenituri tagħha u lil ħuha: “Il-​ħajja fid-​dinja l-​ġdida se tpatti għal kull sofferenza preżenti li għandna.”

Silvia taqsam l-​aħbar tajba tal-​Kelma t’Alla maʼ oħrajn regolarment, u n-​nies li titkellem magħhom jinnotaw li wiċċha jixgħel bl-​hena u bil-​ferħ. Il-​membri tal-​kongregazzjoni Kristjana fejn hi tattendi l-​laqgħat fil-​Canary Islands ukoll japprezzaw ħafna jisimgħuha tikkummenta u tipparteċipa. U wara kull laqgħa, Silvia tħobb tqattaʼ l-​ħin tiddiskuti maʼ ħutha l-​Kristjani. Il-​personalità dħulija u ferriħija tagħha qanqlet lil kulħadd fil-​kongregazzjoni biex iħobbha.

“Silvia tgħallimna lezzjoni importanti ħafna,” josserva missierha, Antonio. “Anki meta jkollna l-​problemi, il-​ħajja hija rigal mingħand Alla, u aħna għandna napprezzawha.” Bħal Silvia, il-​qaddejja kollha t’Alla​—kbar u żgħar—qed jistennew bil-​ħerqa ż-​żmien meta “ħadd minn min jgħammar hemm ma jgħid ‘Jien marid.’”​—Isaija 33:24.

[Stampa f’paġna 31]

Silvia taqra vers mill-​Bibbja waqt li ommha żżomm il-​kontenitur taʼ l-​ossiġnu

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja