LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w13 7/15 p. 32
  • “Ara Xi Ġmiel ta’ Stampi!”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Ara Xi Ġmiel ta’ Stampi!”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Materjal Simili
  • Indokraturi li Huma minn taʼ Quddiem—Dak li Jikkonduċi l-Istudju tat-Torri taʼ l-Għassa
    Il-Ministeru tas-Saltna—1998
  • Min Qed Jagħmel ir-Rieda taʼ Ġeħova Llum?
    Il-Ministeru tas-Saltna—2013
  • Ninkuraġġixxu lil Xulxin fil-Laqgħat
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2023
  • Tgħallem Kemm Tistaʼ mill-Istampi
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2025
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
w13 7/15 p. 32

“Ara Xi Ġmiel taʼ Stampi!”

Kemm-​il darba għedtu dan il-​kliem lilek innifsek jew lil oħrajn meta ftaħt ħarġa ġdida taʼ din ir-​rivista? L-​istampi u r-​ritratti sbieħ li huma preparati b’reqqa kbira qegħdin hemm bi skop. Huma jgħinuna nitgħallmu billi jġegħluna naħsbu u nħossu. Jistgħu jkunu t’għajnuna speċjalment meta nippreparaw għall-​Istudju tat-​Torri tal-​Għassa u nipparteċipaw fih.

Pereżempju, aħseb ftit dwar għala ntgħażlet l-​ewwel stampa taʼ kull artiklu għall-​istudju. X’turi? Kif torbot mat-​titlu tal-​artiklu jew mat-​tema Skritturali? Għal kull stampa, aħseb dwar x’għandha x’taqsam maʼ dak li qed jiġi diskuss u dwar kif tistaʼ tgħinek f’ħajtek stess.

Il-​ħu li jikkonduċi l-​Istudju tat-​Torri tal-​Għassa għandu jagħti lill-​membri tal-​kongregazzjoni l-​opportunità biex jikkummentaw fuq kull stampa, biex jgħidu kif din tapplika mal-​istudju jew liema impatt ħalliet fuqhom b’mod personali. Kultant, mal-​kliem taʼ mal-​istampa jkun hemm numru taʼ paragrafu. Dan jgħin lil min jikkonduċi biex ikun jaf meta għandu jiddiskuti l-​istampa. Meta ma jkunx hemm numru taʼ paragrafu, il-​ħu jistaʼ jiddeċiedi meta għandha tiġi diskussa l-​istampa. B’dan il-​mod, ilkoll se nibbenefikaw bis-​sħiħ minn dak li sar biex jgħin lill-​qarrej iġib quddiem għajnejh il-​lezzjonijiet li jinstabu fil-​Kelma t’Alla.

Ħu poġġieha b’dan il-​mod, “Wara li naqra artiklu li nkiteb b’mod mill-​isbaħ, l-​istampi jkunu bħaċ-​ċirasa fuq il-​kejk.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja