Werrej
September 15, 2014
© 2014 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
EDIZZJONI GĦALL-ISTUDJU
27 T’OTTUBRU, 2014–2 TAʼ NOVEMBRU, 2014
Konvint int li għandek il-verità? Għala?
PAĠNA 7 • GĦANJIET: 28, 107
3-9 TAʼ NOVEMBRU, 2014
Aqdi lil Alla lealment minkejja “ħafna tribulazzjonijiet”
PAĠNA 12 • GĦANJIET: 135, 133
10-16 TAʼ NOVEMBRU, 2014
PAĠNA 17 • GĦANJIET: 88, 24
17-23 TAʼ NOVEMBRU, 2014
Il-mewt, l-aħħar għadu, tinġieb fix-xejn
PAĠNA 23 • GĦANJIET: 111, 109
24-30 TAʼ NOVEMBRU, 2014
Żomm f’moħħok lil dawk fis-servizz fultajm
PAĠNA 28 • GĦANJIET: 95, 100
ARTIKLI GĦALL-ISTUDJU
▪ Konvint int li għandek il-verità? Għala?
Dan l-artiklu se jiddiskuti xi raġunijiet għala ħafna nies jikkonkludu li x-Xhieda taʼ Ġeħova għandhom il-verità. Se nikkunsidraw ukoll raġunijiet għala x-Xhieda huma konvinti li għandhom il-verità.
▪ Aqdi lil Alla lealment minkejja “ħafna tribulazzjonijiet”
Ilkoll kemm aħna se nesperjenzaw tribulazzjonijiet għax ngħixu fid-dinja taʼ Satana. Xi provi huma attakki diretti fuq il-fidi tagħna; oħrajn huma iktar sottili. Dan l-artiklu se jgħinna nagħrfu kif Satana jipprova jdgħajfilna l-fidi u kif nistgħu nħejju ruħna għall-attakki tiegħu.
▪ Ġenituri—Irgħu lil uliedkom
Il-ġenituri għandhom ir-responsabbiltà li jrabbu lil uliedhom “fid-dixxiplina u l-gwida mentali taʼ Ġeħova.” (Efesin 6:4) Dan l-artiklu jiddiskuti tliet modi kif il-ġenituri jistgħu jirgħu lil uliedhom u jgħinuhom iħobbu lil Ġeħova.
▪ Il-mewt, l-aħħar għadu, tinġieb fix-xejn
Il-mewt u dak li jwassal għaliha jġibu sofferenza kbira. In-nies għala jmutu? Il-mewt, l-aħħar għadu, kif se tinġieb fix-xejn? (1 Kor. 15:26) Ara kif it-tweġibiet jenfasizzaw il-ġustizzja taʼ Ġeħova, l-għerf tiegħu, u speċjalment l-imħabba tiegħu.
▪ Żomm f’moħħok lil dawk fis-servizz fultajm
Kemm fil-passat kif ukoll illum, ħafna aduraturi taʼ Ġeħova ħadmu iebes fis-servizz fultajm. X’nistgħu nagħmlu biex ‘inżommu f’moħħna l-għemil li ġej mill-fidi u t-taħbit bl-imħabba’ tagħhom?—1 Tess. 1:3.
QOXRA: Żewġ aħwa rġiel qed jaqsmu l-messaġġ tal-Bibbja maʼ sajjied f’Negombo, post mal-kosta tal-Punent tas-Sri Lanka
IS-SRI LANKA
POPOLAZZJONI
20,860,000
PUBBLIKATURI
5,600
PIJUNIERI REGULARI
641