LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w14 9/15 pp. 7-11
  • Konvint int li għandek il-verità? Għala?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Konvint int li għandek il-verità? Għala?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • L-AKBAR XOGĦOL EDUKATTIV FL-ISTORJA
  • GĦALA HUMA KONVINTI LI GĦANDHOM IL-VERITÀ
  • X’GĦANDNA NAGĦMLU BIL-​VERITÀ?
  • Kun Ċert li Għandek il-Verità
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2021
  • Għoti taʼ Xiehda “lill-Ġnus Kollha”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
  • Kun Konvint li Għandek il-Verità
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2020
  • “Morru u agħmlu dixxipli min-nies tal-ġnus kollha”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
w14 9/15 pp. 7-11
Koppja Kristjana lesta biex tgħaddi minn triq imħarbta biex tipprietka

Konvint int li għandek il-​verità? Għala?

“Agħtu prova lilkom infuskom dwar x’inhi r-rieda tajba u aċċettabbli u perfetta t’Alla.”—RUM. 12:2.

INT KIF TWIEĠEB?

  • Ħafna nies xi rrealizzaw minħabba li x-Xhieda taʼ Ġeħova baqgħu newtrali fi żminijiet taʼ gwerra?

  • Ix-xogħol tal-ippritkar tagħna għala jikkonvinċi lil ħafna li aħna Kristjani veri?

  • Għala int konvint li għandek il-verità?

1. Mexxejja reliġjużi Kattoliċi u Protestanti, x’għamlu matul żminijiet taʼ gwerra?

HIJA r-​rieda t’Alla li l-​Kristjani veri jmorru jiggwerraw u joqtlu nies taʼ nazzjonalità differenti? Matul il-​100 sena li għaddew, ħafna li jsejħu lilhom infushom Kristjani qatlu lil xulxin fi gwerer. Kattoliċi qatlu lil Kattoliċi, u Protestanti qatlu lil Protestanti. Mexxejja reliġjużi Kattoliċi u Protestanti saħansitra bierku lis-​suldati u l-​armi. Matul it-​Tieni Gwerra Dinjija, dan l-​aġir kiefer bejn nies li jsejħu lilhom infushom Kristjani seħħ għal darba wara l-​oħra.

2, 3. Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova x’għamlu matul it-​Tieni Gwerra Dinjija u wara, u għala?

2 Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova x’għamlu matul it-​Tieni Gwerra Dinjija? Huma żammew in-​newtralità Kristjana tagħhom. Ma involvew ruħhom f’ebda gwerra jew nuqqas taʼ qbil li kien hemm fost il-​ġnus. Għala? Għax riedu jobdu t-​tagħlim taʼ Ġesù u jimitaw il-​mod kif hu ħabb lil oħrajn. Ġesù qal: “B’dan ikun jaf kulħadd li intom dixxipli tiegħi, jekk ikollkom l-​imħabba bejnietkom.” (Ġw. 13:35) Ukoll, ix-​Xhieda ftakru fi prinċipji minn dak li Pawlu qal lill-​Korintin u applikaw dawn il-​prinċipji għas-​sitwazzjoni tagħhom.—Aqra t-​2 Korintin 10:3, 4.

3 Għalhekk, il-​Kristjani veri, li għandhom il-​kuxjenza tagħhom imħarrġa fuq il-​Bibbja, la jitgħallmu jiggwerraw u lanqas jieħdu sehem fi gwerer. Minħabba li jipprovaw jgħixu bħala Kristjani veri, eluf taʼ Xhieda, kbar u żgħar, irġiel u nisa, ġew persegwitati. Ħafna batew f’kampijiet taʼ xogħol iebes forzat u f’ħabsijiet. Matul iż-​żmien tan-​Nazi fil-​Ġermanja, xi wħud ġew saħansitra maqtulin. Minkejja l-​persekuzzjoni ħarxa li ffaċċjaw fl-​Ewropa, ix-​Xhieda qatt ma nsew l-​inkarigu tagħhom li jippritkaw l-​aħbar tajba tas-​Saltna taʼ Ġeħova. Huma għamlu dan lealment—f’ħabsijiet, f’kampijiet tal-​konċentrament, u fl-​eżilju.a Snin wara, fl-​1994, ix-​Xhieda ma ħadux sehem fil-​qtil tal-​massa li seħħ fl-​Irwanda. Huma baqgħu newtrali wkoll fil-​gwerra li qasmet lil dik li qabel kienet il-​Jugoslavja.

4. Meta n-​nies jaraw li x-​Xhieda taʼ Ġeħova huma newtrali, spiss x’jgħidu?

4 Peress li x-​Xhieda taʼ Ġeħova jibqgħu newtrali fi żminijiet taʼ gwerra, ħafna nies madwar id-​dinja jgħidu li x-​Xhieda verament iħobbu lil Alla u l-​proxxmu tagħhom u li huma Kristjani veri. X’inhuma xi raġunijiet oħrajn għala n-​nies jemmnu li x-​Xhieda taʼ Ġeħova huma Kristjani veri?

L-AKBAR XOGĦOL EDUKATTIV FL-ISTORJA

5. Is-​segwaċi tal-​bidu taʼ Ġesù liema bidla ffaċċjaw?

5 Mill-​bidu nett tal-​ministeru tiegħu, Ġesù enfasizza l-​importanza taʼ li tiġi mxandra l-​aħbar tajba tas-​Saltna t’Alla. Hu għażel 12-​il dixxiplu biex jibdew dan ix-​xogħol li iktar tard kien se jsir mad-​dinja kollha. Wara dan, Ġesù ħarreġ grupp taʼ 70 dixxiplu. (Lq. 6:13; 10:1) Dawn ġew imħejjijin biex iwasslu l-​aħbar tajba lil oħrajn. L-​ewwel lil-​Lhud, imma iktar tard kellhom jibdew jippritkaw l-​aħbar tajba lil nies taʼ ġnus oħra. X’bidla kbira kienet din għad-​dixxipli Lhud!—Atti 1:8.

6. X’wassal lil Pietru biex jirrikonoxxi l-​imparzjalità taʼ Ġeħova?

6 L-​appostlu Pietru ntbagħat fid-​dar taʼ Kornelju, Ġentil mhux ċirkonċiż. Pietru mbagħad irrikonoxxa li Alla hu imparzjali. Kornelju u l-​familja tiegħu tgħammdu. Il-​Kristjanità issa ma baqgħetx limitata għal-​Lhud biss; nies mill-​ġnus kollha setgħu jisimgħu l-​verità u jaċċettawha. (Atti 10:9-​48) Minn dakinhar ’il quddiem, Pietru u l-​bqija tad-​dixxipli taʼ Ġesù ppritkaw lil nies tal-​ġnus kollha.

7, 8. Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova x’għamlu biex jgħinu lin-​nies jisimgħu l-​aħbar tajba? (Ara l-​ewwel stampa.)

7 Fi żmienna, dawk li jieħdu t-​tmexxija fl-​organizzazzjoni taʼ Ġeħova jappoġġaw u jorganizzaw b’mod żeluż l-​ippritkar u t-​tagħlim tal-​aħbar tajba madwar id-​dinja. Illum, kważi tmien miljun Xhud żeluż qed jagħmlu l-​almu tagħhom biex jaqsmu l-​messaġġ taʼ Kristu f’iktar minn 600 lingwa, u dan in-​numru kulma jmur dejjem jiżdied! Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jintgħarfu faċilment mill-​ministeru tagħhom minn dar għal dar u mill-​ippritkar tagħhom fit-​toroq, u kultant jużaw imwejjed u stends biex juru l-​letteratura f’ħafna lingwi.

8 Iktar minn 2,900 traduttur irċivew taħriġ speċjalizzat biex jittraduċu l-​Bibbja u letteratura Biblika. Din il-​letteratura tiġi tradotta saħansitra f’lingwi li ma tantx huma magħrufin. Pereżempju, ix-​Xhieda taʼ Ġeħova fi Spanja issa jittraduċu letteratura Biblika bil-​lingwa Katalana. Dan għaliex reċentement ħafna iktar nies bdew jużaw il-​Katalan fir-​reġjuni taʼ Valenzja u Alicante, fil-​Gżejjer Baleariċi, u wkoll fil-​pajjiż t’Andorra. Illum hemm miljuni taʼ nies li jitkellmu bil-​Katalan. Minħabba x-​xogħol tat-​traduzzjoni li jsir mix-​Xhieda taʼ Ġeħova, in-​nies Katalani għandhom il-​letteratura u l-​laqgħat bil-​lingwa li tmissilhom qalbhom.

9, 10. Liema eżempji juru li l-​organizzazzjoni taʼ Ġeħova trid li n-​nies kollha jitgħallmu l-​verità?

9 Dan ix-​xogħol tat-​traduzzjoni u tagħlim qed isir mad-​dinja kollha. Pereżempju, fil-​Messiku l-​biċċa l-​kbira tan-​nies jitkellmu bl-​Ispanjol, imma ħafna nies maʼ tad-​dar jitkellmu lingwa oħra. Waħda minn dawn il-​lingwi hi l-​Maja. L-​aħwa li jaħdmu fit-​traduzzjoni tal-​Maja ntbagħtu jgħixu f’parti tal-​pajjiż fejn jitkellmu l-​lingwa Maja. Minħabba li t-​tradutturi jistgħu jisimgħu u jitkellmu l-​Maja fil-​ħajja taʼ kuljum, il-​pubblikazzjonijiet qed jiġu tradotti b’tali mod li n-​nies tal-​Maja jistgħu jifhmuhom faċilment. Eżempju ieħor huwa n-​Nepaliż, waħda mil-​lingwi li jitkellmu fin-​Nepal. F’dan il-​pajjiż jgħixu iktar minn 29 miljun ruħ u hemm mal-​120 lingwa. Imma hemm iktar minn għaxar miljun ruħ li jitkellmu bin-​Nepaliż u ħafna oħrajn jużawh bħala t-​tieni lingwa. Il-​letteratura Biblika tagħna qed tiġi pubblikata f’din il-​lingwa wkoll.

10 L-​organizzazzjoni taʼ Ġeħova tieħu bis-​serjetà l-​inkarigu li tipprietka l-​aħbar tajba mad-​dinja kollha, u dan jidher mill-​appoġġ li jingħata lill-​ħafna timijiet tat-​traduzzjoni madwar id-​dinja. Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova qassmu miljuni taʼ fuljetti, browxers, u rivisti bla ma jitolbu flus mingħand il-​pubbliku. Ix-​Xhieda jagħmlu tajjeb għall-​ispejjeż billi jappoġġaw dan ix-​xogħol bid-​donazzjonijiet volontarji tagħhom. Huma jsegwu l-​istruzzjoni taʼ Ġesù: “Irċivejtu b’xejn, agħtu b’xejn.”—Mt. 10:8.

Aħwa qed jaħdmu fit-traduzzjoni

Aħwa fit-traduzzjoni qed jippreparaw pubblikazzjonijiet bil-lingwa Low German (Ara paragrafu 10)

Oħt tipprietka lil mara fil-Paragwaj, qed tuża pubblikazzjoni bil-lingwa Low German

Pubblikazzjonijiet bil-lingwa Low German huma utli fil-Paragwaj (Ara wkoll l-​ewwel stampa)

11, 12. Peress li nippritkaw u ngħallmu madwar id-​dinja, ħafna nies x’jgħidu?

11 Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova tant huma konvinti li għandhom il-​verità li jagħmlu sagrifiċċji kbar sabiex jippritkaw lin-​nies taʼ kull ġens u kultura. Ħafna ssimplifikaw ħajjithom, tgħallmu lingwa oħra, u addattaw ruħhom għal kultura differenti biex jieħdu sehem f’dan ix-​xogħol Kristjan vitali. Peress li nippritkaw u ngħallmu madwar id-​dinja, ħafna nies jgħidu li x-​Xhieda taʼ Ġeħova huma s-​segwaċi veri taʼ Ġesù Kristu.

12 Ix-​Xhieda jagħmlu dan kollu għax huma konvinti li sabu l-​verità. Imma x’kien hemm iktar li kkonvinċa lil miljuni taʼ nies li x-​Xhieda taʼ Ġeħova għandhom il-​verità?—Aqra Rumani 14:17, 18.

GĦALA HUMA KONVINTI LI GĦANDHOM IL-VERITÀ

13. Ix-​Xhieda kif iżommu l-​organizzazzjoni nadifa?

13 Aħna nistgħu nibbenefikaw minn kummenti li għamlu Kristjani devoti taʼ żmienna, li huma konvinti li għandhom il-​verità. Ħu li ilu ħafna jaqdi lil Ġeħova esprima s-​sentimenti tiegħu b’dan il-​mod: “Isir kull sforz biex l-​organizzazzjoni taʼ Ġeħova tinżamm nadifa u bla tebgħa moralment, ikun min ikun li jkollu bżonn jingħata parir jew dixxiplina.” Il-​poplu taʼ Ġeħova kif iżomm dan il-​livell għoli? Kull wieħed minnhom jagħmel l-​aħjar li jistaʼ biex jobdi dak li Alla jgħid fil-​Bibbja u biex jimita lil Ġesù u d-​dixxipli tiegħu. Għadd relattivament żgħir biss taʼ Xhieda ma ridux jgħixu skont il-​livelli t’Alla u kellhom jiġu maqtugħin mis-​sħubija, jiġifieri jitneħħew mill-​kongregazzjoni. Il-​biċċa l-​kbira tax-​Xhieda taʼ Ġeħova jgħixu b’tali mod li hu nadif f’għajnejn Ġeħova. Ħafna li fil-​passat għamlu affarijiet li Alla ma japprovax, inbidlu u issa qed jgħixu fi qbil mal-​livelli t’Alla.—Aqra l-​1 Korintin 6:9-11.

14. Ħafna li kienu ġew maqtugħin mis-​sħubija x’għamlu, u b’liema riżultat?

14 Xi ngħidu għal dawk li kellhom jiġu maqtugħin mis-​sħubija tal-​kongregazzjoni biex tiġi obduta d-​direzzjoni Skritturali? Eluf minnhom nidmu minn dak li għamlu u ġew milqugħin lura fil-​kongregazzjoni. (Aqra t-​2 Korintin 2:6-8.) Minħabba li x-​Xhieda dejjem jużaw il-​Bibbja bħala l-​gwida għall-​kondotta tagħhom, il-​kongregazzjonijiet jinżammu nodfa. Dan jaċċertahom li l-​organizzazzjoni tagħhom hi l-​waħda li Alla japprova. Minkejja li ħafna knejjes iħallu lill-​membri tagħhom jagħmlu li jridu, ix-​Xhieda jgħixu skont il-​livelli taʼ Ġeħova. Dan ikkonvinċa lil ħafna nies li x-​Xhieda taʼ Ġeħova għandhom il-​verità.

15. Xi kkonvinċa lil wieħed ħu li għandu l-​verità?

15 Xhieda oħra għala jemmnu li għandhom il-​verità? Ħu li għandu 54 sena ilu jaqdi lil Ġeħova minn mindu kien żagħżugħ. Hu jgħid li l-​fidi tiegħu hi bbażata fuq tliet affarijiet importanti, li hu jqishom bħala pilastri: (1) li Alla jeżisti, (2) li l-​Bibbja hi minn Alla, u (3) li x-​Xhieda taʼ Ġeħova huma l-​uħud li qed jagħmlu r-​rieda t’Alla fuq l-​art illum. Hu jgħid: “Hekk kif studjajt tul is-​snin, dejjem ipprovajt ngħaddi minn prova lil dawn il-​pilastri u nistaqsi lili nnifsi jekk humiex verament ibbażati fis-​sod. L-​evidenza għal kull waħda minn dawn kibret b’mod sostanzjali sena wara sena, u dan saħħaħ il-​fidi tiegħi u kompla jikkonvinċini iktar li aħna tabilħaqq għandna l-​verità.”

16. Waħda oħt għala hi konvinta li għandha l-​verità?

16 Oħt miżżewġa li taqdi fil-​kwartieri ġenerali tax-​Xhieda taʼ Ġeħova fi New York esprimiet x’jikkonvinċiha li għandha l-​verità. Hi tgħid li l-​organizzazzjoni taʼ Ġeħova hi l-​unika organizzazzjoni li tgħid lil oħrajn dwar isem Ġeħova, li jinsab mas-​7,000 darba fil-​Bibbja. Hi tiġi inkuraġġita wkoll minn dak li tgħid l-​iskrittura tat-​2 Kronaki 16:9: “Għajnejn Ġeħova jiġru ’l hemm u ’l hawn maʼ l-​art kollha biex juri s-​saħħa tiegħu għan-​nom taʼ dawk li qalbhom hi sħiħa lejh.” Hi tgħid: “Il-​verità wrietni kif ikolli qalb sħiħa sabiex Ġeħova jkun jistaʼ juri bla tfixkil is-​saħħa tiegħu għan-​nom tiegħi. Ir-​relazzjoni tiegħi maʼ Ġeħova hi prezzjuża ħafna għalija. U jien napprezza l-​irwol taʼ Ġesù f’li jipprovdi għarfien dettaljat dwar Alla li jsostnini.”

17. Ħu li qabel kien ateu minn xiex hu konvint, u għala?

17 Ħu li qabel kien ateu qal: “Il-​ħolqien jikkonvinċini li Alla jrid li l-​bnedmin igawdu l-​ħajja, u għalhekk mhux se jħalli t-​tbatija tibqaʼ sejra għal dejjem. Ukoll, hekk kif id-​dinja tkompli togħdos iktar ’l isfel fil-​ħażen, il-​poplu taʼ Ġeħova qed jikber fil-​fidi, iż-​żelu, u l-​imħabba. L-​ispirtu taʼ Ġeħova biss jistaʼ jagħmel dan il-​miraklu li qed isir fi żmienna.”—Aqra l-​1 Pietru 4:1-4.

18. Kif tħossok dwar is-​sentimenti li esprimew dawn iż-​żewġ aħwa rġiel?

18 Ħu ieħor li ilu fil-​verità bosta snin jagħti dawn ir-​raġunijiet għala jemmen li għandu l-​verità: “L-​istudju tiegħi matul is-​snin ikkonvinċieni li x-​Xhieda għamlu sforzi kbar biex jimitaw lill-​Kristjani tal-​ewwel seklu. Rajt b’għajnejja stess l-​unità globali tax-​Xhieda taʼ Ġeħova hekk kif dort id-​dinja. Il-​verità mill-​Bibbja għamlitni sodisfatt u ferħan.” Meta ħu li għandu fuq is-​60 sena ġie mistoqsi xi kkonvinċieh li kien sab il-​verità, hu ffoka fuq Ġesù Kristu u spjega: “Aħna studjajna bir-​reqqa l-​ħajja u l-​ministeru taʼ Ġesù u sirna napprezzaw l-​eżempju tiegħu. Għamilna aġġustamenti f’ħajjitna biex nersqu eqreb lejn Alla permezz taʼ Kristu Ġesù. Aħna rrikonoxxejna li s-​sagrifiċċju taʼ Kristu bħala fidwa hu l-​bażi għas-​salvazzjoni tagħna. U nafu li hu ġie mqajjem mill-​imwiet. Għandna xhieda taʼ min joqgħod fuqha taʼ wħud li raw b’għajnejhom stess dan il-​fatt.”—Aqra l-​1 Korintin 15:3-8.

X’GĦANDNA NAGĦMLU BIL-​VERITÀ?

19, 20. (a) Pawlu liema responsabbiltà semma fl-​ittra tiegħu lill-​kongregazzjoni f’Ruma? (b) Bħala Kristjani dedikati, x’inhu l-​privileġġ tagħna?

19 Bħala Kristjani li nħobbu lill-​proxxmu tagħna, ma nistgħux inżommu l-​għarfien prezzjuż tal-​verità għalina nfusna. Pawlu qal lill-​kongregazzjoni f’Ruma li s-​segwaċi veri taʼ Ġesù għandhom ir-​responsabbiltà li jippritkaw. Hu qal: “Jekk ixxandar pubblikament dik il-​‘kelma taʼ fommok,’ li Ġesù hu Mulej, u teżerċita l-​fidi f’qalbek li Alla qajmu mill-​imwiet, int tiġi salvat. Għax bil-​qalb wieħed jeżerċita l-​fidi għall-​ġustizzja, imma bil-​fomm jistqarr pubblikament għas-​salvazzjoni.”—Rum. 10:9, 10.

20 Bħala Xhieda dedikati taʼ Ġeħova, aħna konvinti li għandna l-​verità u konxji tal-​privileġġ li għandna li ngħallmu lil oħrajn l-​aħbar tajba tas-​Saltna t’Alla. Għalhekk, agħmilha l-​mira tiegħek li mhux biss tgħallem lil oħrajn dwar il-​Bibbja imma wkoll turihom li int konvint li għandek il-​verità bil-​mod kif tgħix.

a Ara l-​ktieb Jehovah’s Witnesses—Proclaimers of God’s Kingdom, paġni 191-​198, 448-​454.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja