LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • wp17 Nru. 5 p. 3
  • L-anġli—Jistgħu jeffettwawlek ħajtek?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-anġli—Jistgħu jeffettwawlek ħajtek?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2017
  • Materjal Simili
  • Għandek anġlu kustodju?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2017
  • Kif l-Anġli Jistgħu Jgħinuk
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • L-Anġli—“Spirti Għal Servizz Pubbliku”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • Imita lill-Anġli
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2025
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2017
wp17 Nru. 5 p. 3
Koppja tfarraġ mara billi tuża l-Bibbja

SUĠĠETT PRINĊIPALI | L-ANĠLI—X’TGĦID IL-BIBBJA DWARHOM?

L-​anġli—Jistgħu jeffettwawlek ħajtek?

Darba minnhom, il-​Ħadd waranofsinhar, Kenneth u Filomena, li jgħixu Curaçao, marru jżuru koppja miżżewġa li kienu qed jagħmlu studju tal-​Bibbja magħhom.

“Meta wasalna,” jirrakkonta Kenneth, “kien jidher li m’hemm ħadd id-​dar u lanqas il-​karozza ma kienet hemm. Imma xi ħaġa ġegħlitni nċempel fuq il-​mowbajl tal-​mara.”

Il-​mara wieġbet u spjegat li r-​raġel tagħha kien xogħol. Imma malli indunat li Kenneth u Filomena kienu wara l-​bieb, fetħitilhom u stidnithom jidħlu.

Mill-​ewwel indunaw li kienet qiegħda tibki. Hekk kif Kenneth qal talba biex jibda l-​istudju tal-​Bibbja, il-​mara reġgħet qabdet tibki. Allura Kenneth u Filomena staqsewha bil-​ħlewwa jekk kienx ġara xi ħaġa.

Il-​mara spjegat li hi kellha l-​ħsieb li ttemm ħajjitha dakinhar stess u li meta ċempel Kenneth, hi kienet qed tikteb nota dwar dan lil żewġha. Hi qaltilhom li kienet tbati minn dipressjoni. Huma qasmu magħha versi mill-​Bibbja biex jagħtuha faraġ, u dan l-​inkuraġġiment salvalha ħajjitha.

“Irringrazzjajna lil Ġeħova talli ppermettielna ngħinu lil din il-​mara ddisprata,” jgħid Kenneth, “u speċjalment talli qanqalna—forsi permezz taʼ anġlu jew tal-​ispirtu qaddis Tiegħu—biex nagħmlu dik it-​telefonata!”a

Għandhom raġun Kenneth u Filomena jemmnu li Alla interviena, kemm jekk permezz taʼ xi anġlu u kemm jekk permezz tal-​ispirtu qaddis, jew il-​forza attiva, Tiegħu? Jew kienet sempliċement kumbinazzjoni dik it-​telefonata f’waqtha taʼ Kenneth?

Ma nistgħux ngħidu fiċ-​ċert. Imma li nafu hu li Alla juża l-​anġli tiegħu biex jgħin lin-​nies spiritwalment. Pereżempju, il-​Bibbja tgħid li Alla uża anġlu biex jidderieġi lill-​evanġelizzatur Kristjan Filippu biex jgħin uffiċjal Etjopjan li kien qed ifittex għajnuna spiritwali.—Atti 8:26-31.

Diversi reliġjonijiet iħeġġu t-​twemmin fi ħlejjaq spirti sopranaturali. Lil xi wħud jiddeskrivuhom bħala ħlejjaq li jagħmlu l-​ġid jew li jaġixxu bħala anġli kustodji. Ħafna nies mhux biss jemmnu li l-​anġli jeżistu imma li dawn il-​ħlejjaq spirti jeffettwawlhom ħajjithom. Madankollu, hemm oħrajn li ma jemmnux li l-​anġli jeżistu.

Jeżistu verament l-​anġli? Jekk iva, allura x’inhi l-​oriġini tagħhom? X’inhi l-​verità dwar l-​anġli? Jistgħu dawn jeffettwawlek ħajtek? Ejja naraw l-​evidenza.

a Ġeħova hu l-​isem t’Alla kif jidher fil-​Bibbja.—Salm 83:18.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja