LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • wp19 Nru. 2 pp. 12-13
  • Meta tħoss li qtajt qalbek mill-ħajja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Meta tħoss li qtajt qalbek mill-ħajja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2019
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • FEJN TISTAʼ SSIB L-​GĦAJNUNA
  • HEMM SOLUZZJONI DEJJIEMA?
  • Id-Dipressjoni—Xi Jħoss Min Ibati Biha?
    Stenbaħ!—2009
  • Għajnuna Mingħand ‘l-Alla tal-Faraġ’
    Stenbaħ!—2009
  • Id-​dipressjoni fost iż-​żgħażagħ—Għala? X’jistaʼ jgħinhom?
    Stenbaħ!—2017
  • Kif nistaʼ nkampa mad-dipressjoni?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2019
wp19 Nru. 2 pp. 12-13
Mara għandha Bibbja miftuħa, bilqiegħda maʼ mejda, u tħares fil-bogħod

Meta tħoss li qtajt qalbek mill-ħajja

“Dejjem bqajt inħoss dawk l-​emozzjonijiet,” tammetti Adriana, mill-​Brażil. “Allura kkonkludejt li jkun aħjar jekk inneħħi ħajti b’idejja.”

ĠIELI ħassejtek daqshekk ħażin li ma xtaqtx tibqaʼ tgħix iktar? Mela forsi tifhem kif ħassitha Adriana. Hi batiet minn anzjetà qawwija u kienet tħossha mdejqa u bla tama. Adriana saret taf li kellha dipressjoni klinika.

Ikkunsidra wkoll kif ħassu raġel Ġappuniż jismu Kaoru, li kien jieħu ħsieb lill-​ġenituri morda tiegħu li kienu kbar fl-​età. “Dak iż-​żmien kelli wkoll wisq pressjoni fuq ix-​xogħol biex inkampa miegħu,” jispjega hu. “Maż-​żmien tlift l-​aptit, u ma bqajtx norqod sew. Bdejt naħseb kemm nistrieħ li kieku mmut.”

Raġel Niġerjan jismu Ojebode jgħid, “Kont inkun dejjem imdejjaq sal-​punt li nibki, allura bdejt nipprova nara kif se noqtol lili nnifsi.” Fortunatament, Ojebode, Kaoru, u Adriana ma għamlux suwiċidju. Imma kull sena mijiet taʼ eluf hekk jagħmlu.

FEJN TISTAʼ SSIB L-​GĦAJNUNA

Il-​maġġoranza tan-​nies li jikkommettu suwiċidju huma rġiel, li ħafna minnhom iħossuhom imbarazzati jitolbu l-​għajnuna. Ġesù qal li n-​nies morda għandhom bżonn tabib. (Luqa 5:31) Mela jekk int tħossok b’dan il-​mod, jekk jogħġbok tiddejjaqx tfittex l-​għajnuna. Ħafna li jbatu minn dipressjoni sabu li trattament mediku għenhom ikampaw. Kemm Ojebode, Kaoru, u kif ukoll Adriana rċivew għajnuna professjonali u issa qed ikampaw ħafna aħjar.

It-​tobba jistgħu jużaw mediċina jew terapija jew it-​tnejn li huma biex jikkuraw id-​dipressjoni. Dawk li jbatu minnha għandhom bżonn li l-​familja u l-​ħbieb tagħhom jipprovaw jifhmuhom, juru paċenzja, jieħdu ħsiebhom, u jappoġġjawhom. L-​aqwa ħabib li xi ħadd jistaʼ jkollu hu Alla Ġeħova, li jipprovdi għajnuna kbira fil-​Kelma tiegħu, il-​Bibbja.

HEMM SOLUZZJONI DEJJIEMA?

Vittmi taʼ dipressjoni ħafna drabi jkollhom bżonn trattament twil u jridu jitgħallmu jkampaw billi jagħmlu aġġustamenti fil-​mod kif jgħixu. Imma jekk int għandek id-​dipressjoni, tistaʼ tħares ’il quddiem għal futur sabiħ, bħal Ojebode. Hu jgħid: “Inħares ’il quddiem biex nara t-​twettiq taʼ Isaija 33:24, li jbassar żmien fejn ħadd fuq l-​art ma jgħid, ‘Jien marid.’” Bħal Ojebode, ikseb faraġ mill-​wegħda t’Alla taʼ “art ġdida,” fejn mhux se jkun hemm iktar “uġigħ.” (Rivelazzjoni 21:1, 4) Din il-​wegħda tfisser li mhux se jkun hemm iktar uġigħ mentali u emozzjonali. L-​emozzjonijiet taʼ wġigħ li tħoss se jitilqu darba għal dejjem. L-​uġigħ emozzjonali qatt iktar mhu se tibqaʼ ‘tiftakru, u lanqas iweġġaʼ l-​qalb.’—Isaija 65:17.

Versi tal-​Bibbja li jistgħu jkunu t’għajnuna

Alla jifhem kif tħossok.

“Jien, Ġeħova Alla tiegħek, qed naqbdek minn idek il-​leminija u ngħidlek, ‘Tibżax. Jien stess ngħinek.’”—Isaija 41:13.

Ġeħova jifhem kif inħossuna iktar minn kwalunkwe persuna oħra, u hu jrid jgħinna.

Immedita fuq il-​Kelma t’Alla.

“[Elija] beda jitlob li ruħu tmut u jgħid: ‘ . . . O Ġeħova, ħudli ruħi.’”—1 Slaten 19:4.

“Li nimmedita fuq il-​Kelma t’Alla għenni,” jgħid Ojebode. “Irrealizzajt li l-​profeta Elija darba ħassu eżatt bħalma kont inħossni jien.”

Tgħallem minn eżempji tal-​Bibbja.

“Jien [Ġesù] tlabt bil-​ħerqa għalik [Pietru] biex il-​fidi tiegħek ma tonqosx.”—Luqa 22:32.

Wara li l-​appostlu Pietru ċaħad lil Ġesù tliet darbiet, Pietru tant ħassu mdejjaq li beka fuq li beka. “L-​esperjenza taʼ Pietru,” jgħid Kaoru, “għenitni nara li Ġeħova u Ġesù kien jimpurtahom minn kif kien iħossu Pietru u dan veru inkuraġġieni.”

L-​uġigħ emozzjonali qatt iktar mhu se tibqaʼ ‘tiftakru, u lanqas iweġġaʼ l-​qalb.’—Isaija 65:17.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja