LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 10/97 p. 7
  • Int Xhud Full-Time?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Int Xhud Full-Time?
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1997
  • Materjal Simili
  • Żomm f’moħħok lil dawk fis-servizz fultajm
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Laħqet il-Mira Tagħha
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • X’Ifisser Għalik is-Suċċess?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Il-Ferħ li Jiġi mis-Servizz Full-Time
    Il-Ministeru tas-Saltna—2002
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—1997
km 10/97 p. 7

Int Xhud Full-Time?

1 Twieġeb iva għal din il-​mistoqsija? Għalkemm mhux il-​qaddejja dedikati kollha taʼ Jehovah jistgħu jidħlu fil-​ministeru full-time, m’huwiex raġonevoli li nistennew li lkoll kemm aħna għandna nqisu lilna nfusna bħala x-​Xhieda full-time tiegħu? Dażgur li għandna.

2 Kristjan part-time ma jeżistix. Ġesù qal dwar Missieru: “Jiena dejjem nagħmel dak li jogħġob lilu.” (Ġwann 8:29) Pawlu, li kien jaħsibha l-​istess, ħeġġiġna biex ‘nagħmlu kollox għall-​glorja taʼ Alla.’ (1 Kor. 10:31) Għalhekk, mela, ilkoll kemm aħna għandna nqisu lilna nfusna bħala Xhieda taʼ Jehovah full-time. Billi nħarsu lejna nfusna b’dan il-​mod se niġu influwenzati għat-​tajjeb f’kull attività li nagħmlu.

3 Ikkunsidra L-​Evidenza: Id-​dehra, il-​kliem, u l-​kondotta tagħna jistgħu jindikaw lil nies oħrajn li aħna verament ix-​Xhieda taʼ Jehovah. Aħna konxji tal-​bżonn li nilbsu modest, li ngħidu kliem edifikanti, u li nġibu ruħna kif jixraq kulmeta nkunu qegħdin nieħdu sehem fis-​servizz taʼ l-​għalqa jew nattendu l-​laqgħat Kristjani. Madankollu, kemm jekk aħna sejrin l-​iskola, u kemm jekk għandna xogħol sekulari, jew qed nipparteċipaw f’xi rikreazzjoni, kull ħaġa dwarna għandha tagħti evidenza li qed ngħixu mal-​livelli taʼ tjieba taʼ Jehovah.

4 Ġesù qal: “Belt li tkun qiegħda fuq muntanja ma tistax tinħeba. . . . Hekk għandu jiddi d-​dawl tagħkom quddiem il-​bnedmin, biex jaraw l-​għemejjel tajba tagħkom u jagħtu glorja lil Missierkom li hu fis-​smewwiet.” (Matt. 5:​14-​16) Dan għandu jkun minnu f’kull ħaġa li nagħmlu u l-​ħin kollu. Jekk qatt xi darba nsibu li qegħdin inżommu lura milli nagħtu xiehda minħabba l-​post fejn inkunu jew minħabba dak li nkunu qegħdin nagħmlu, għandna bżonn nistaqsu lilna nfusna, ‘Qiegħed jien naqdi lil Jehovah part-time jew full-time?’ Jalla qatt ma nħallu xi opportunità taħrabilna biex nitkellmu m’oħrajn dwar l-​aħbar tajba tas-​Saltna t’Alla.

5 Ftakar, aħna nonoraw u nogħġbu ’l Jehovah meta għall-​mistoqsija: “Int Xhud full-time?”, inkunu nistgħu nwieġbu b’mod qawwi: “Iva!”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja