LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 11/97 p. 2
  • Laqgħat tas-Servizz għal Novembru

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Laqgħat tas-Servizz għal Novembru
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1997
Il-Ministeru tas-Saltna—1997
km 11/97 p. 2

Laqgħat tas-​Servizz għal Novembru

Ġimgħa Li Tibda 3 Taʼ Novembru

Għanja 48

10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-​Ministeru Tas-​Saltna. “Aħbar Tajba Minn Fuq L-​Internet.” Ikkummenta fuq ir-​rapport tas-​servizz taʼ l-​għalqa għal Lulju, kemm tal-​pajjiż u kemm tal-​kongregazzjoni lokali.

15 min: “Il-​Bieb Kbir Għal Attività Huwa Miftuħ.” Taħdita minn anzjan, inkluża diskussjoni maʼ l-​udjenza. Inkuraġġixxi lil kulmin jistaʼ biex jirsisti għal sehem akbar fix-​xogħol taʼ l-​ippridkar. Inkludi xi pariri offruti fil-​Watchtower tal-​15 t’Awissu, 1989, paġna 22.

20 min: “Kompli Ibni Fuq L-​Interess Fl-​Aħbar Tas-​Saltna.” Mistoqsijiet u tweġibiet. Agħmel turijiet tal-​preżentazzjonijiet f’paragrafu 6. F’waħda minnhom, uri studju tal-​Bibbja qiegħed jinbeda.

Għanja 144 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa Li Tibda 10 Taʼ Novembru

Għanja 51

10 min: Avviżi lokali. Rapport tal-​kontijiet. Informa lill-​kongregazzjoni dwar it-​territorju li għad baqaʼ jinħadem bl-​Aħbar Tas-​Saltna Nru. 35. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex ikollu sehem sħiħ f’din l-​aħħar ġimgħa tal-​kampanja speċjali.

15 min: Bżonnijiet lokali.

20 min: “Nilħqu Mseħbin Fiż-​Żwieġ Li M’Humiex Xhieda.” Diskussjoni bejn żewġ anzjani li huma kkonċernati dwar li jsiru jafu iktar fuq livell persunali lill-​imseħbin li m’humiex taʼ l-​istess twemmin. Huma jikkunsidraw ukoll suġġerimenti offruti fit-​Torri Taʼ L-​Għassa tal-​15 t’Awissu, 1989, paġni 13-14, paragrafi 6-9. Inkludi esperjenzi mit-​Torri Taʼ L-​Għassa taʼ l-​1 t’Ottubru, 1995, paġna 22, paragrafi 11-12.

Għanja 148 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa Li Tibda 17 Taʼ Novembru

Għanja 53

10 min: Avviżi lokali. Aqsam xi esperjenzi lokali mill-​kampanja taʼ l-​Aħbar Tas-​Saltna Nru 35.

20 min: Aħtaf Din L-​Opportunità Unika! Taħdita bbażata fuq it-​Torri Taʼ L-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Diċembru, 1996, paġni 19-21.

15 min: “X’Se Ngħid?” Diskussjoni maʼ l-​udjenza. Aqra l-​ewwel paragrafu f’paġna 8 tal-​ktieb Reasoning, li jispjega kif il-​ktieb huwa maħsub biex jgħinna nagħtu xiehda b’mod effettiv fuq diversi suġġetti Bibliċi. Uri dan permezz taʼ xi turija jew tnejn ippreparati tajjeb.

Għanja 151 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa Li Tibda 24 Taʼ Novembru

Għanja 56

8 min: Avviżi lokali.

15 min: Manjieri Tajbin Waqt L-​Istudju Tal-​Ktieb Tal-​Kongregazzjoni. Aħna napprezzaw l-​ospitalità tal-​familji li jagħmlu darhom disponibbli għal studju tal-​ktieb. Dan għandu mnejn jinvolvi preparazzjoni u inkonvenjenza konsiderevoli. Meta nattendu, għandu jkollna manjieri tajbin u nuru rispett u konsiderazzjoni. Dawn għandhom jinkludu dan li ġej: (1) Għandna nimsħu saqajna sew qabel ma nidħlu, sabiex nevitaw li nħammġu l-​art u t-​tapiti. (2) Il-​ġenituri għandhom jieħdu ħsieb taʼ wliedhom, billi jkunu ċerti li dawn qegħdin iġibu ruħhom sew u li jibqgħu fil-​parti tad-​dar maħsuba għall-​istudju tal-​ktieb. (3) Għalkemm il-​grupp jistaʼ jkun żgħir u kemmxejn informali, din hija laqgħa tal-​kongregazzjoni u għandna nilbsu l-​istess bħal meta mmorru fis-​Sala tas-​Saltna. (4) Is-​sħubija wara l-​laqgħa m’għandhiex iddum sabiex il-​membri tad-​dar ikun jistaʼ jkollhom ftit tal-​ħin għalihom. (5) Fil-​waqt li sid id-​dar fejn jinżamm l-​istudju jistaʼ jagħżel li xi kultant iservi xi ħaġa ħafifa wara l-​istudju, kulħadd għandu jifhem li din il-​ħaġa la hija mistennija u lanqas hi meħtieġa.

22 min: Agħmlu Dixxipli, Billi Tgħallmuhom. Anzjan imexxi diskussjoni maʼ grupp taʼ tlieta jew erbaʼ pubblikaturi, billi jitwieġbu mistoqsijiet ibbażati fuq il-​ktieb Our Ministry, paġni 88-92: (1) Iż-​żjajjar lura għala huma essenzjali għal ministeru effettiv? Kif jistaʼ wieħed jiffaċċja l-​isfida taʼ li jagħmel żjajjar lura? (2) Għala nisħqu daqshekk fuq li nibdew studji tal-​Bibbja? Kif nistgħu nsiru tas-​sengħa f’li nikkonduċu studji? (3) Għala huwa importanti li nidderieġu lill-​istudenti lejn l-​organizzazzjoni? Dan kif nistgħu nagħmluh? Fid-​diskussjoni l-​aħwa jsemmu wkoll kif l-​inserts riċenti f’Il-Ministeru Tas-​Saltna taʼ Ġunju 1996 u taʼ Marzu u April 1997 għenuhom f’dawn l-​aspetti.

Għanja 160 u talba taʼ l-​għeluq.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja