Laqgħat tas-Servizz għal Lulju
Ġimgħa li Tibda 6 taʼ Lulju
10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-Ministeru tas-Saltna. Ikkummenta dwar ir-rapport tas-servizz taʼ l-għalqa għal Marzu għall-pajjiż u għall-kongregazzjoni lokali. Aħbarijiet Teokratiċi.
15 min: “Kemm Hu Sew li Nattendu Dejjem!” Mistoqsijiet u tweġibiet. Inkludi l-kummenti mill-Awake! tat-8 taʼ Ġunju, 1988, paġni 19-21, biex tinkuraġġixxi liż-żgħażagħ jattendu għal-laqgħat regolarment.
20 min: “Il-Proxxmu Tagħna Għandu Bżonn Jismaʼ l-Aħbar Tajba.” Ara li jkollok żewġ pubblikaturi kapaċi jew tlieta biex jirrevedu s-suġġerimenti ħalli jiġu ppreżentati ftit mill-browxers li l-kongregazzjoni għandha maħżunin. Spjega għala jistgħu jkunu effettivi fit-territorju lokali. Enfasizza l-għan taʼ li jinbdew studji tal-Bibbja bil-browxer X’Jirrikjedi jew bil-ktieb Għarfien. Agħti turija dwar preżentazzjoni inizjali segwita minn żjara lura u offerta taʼ studju. Ftakar biex issemmi l-arranġament tad-donazzjoni kulmeta xi ħadd jistaqsi dwar il-prezz.
Għanja 73 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 13 taʼ Lulju
10 min: Avviżi lokali. Rapport tal-kontijiet. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex jikkunsidra bis-serjetà li jagħmel ix-xogħol taʼ pijunier awżiljarju matul Awissu, meta se jkun hemm ħames Sibtijiet u Ħdud.
15 min: Bżonnijiet lokali.
20 min: Qiegħed l-Ispirtu tad-Dinja Jivvelenak? Taħdita minn anzjan ibbażata fuq il-Watchtower taʼ l-1 t’Ottubru, 1997, paġni 25-9.
Għanja 182 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 20 taʼ Lulju
8 min: Avviżi lokali. Irrevedi l-kaxxa intitolata “Quċċata Ġdida għal Awissu?”
12 min: “Żjara li Tistaʼ Tkun Barka.” Diskussjoni bejn żewġ anzjani. Spjegaw l-objettivi tax-xogħol pastorali bħalma huwa rrevedut fil-Watchtower tal-15 taʼ Settembru, 1993, paġni 20-3. Bil-kordjalità inkuraġġixxu lill-kongregazzjoni biex tħares ’il quddiem lejn iż-żjajjar taʼ l-anzjani.
25 min: “Is-Servizz taʼ Pijunier—Jgħodd Għalik?” (Paragrafi 1-14) L-indokratur tas-servizz jibda billi jagħti rimarki qosra, billi jinkuraġġixxi lil kulħadd biex jaħseb bis-serjetà dwar ix-xogħol taʼ pijunier regulari. Imbagħad jiddiskuti l-ewwel mistoqsija, inkluż il-kummenti minn “Enthusiastic Pioneer Spirit” (Spirtu Entużjast taʼ Pijunier) fin-1998 Yearbook, paġni 104-5. Żewġ membri tal-kongregazzjoni jew tlieta li għandhom l-esperjenza fix-xogħol taʼ pijunier jingħaqdu miegħu fuq il-pletform biex jiddiskutu t-tieni mistoqsija. Jaqsmu ħarsa prattika u realistika dwar kif inhu possibbli li tgħaddi materjalment bħala pijunier. Imbagħad żewġ ġenituri jingħaqdu mal-grupp biex jiddiskutu t-tielet mistoqsija. Huma jagħtu raġunijiet pożittivi għala ż-żgħażagħ għandhom jikkunsidraw serjament karriera fis-servizz full-time. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex jattendi għal-Laqgħa tas-Servizz tal-ġimgħa d-dieħla, meta se jiġu kkunsidrati l-mistoqsijiet li fadal.
Għanja 80 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 27 taʼ Lulju
15 min: Avviżi lokali. Fakkar lil kulħadd biex jitfaʼ r-rapport tas-servizz taʼ l-għalqa għal Lulju. Ħabbar l-arranġamenti tas-servizz għall-ewwel tmiem il-ġimgħa t’Awissu, u inkuraġġixxi lil kulħadd biex jieħu sehem. Irrevedi l-“Programm Ġdid għall-Assemblea tas-Circuit.”
30 min: “Is-Servizz taʼ Pijunier—Jgħodd Għalik?” (Paragrafi 15-25) Taħdita u diskussjoni kondotta minn anzjan. Ftiehem bil-quddiem biex il-pijunieri u dawk li kienu pijunieri fil-passat jaqsmu espressjonijiet minn qalbhom bi tweġiba għar-rabaʼ u l-ħames mistoqsija. Jenfasizzaw il-bżonn għal skeda tajba u li jżommu magħha, billi jagħtu eżempji taʼ skedi prattiċi taʼ servizz taʼ kull ġimgħa li huma verament effettivi. L-anzjan jikkonkludi b’taħdita li tqanqal u li twieġeb is-sitt mistoqsija. Il-bidu tas-sena taʼ servizz fl-1 taʼ Settembru huwa żmien mill-aħjar biex pijunieri ġodda jibdew is-servizz full-time tagħhom. L-applikazzjonijiet jistgħu jinkisbu mingħand kwalunkwe membru tal-Kumitat tas-Servizz tal-Kongregazzjoni.
Għanja 51 u talba taʼ l-għeluq.