LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 11/98 p. 2
  • Laqgħat tas-Servizz għal Novembru

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Laqgħat tas-Servizz għal Novembru
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1998
  • Sottitli
  • Ġimgħa li Tibda 2 taʼ Novembru
  • Ġimgħa li Tibda 9 taʼ Novembru
  • Ġimgħa li Tibda 16 taʼ Novembru
  • Ġimgħa li Tibda 23 taʼ Novembru
  • Ġimgħa li Tibda 30 taʼ Novembru
Il-Ministeru tas-Saltna—1998
km 11/98 p. 2

Laqgħat tas-​Servizz għal Novembru

Ġimgħa li Tibda 2 taʼ Novembru

Għanja 38

10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-​Ministeru tas-​Saltna. Ikkummenta dwar ir-​rapport tas-​servizz taʼ l-​għalqa għal Lulju kemm tal-​pajjiż u kemm tal-​kongregazzjoni lokali.

15 min: “Ilkoll Irridu ‘Nilqgħu l-​Kelma bil-​Ferħa’!” Mistoqsijiet u tweġibiet. Ink­ludi suġġerimenti oħrajn mill-​insert taʼ Il-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Ġunju 1996, paragrafu 21.

20 min: “Irrid Studju tal-​Bibbja!” Diskussjoni maʼ l-​udjenza kondotta mill-​indokratur tas-​servizz. Spjega kif se jiġi organizzat lokalment dan l-​isforz magħqud biex nagħmlu ż-​żjajjar lura. Sakemm ikun possibbli, il-​pubblikaturi taʼ l-​esperjenza jistgħu jaħdmu maʼ wħud li għadhom ġodda. Irrevedi s-​suġġerimenti fl-​insert taʼ Il-​Ministeru tas-​Saltna t’April 1998, paragrafi 12-15. Ħejji pubb­likatur kapaċi biex juri kif għandu jiġi offrut studju fuq iż-​żjara lura. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex jirsisti ħalli jibda studju ġdid.

Għanja 35 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 9 taʼ Novembru

Għanja 187

13 min: Avviżi lokali. Rapport tal-​kontijiet. Kaxxa għall-​Mistoqsija.

15 min: Bżonnijiet lokali.

17 min: “Ibnu lil Xulxin Billi Tikkummentaw fil-​Laqgħat.” Mistoqsijiet u tweġibiet. Spjega kif il-​kummenti jtejbu l-​avvanz spiritwali tagħna. (Ara l-​iSchool­ Guidebook, studju 38, paragrafu 4.) Stieden lil xi wħud biex jirrakkontaw kif għelbu n-​nuqqas taʼ inklinazzjoni biex jikkummentaw u kif ġew imberkin talli jipparteċipaw fil-​laqgħat.

Għanja 51 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 16 taʼ Novembru

Għanja 182

8 min: Avviżi lokali.

20 min: “Indokraturi li Huma minn taʼ Quddiem​—L-​Indokratur taʼ l-​Iskola tal-​Ministeru Teokratiku.” Taħdita mill-​indokratur taʼ l-​iskola. Irrevedi l-​iSchool Guidebook, paġni 10-11, paragrafi 6-12.

17 min: “Kun Effettiv fil-​Ministeru Tiegħek.” Diskussjoni f’forma taʼ mistoqsija u tweġiba taʼ paragrafi 1-7 taʼ l-​insert. Iffoka fuq punti li jistgħu jgħoddu b’mod partikulari għat-​territorju lokali.

Għanja 167 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 23 taʼ Novembru

Għanja 89

8 min: Avviżi lokali. Irrakkonta l-​esperjenzi stampati fuq il-​paġna taʼ wara taʼ l-​Awake! tat-​8 t’Awissu, 1998, rigward l-​impatt li ħalla fuq in-​nies il-​ktieb L-​Aqwa Bniedem. Il-​pubblikaturi kollha għandhom jaħtfu l-​opportunità biex joff­ru dan il-​ktieb f’okkażjonijiet xierqa.

17 min: “Kun Effettiv fil-​Ministeru Tiegħek.” Diskussjoni f’forma taʼ mistoqsija u tweġiba taʼ paragrafi 8-21 taʼ l-​insert. Iffoka d-​diskussjoni fuq punti li jistgħu jgħoddu b’mod partikulari għat-​territorju lokali.

20 min: Suġġerimenti biex Issebbaħ il-​Qari Tiegħek tal-​Bibbja. Taħdita bbażata fuq it-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Mejju, 1995, paġni 28-29. Enfasizza l-​benefiċċji spiritwali li jġib miegħu l-​qari taʼ kuljum tal-​Bibbja. Irrevedi s-​suġġerimenti offruti, u iddiskuti kif għandna napplikawhom. Ħejji żewġ jew tliet pubblikaturi biex jirrakkontaw kif huma qed jibbenefikaw billi jaqraw regolarment il-​Kelma t’Alla.

Għanja 46 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 30 taʼ Novembru

Għanja 64

15 min: Avviżi lokali. Fakkar lil kulħadd biex jitfaʼ r-​rapport tas-​servizz taʼ l-​għalqa. Inkuraġġixxi lil kulmin ma bediex studju matul Novembru biex ikomp­li bl-​isforzi tiegħu matul Diċemb­ru, meta l-​ktieb Għarfien se jiġi ppreżentat flimkien man-​New World Trans­lation. Ħejji pubblikatur kapaċi biex jagħmel turija taʼ żjara lura billi juża l-​kaxxa f’paġna 19 tal-​ktieb Għarfien; il-​pubblikatur jispjega kif il-​ktieb jistaʼ jintuża biex tinkiseb fehma tat-​tagħlim tal-​Bibbja u jibda studju.

15 min: Agħmel Użu Tajjeb min-​1999 Calendar of Jehovah’s Wit­nesses. Taħdita. Irrevedi l-​karatteristiċi tal-​kalendarju: (1) stampi li jolqtu l-​għajn u li juru ġrajjiet u tagħlim Bibliku notevoli, (2) l-​iskeda tal-​qari tal-​Bibbja taʼ kull ġimgħa għall-​Iskola tal-​Ministeru Teokratiku, (3) l-​iskeda annwali tal-​qari tal-​Bibbja għal matul il-​ġimgħa taʼ qabel il-​Mafkar, (4) notifikazzjoni tar-​reviżjonijiet bil-​miktub li jkun imiss, u (5) tfakkiriet biex nieħdu sehem fis-​servizz bir-​rivisti regolarment. Iddiskuti xi modi kif nużaw l-​ispazju disponibbli biex infasslu skeda għas-​servizz taʼ l-​għalqa, biex inniżżlu r-​rapporti tas-​servizz u appuntamenti biex naħd­mu m’oħrajn, biex niktbu l-​inkarigi mogħtijin fil-​laqgħat, biex nieħdu nota taż-​żjajjar taʼ l-​indokratur tas-​circuit u taʼ l-​assembleat li jkun imiss. Jekk indend­lu l-​kalendarju xi mkien fejn jidher ġewwa d-​dar jew fuq il-​post tax-​xogħol, jistgħu jqumu opportunitajiet biex nibdew diskussjonijiet Skritturali. Irrakkonta l-​esperjenza min-​1988 Yearbook, paġna 8.

15 min: Nibbenefikaw mill-​Browxer il-​Ġdid, X’Jiġrilna meta Mmutu? Irrevedi l-​punti prinċipali tal-​kontenut tiegħu. Dan imur lura għall-​għeruq tat-​tagħlim taʼ l-​immortalità tar-​ruħ u jinvestiga kif il-​konċett sar ċentrali għall-​biċċa l-​kbira tar-​reliġjonijiet fid-​dinja. Jispjega b’mod mill-​isbaħ x’tgħid il-​Bibbja dwar ir-​ruħ, għala mmutu, il-​qagħda tal-​mejtin, x’tama teżisti rigward ħajja wara l-​mewt, u għala jeħtieġ li nkunu nafu l-​verità dwar dawn il-​kwistjonijiet. Ilkoll għandna naqraw dan il-​browxer. Iġbed l-​attenzjoni lejn uħud mill-​40 stampa kif ukoll lejn il-​kwotazzjonijiet li jidhru fil-​bidu taʼ kull sezzjoni, u li jistgħu jintużaw biex iqajmu l-​interess tan-​nies. Uri kif tistaʼ tintuża l-​aħħar sezzjoni meta noffru studju tal-​Bibbja fid-​dar. Stieden lill-​pubblikaturi biex jikkummentaw dwar kif qegħdin jippjanaw li jużaw il-​browxer il-​ġdid fil-​ministeru.

Għanja 121 u talba taʼ l-​għeluq.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja