LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 1/99 p. 3
  • Avviżi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Avviżi
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1999
Il-Ministeru tas-Saltna—1999
km 1/99 p. 3

Avviżi

◼ Offerta taʼ letteratura għal Jannar: Il-​Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-​Bibbja jew kwalunkwe ktieb taʼ 192 paġna ppubblikat qabel l-​1985 li l-​kongregazzjoni jistaʼ jkollha maħżun. Frar: Is-​Sigriet Taʼ L-​Hena Fil-​Familja. Marzu: Għarfien Li Jwassal Għall-​Ħajja Taʼ Dejjem. Se jsir sforz speċjali biex jinbdew studji tal-​Bibbja fid-​dar. April: Kopji individwali taʼ It-​Torri taʼ l-​Għassa u Stenbaħ! Ara li jkollok il-​browxer X’Jirrikjedi disponibbli għal nies interessati, u stinka biex tibda studji tal-​Bibbja fid-​dar.

◼ Il-​pubblikaturi mgħammdin kollha preżenti għal-​Laqgħa tas-​Servizz fil-​ġimgħa taʼ l-​4 taʼ Jannar se jingħataw id-​dokument Advance Medical Directive/Relea­se u l-​Identity Card għal uliedhom.

◼ B’seħħ mill-​bidu taʼ Frar, u mhux iktar tard mill-​1 taʼ Marzu, it-​taħdita pubblika l-​ġdida għall-​indokraturi tas-​circuit se tkun “Alla Kemm Hu Reali Għalik?”

◼ Il-​kongregazzjonijiet għandhom jagħmlu arranġamenti biex jiċċelebraw il-​Mafkar din is-​sena nhar il-​Ħamis, l-​1 t’April, wara nżul ix-​xemx. Għalkemm it-​taħdita tistaʼ tibda iktar kmieni, it-​tqassim taʼ l-​emblemi tal-​Mafkar m’għandux jibda qabel inżul ix-​xemx. Iċċekkja maʼ sorsi lokali biex tiddetermina meta jkun se jseħħ inżul ix-​xemx fil-​lokalità tiegħek. Għalkemm huwa mixtieq li kull kongregazzjoni jkollha ċ-​ċelebrazzjoni tal-​Mafkar tagħha stess, dan mhux dejjem jistaʼ jkun possibbli. Fejn normalment għadd taʼ kongregazzjonijiet jużaw l-​istess Sala tas-​Saltna, forsi kongregazzjoni waħda jew iktar jistgħu jiksbu l-​użu taʼ xi faċilità oħra għal dik il-​lejla. Fejn ikun possibbli, nissuġġerixxu minn taʼ l-​inqas 40 minuta bejn kull programm sabiex ikun hemm biżżejjed ħin biex nilqgħu lill-​viżitaturi, biex ninkuraġġixxu lil uħud interessati ġodda, u biex nibbenefikaw bis-​sħiħ mill-​okkażjoni. Ukoll għandha tingħata konsiderazzjoni għall-​problemi tat-​traffiku u taʼ l-​ipparkjar, inkluż il-​fatt li l-​passiġġieri jkunu ħerġin u deħlin fil-​karozzi. Il-​ġemgħa taʼ l-​anzjani għandha tiddeċiedi liema arranġamenti jkunu l-​aħjar lokalment.

◼ It-​taħdita pubblika speċjali għall-​istaġun tal-​Mafkar 1999 se tingħata nhar il-​Ħadd, 18 t’April. Is-​suġġett tat-​taħdita se jkun “Ħbiberija Vera m’Alla u mal-​Proxxmu.” Se jiġi pprovdut out­line. Dawk il-​kongregazzjonijiet li se jkollhom iż-​żjara taʼ l-​indokratur tas-​circuit, l-​assemblea tas-​circuit, jew il-​jum taʼ assemblea speċjali f’dak it-​tmiem tal-​ġimgħa se jkollhom it-​taħdita speċjali l-​ġimgħa taʼ wara. L-​ebda kongregazzjoni m’għandu jkollha t-​taħdita speċjali qabel it-​18 t’April, 1999.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja